Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0073

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 207, 2.8.2012, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/73/oj

    2.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/53


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 73/2012

    tat-30 ta’ Marzu 2012

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18z (ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

    “18z1.

    32011 R 0328: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

    Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jitrażmetti dejta dwar trabi li jitwieldu mejta.”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 328/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 37.

    (2)  ĠU L 90, 6.4.2011, p. 22.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top