EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0164

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/164(2)/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 164/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/886/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (2), kif irrettifikat permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/869/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal apparat mediku dijanjostiku in vitro (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/886/KE li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/108/KE (4) li għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendata permezz ta’:

32011 L 0100: Direttiva tal-Kummissjoni 2011/100/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 50).”

2.

L-ewwel inċiż fil-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE) għandu jitħassar.

3.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE):

“—

32009 D 0886: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/886/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 25), kif irrettifikat permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94,

32011 D 0869: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/869/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 341, 22.12.2011, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/100/UE u d-Deċiżjoni 2009/886/KE, kif irrettifikati permezz ta’ ĠU L 348, 29.12.2009, p. 94, u 2011/869/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 50.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 25.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2012, p. 63.

(4)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 34.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top