EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0074

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 248, 13.9.2012, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/74/oj

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/UE tal-1 ta’ April 2011 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/277/UE tal-10 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina (4) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/674/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-rhinotracheitis bovina infettiva ta’ ċerti reġjuni amministrattivi fil-Ġermanja (5) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/675/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Latvja hija Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u rigward id-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fil-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (6) għandha tkun inkorporatat fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva 2009/158/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE (7) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandiex tapplika għall-Islanda.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni għalhekk m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) tal-Parti 8.1 għandha titħassar.

2.

Li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1:

“4a.

32009 L 0158: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KEE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74), kif emendata bi:

32011 D 0214: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/UE tal-1 ta’ April 2011 (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 27).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 13, il-kelma ‘in-Norveġja’ għandha tiżdied wara l-kelma ‘il-Finlandja’;

(b)

Fl-Anness IV, il-kelma ‘in-Norveġja’ għandha tiddaħħal wara l-kelma ‘il-Finlandja’ fin-nota 3 tal-Mudell 1, fin-noti 4 u 6 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 2, fin-noti 1 u 4 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 3, fin-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 4, fin-noti 3 u 5 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 5, u fin-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 6.”

3.

Dan li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) fil-Parti 4.2:

“—

32011 D 0277: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/277/UE tal-10 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 100).”

4.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32011 D 0277: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/277/UE tal-10 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 100).’

32011 D 0675: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/675/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 19).”

5.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32011 D 0674: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/674/UE tat-12 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 268, 13.10.2011, p. 17).”

6.

Li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 8.1:

“3a.

32009 L 0158: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KEE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74) kif emendata minn:

32011 D 0214: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/214/KE tal-1 ta’ April 2011 (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 27).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Islanda.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 13, il-kelma ‘in-Norveġja’ għandha tiżdied wara l-kelma ‘il-Finlandja’;

(b)

Fl-Anness IV, il-kelma ‘in-Norveġja’ għandha tiddaħħal wara l-kelma ‘il-Finlandja’ fin-nota 3 tal-Mudell 1, fin-noti 4 u 6 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 2, fin-noti 1 u 4 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 3, fin-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 4, fin-noti 3 u 5 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 5, u fin-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna tal-Mudell 6.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/158/KE, tad-Deċiżjonijiet 2011/214/UE, u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2011/277/UE, 2011/674/UE u 2011/675/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 207, 2.8.2012, p. 2.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  ĠU L 90, 6.4.2011, p. 27.

(4)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 100.

(5)  ĠU L 268, 13.10.2011, p. 17.

(6)  ĠU L 268, 13.10.2011, p. 19.

(7)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top