Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0155

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/155(2)/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġislazzjoni dwar oġġetti tal-għalf. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 51 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011) fil-Kapitolu II tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:

“52.

32011 H 0025: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top