Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0152

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas- 26 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/152(2)/oj

8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2012

tas-26 ta’ Lulju 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2012 tas-13 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar iż-żmien, l-amministrazzjoni u l-aspetti l-oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċerti restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1210/2011 tat-23 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b’mod partikolari, sabiex jiġi ddeterminat il-volum ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li għandhom jiġu rkantati qabel l-2013 (4) għandu jiġi inkoporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (5), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (6), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/345/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-qbid, mill-ġarr u mill-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (7) (CO2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta’ proġetti kummerċjali ta’ dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2, f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżizzjonali li japplikaw fl-UE kollha għal allokazzjoni b’xejn u armonizzata tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/540/KE tat-18 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra minn attivitajiet ġodda u gassijiet (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE tal-11 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE rigward setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(12)

Din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ma taffettwax l-awtonomija tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, partikolarment fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto jew kwalunkwe ftehim ieħor internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għajr fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) li huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE. Madanakollu, l-Istati tal-EFTA għandhom debitament jikkunsidraw l-obbligi li jkunu ġarrew fuqhom fil-Ftehim taż-ŻEE. Kull Stat tal-EFTA hu responsabbli biex jimplimenta politika u miżuri biex ikun konformi mal-impenji internazzjonali skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Protokoll ta’ Kyoto u kwalunkwe ftehim ieħor internazzjonali relatati mat-tibdil fil-klima.

(13)

Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-EU ETS hija mingħajr ħsara għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fi kwalunkwe strument flessibbli biex jitnaqqas l-effett tal-emissjonijiet.

(14)

L-estensjoni tal-EU ETS għall-installazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA timplika żieda tal-kwantità totali tal-kwoti fl-EU ETS bħala entità sħiħa taħt l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-Istati tal-EFTA jipprovdu ċ-ċifri rilevanti fil-Parti A tal-Appendiċi tad-Direttiva, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina l-medja tal-kwantità annwali ta’ kwoti fiż-ŻEE.

(15)

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE u l-konsegwenza li dan jista’ jkollu fuq l-użu tat-Tnaqqis Iċċerifikat tal-Emissjonijiet (CERs).

(16)

Meta jkun konkluż ftehim skont l-Artikoli 11a u 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati tal-EFTA u l-operaturi tagħhom mhux se jkun hemm diskriminazzjoni kontrihom meta mqabbla mal-Istati Membri tal-UE u l-operaturi tagħhom.

(17)

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-konsegwenza li dan jista’ jkollu fuq l-ammont ta’ kwoti fl-EU ETS.

(18)

L-Istati tal-EFTA jappoġġjaw bis-sħiħ li l-ammont ta’ kwoti allokati permezz tal-irkantar qed jiżdied fl-EU ETS, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni b’xejn fl-2027. Dejjem kien l-għan tal-Istati EFTA li jiżdied il-persentaġġ ta’ kwoti li huma allokati bi ħlas. L-Istati tal-EFTA jfakkru fl-adattament (e) kif stipulat fl-Artikolu 1 punt 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 (13) li tinkorpora d-Direttiva 2003/87/KE fil-Ftehim taż-ŻEE.

(19)

L-Istati tal-EFTA se jużaw il-pjattaformi komuni tal-irkant stabbiliti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u jaħtru s-sorveljatur tal-irkant magħżul skont l-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament għas-sorveljar tal-irkant tal-kwoti tagħhom. Minħabba l-fatt li l-Istati tal-EFTA mhumiex jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta, dawn m’għandhomx għalfejn jissodisfaw xi kompiti speċifiċi fil-proċeduri tal-akkwisti għall-appuntar tal-pjattaformi komuni tal-irkant u sorveljatur tal-irkant. Ladarba dawn jiġu maħtura, kull Stat tal-EFTA se juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jidħol f’kuntratt magħhom. Safejn ikun fattibbli, il-Kummissjoni se tara li l-pjattaformi tal-irkant jidħlu f’kuntratt mal-Istati tal-EFTA suġġett, mutatis mutandis, għall-istess kundizzjonijiet maħsuba għall-Istati Membri parteċipanti tal-UE fil-kuntratti li jirriżultaw mill-proċeduri konġunti tal-akkwisti, sakemm l-Istati tal-EFTA jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri parteċipanti. Safejn hu fattibbli, fir-rigward tas-sorveljatur tal-irkant il-Kummissjoni se tara li s-sorveljatur tal-irkant jidħol f’kuntratt mal-Istati tal-EFTA suġġett, mutatis mutandis, għall-istess kundizzjonijiet maħsuba għall-Istati Membri parteċipanti tal-UE li jirriżultaw mill-proċeduri konġunti tal-akkwisti, sakemm l-Istati tal-EFTA jagħżlu li jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri parteċipanti.

