Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0124

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 76, 15.3.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/124(2)/oj

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I:

“54.

32011 R 0016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 47 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009) tal-Kapitolu II:

“47a.

32011 R 0016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54zzzzzl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE) tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim:

“54zzzzzm.

32011 R 0016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 16/2011 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 72.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2011, p. 78.

(3)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top