Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0187

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 341, 13.12.2012, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/187/oj

    13.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 187/2012

    tat-28 ta’ Settembru 2012

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/37/UE tat-30 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 32e (Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:

    “—

    32011 L 0037: Direttiva tal-Kummissjoni 2011/37/UE tat-30 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 85, 31.3.2011, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2011/37/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 85, 31.3.2011, p. 3.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top