(20)

Kwistjonijiet baġitarji mhumiex parti mill-Ftehim taż-ŻEE. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE huma nnegozjati permezz tal-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-ŻEE. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE rigward dawn il-kwistjonijiet u l-applikazzjoni tal-kriterji għad-distribuzzjoni fost ċerti Stati Membri tal-UE ta’ ċertu perċentwali tal-kwantità totali tal-kwoti li jkunu se jiġu rkantati skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 10(2) u l-Annessi IIa u IIb tad-Direttiva 2003/87/KE għalhekk hija mingħajr ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.

(21)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser tikkoordina mill-qrib mal-Kummissjoni kull meta tissejjaħ biex twettaq kompiti marbuta mal-Istati tal-EFTA li għalihom tkun responsabbli l-Kummissjoni fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (14), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE (15) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE (16). Dawn il-kompiti jinkludu fost oħrajn il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE u kwalunkwe applikazzjoni għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0029: Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).”.

(2)

L-adattazzjonijiet fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Bla ħsara għall-iżviluppi futuri mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnutat li l-atti li ġejjin tal-Komunità mhumiex inkorporati f’dan il-Ftehim:

(i)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (*);

(ii)

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (**).

(b)

Fiż-żmien tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva, il-Liechtenstein m’għandu ebda attivitajiet ta’ avjazzjoni kif definiti fid-Direttiva operati fit-territorju tiegħu. Il-Liechtenstein ser jikkonforma mad-Direttiva meta attivitajiet tal-avjazzjoni rilevanti jseħħu fit-territorju tiegħu.

(c)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3c(4):

“Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar emissjonijiet storiċi tal-avjazzjoni fiż-ŻEE kollha billi jżid in-numri rilevanti rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.”.

(d)

Fl-Artikolu 3d(4), it-tieni subparagrafu jitħassar.

(e)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3e(2) u 3f(4):

“Sal-istess data, l-Istati tal-EFTA għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet li jirċievu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.”.

(f)

Is-subparagrafi segwenti jiżdiedu fl-Artikolu 3e(3):

“Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar in-numru għaż-ŻEE kollha għat-total tan-numru ta’ kwoti, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali u n-numru ta’ kwoti b’xejn, billi jżid in-numri rilevanti rigward it-titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju għaż-ŻEE kollha. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 3e(4) għandhom iseħħu sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.”.

(g)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3f(5):

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju għaż-ŻEE kollha. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolu u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA taħt l-Artikolu 3f(7) għandhom isiru sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.”.

(h)

Il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu fl-Artikolu 9:

“Iż-żieda fil-medja tal-kwantità globali annwali ta’ kwoti fl-EU ETS minħabba l-estensjoni tal-iskema biex tkopri l-Liechtenstein u n-Norveġja skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu skont id-deċiżjonijiet tal-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012.

Iż-żieda fil-medja tal-kwantità globali annwali ta’ kwoti fl-EU ETS minħabba l-estensjoni tal-iskema biex tkopri l-Islanda skont il-paragrafu 1 għandha tikkorrispondi għal 23 934 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-figuri li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-kwantità tal-kwoti fiż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti A tal-Appendiċi.”.

(i)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 9a(1):

“Għan-Norveġja, il-medja tal-kwantità annwali ta’ kwoti maħruġa fir-rigward tal-installazzjonijiet imsemmija f’ dan il-paragrafu hija 878 850.”.

(j)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 9a(2):

“Fir-rigward tal-installazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem, il-medja tal-emissjonijiet annwali tal-perjodu rapportat għall-aġġustament għandha tkun:

 

L-Islanda: 1 862 571 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

 

Il-Liechtenstein: 0 tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

 

In-Norveġja 5 269 254 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.”.

(k)

Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu wara l-Artikolu 9a(4):

“5.   Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-figuri li għandhom jitqiesu għall-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti fiż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti A tal-Appendiċi.

6.   Il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taġġusta l-kwantità ta’ kwoti annwali fiż-ŻEE li jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont l-Artikolu 9 u dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi ċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA kif stabbilit fil-Parti A tal-Appendiċi. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitajiet tal-kwoti aġġustati fiż-ŻEE għall-2013 u ‘l quddiem.”.

(l)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 10(2):

“Għall-finijiet tal-punt (a), fir-rigward tal-Liechtenstein u n-Norveġja, l-ishma tagħhom għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ dawn l-emissjonijiet:

 

Il-Liechtenstein: 20 943 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

 

In-Norveġja 18 635 669 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

Fir-rigward tal-Islanda, is-sehem imsemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ 36 196 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 aġġustati bi 899 645 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, li jirrappreżentaw is-sehem tal-emissjonijiet verifikati għall-2005 minn installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. Għalhekk is-sehem tal-Islanda għandu jiġi kklakulat fuq il-bażi ta’ 935 841 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.”.

