This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0118
Decision of the EEA Joint Committee No 118/2012 of 15 June 2012 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 270, 4.10.2012, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Sostituzzjoni | punt 7c | 16/06/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 22012D0118R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 118/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 rrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (3) li hi inkorporata għall-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 7c (id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE) tal-Anness XXI għandu jiġi mibdul b’li ġej:
“32011 R 0692: Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinftiehmu bl-adattament li ġej:
Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta mitluba mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 36.
(2) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.
(3) ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.
(*) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.