Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0015

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 161, 21.6.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/15(2)/oj

    21.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 15/2012

    tal-10 ta’ Frar 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2010 tal-10 ta’ Diċembru 2010 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/59/UE tat-13 ta’ Mejju 2011 li temenda, għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

    “—

    32011 L 0059: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/59/UE tat-13 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 125, 14.5.2011, p. 17).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2011/59/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 85, 31.3.2011, p. 13.

    (2)  ĠU L 125, 14.5.2011, p. 17.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top