(m)

L-Artikolu 10(3) m’għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.

(n)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied wara l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 11a(8):

“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, iċ-ċifri li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tat-tnaqqis fiż-ŻEE skont il-ħames subparagrafu qed jiġu stabbiliti fil-Parti B tal-Appendiċi.”.

(o)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) hija sostitwita minn dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu għal multi għal emissjonijiet eċċessivi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tal-UE.”.

(p)

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 16(12):

“13.   L-Istati tal-EFTA għandhom jippreżentaw kwalunkwe talba skont l-Artikolu 16(5) u (10) lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.”

(q)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 18a(1):

“Ir-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lejn l-Istati tal-EFTA, għandha sseħħ matul is-sena 2011, wara li l-operatur jissodisfa l-obbligi tiegħu għall-2010. Skeda differenti għar-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru inizjalment assenjati lil Stat Membru fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jiġu maqbula mill-Istat Membru amministratur inizjali, wara talba espliċita introdotta mill-operatur fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ lista ta’ operaturi fiż-ŻEE kollha li hemm provvediment għaliha fil-punt (b) tal-Artikolu 18a(3). F’dan il-każ, ir-riallokazzjoni għandha sseħħ mhux aktar tard mill-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ skambju li jibda fl-2021.”.

(r)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 18a(3), il-kliem “għaż-ŻEE kollha” jiddaħħlu wara “operaturi tal-inġenji tal-ajru”.

(s)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 18b:

“Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu għal dak il-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.”.

(t)

Fl-Artikolu 20 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-kwistjoni, trasferiment u kanċellazzjoni ta’ kwoti li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom, tiġi rreġistrata fir-reġistru indipendenti.ta’ tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1.

L-Amministratur Ċentrali ser ikun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 fejn jidħlu l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom jew l-operaturi tal-ajruplani li huma amministrati minnhom.”.

(u)

Fl-Artikolu 25 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-iskambji ta’ kwoti tas-sistema tal-Komunità tinkludi l-iskambji maħruġa mill-istati tal-EFTA jew mill-operaturi tagħhom taħt is-sistema Komunitarja. Malli jkun konkluż ftehim mill-Komunità msemmi f’dan l-Artikolu, ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn dawn l-iskambji.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati fi stadju bikri fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet jew arranġamenti mhux vinkolanti skont dan l-Artikolu.”.

(v)

L-Istati tal-EFTA li jieħdu sehem fl-Iskema ta’ Skambji ta’ Emissjonijiet tal-UE ser jipprovdu l-informazzjoni skont il-ħtiġiet rilevanti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3), filwaqt li ħtiġiet tar-rapportaġġ taħt it-tieni subparagrafu m’għandhomx japplikaw għalihom.

(w)

Dan li ġej jiżdied wara l-Anness V:

“Appendiċi

PARTI A

Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA rilevanti għall-kalkolu u l-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti taż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ’il quddiem skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE

1.   Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9

Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.

L-Islanda

Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq il-medja annwali ta’ emissjonijiet verifikati mill-2005 sal-2010 minn attivitajiet li jaqgħu fil-prinċipju taħt id-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 ekwivalenti għal 23 934 kwota.

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

22 684

2014

22 268

2015

21 851

2016

21 435

2017

21 018

2018

20 602

2019

20 186

2020

19 769

Il-Liechtenstein

Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti mil-Liechtenstein għall-perjodu mill-2008 sal-2012 korrispondenti għal 17 943 kwota kif stabbilit mill-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Liechtenstein.

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

17 006

2014

16 694

2015

16 382

2016

16 070

2017

15 758

2018

15 445

2019

15 133

2020

14 821

In-Norveġja

Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti min-Norveġja għall-perjodu mill-2008 sal-2012 korrispondenti għal 14 255 268 kwota kif stabbilit mill-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tan-Norveġja.

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

13 511 143

2014

13 263 101

2015

13 015 060

2016

12 767 018

2017

12 518 976

2018

12 270 935

2019

12 022 893

2020

11 774 851

2.   Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9a (1)

Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.

Norveġja

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

832 974

2014

817 682

2015

802 390

2016

787 098

2017

771 806

2018

756 514

2019

741 222

2020

725 930

3.   Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9a (2)

Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.

L-Islanda

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

1 732 936

2014

1 700 527

2015

1 668 119

2016

1 635 710

2017

1 603 301

2018

1 570 892

2019

1 538 484

2020

1 506 075

In-Norveġja

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

4 994 199

2014

4 902 514

2015

4 810 829

2016

4 719 144

2017

4 627 459

2018

4 535 774

2019

4 444 089

2020

4 352 404

PARTI B

Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA rilevanti għall-kalkolu ta’ t-tnaqqis fiż-ŻEE skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 11a (8)

 

Emissjonijiet fl-2005 minn setturi eżistenti (f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2)

Emissjonijiet fl-2005 minn setturi ġodda inklużi mill-2013 (f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2)

L-Islanda

36 196

899 645

Il-Liechtenstein

18 121

0

In-Norveġja

19 730 000

6 140 000 ”

(*)  ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1."

(**)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.”"

(3)

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“21ala.

32010 R 1031: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1), kif emendata bi:

32011 R 1210: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1210/2011 tat-23 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 308, 24.11.2011, p. 2).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-ewwel sentenza fl-Artikolu 22(7) għandha taqra kif ġej:

‘L-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw l-identità tal-irkantatur u d-dettalji tiegħu lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, li se jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni.’.

(b)

Is-sentenzi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 24(2):

“L-Istati EFTA għandhom jikkuntrattaw lis-sorveljatur tal-irkant maħtur wara proċedura ta’ akkwisti konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jissorveljaw il-proċessi kollha tal-irkant. Fl-Artikolu 25(1), (2), (3), (4) u (5), it-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ għandu jinftiehem li jinkludi l-Istati tal-EFTA.”.

(c)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 26(1) u (2):

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkuntrattaw il-pjattaforma tal-irkant appuntata konġuntament mill-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti tal-UE għall-bejgħ bl-irkant tal-ishma tagħhom tal-kwoti li se jkunu rkantati fejn l-Istati tal-EFTA jagħżlu li jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri tal-UE li pparteċipaw fl-azzjoni konġunta.”.

(d)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 28(1):

“Mingħajr ħsara għall-arranġamenti fil-kuntratt li jrid jiġi konkluż bejn l-Istati tal-EFTA u l-pjattaforma tal-irkant, il-pjattaforma tal-irkant maħtura wara proċedura ta’ akkwist konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f’azzjoni konġunta tista’ tipprovdi s-servizzi msemmija hawn fuq ukoll għall-Istati tal-EFTA.”.

(e)

L-Artikoli 30 sa 32 m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA, sakemm huma jkunu kkuntrattaw il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26 skont l-addattament (c) hawn fuq.

(f)

Is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 52(3):

“Is-sehem mill-ispejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b’rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) u kkuntrattat mill-Istati tal-EFTA għandu jkun distribwit bejn l-Istati Membri parteċipanti fl-azzjoni konġunta u l-Istati tal-EFTA skont l-ishma tagħhom tal-volum totali tal-kwoti għall-irkant fuq il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata sakemm l-Istati tal-EFTA jaggregaw l-irkantar tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri tal-UE li pparteċipaw fl-azzjoni konġunta.

Is-sehem mill-ispejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b’rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) u kkuntrattat mill-Istati tal-EFTA, inkluż l-ispiża ta’ kull rapport mitlub skont l-Artikolu 25(4), għandu jitħallas mill-Istat tal-EFTA kkonċernat bl-istess mod bħal Stati Membri tal-UE li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta.”.

21alb.

32010 D 0002: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10), kif emendata bi:

32011 D 0745: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 299, 17.11.2011, p. 9).

21alc.

32011 D 0278: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżizzjonali li japplikaw fl-UE kollha għal allokazzjoni b’xejn u armonizzata tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1), kif emendata bi:

32011 D 0745: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 299, 17.11.2011, p. 9).

21ald.

32010 D 0670: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta’ proġetti kummerċjali ta’ dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2, f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010. p. 39).

21ale.

32011 R 0550: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 1).”.

(4)

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE):

“—

32010 D 0345: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/345/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 34).

32011 D 0540: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/540/UE tat-18 ta’ Awwissu 2011 (ĠU L 244, 21.9.2011, p. 1).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1031/2010, (UE) Nru 550/2011 u (UE) Nru 1210/2011, id-Direttiva 2009/29/KE u d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE, 2010/345/UE, 2010/670/UE, 2011/278/UE, 2011/540/UE u 2011/745/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma testi awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-27 ta’ Lulju 2012 jew il-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, skont liema data tkun l-aktar tard (17).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 8.6.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 308, 24.11.2011, p. 2.

(5)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

(6)  ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10.

(7)  ĠU L 155, 22.6.2010, p. 34.

(8)  ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39.

(9)  ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1.

(10)  ĠU L 244, 21.9.2011, p. 1.

(11)  ĠU L 299, 17.11.2011, p. 9.

(12)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(13)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.

(14)  ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.

(15)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(16)  ĠU L 316, 16.11.2006, p. 12.

(17)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top