EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0083

2011/83/UE: Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli fit- 13 ta' Diċembru 2010 rigward l-emendi għall-Appendiċi mal-Anness 4

ĠU L 32, 8.2.2011, p. 9–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/83(1)/oj

8.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/9


DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA MWAQQAF BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

fit-13 ta' Diċembru 2010

rigward l-emendi għall-Appendiċi mal-Anness 4

(2011/83/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-għan tal-Anness 4 huwa li jiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet fi pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra suġġetti għal miżuri tas-saħħa tal-pjanti. L-Anness 4 msemmi, għandu jiġi ssupplimentat b’għadd ta' Appendiċi kif deskritt fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-Anness 4 miżjud mal-Ftehim (bl-eċċezzjoni tal-Appendiċi 5, li kien adottat fiż-żmien meta l-Ftehim ġie konkluż).

(3)

L-Appendiċi mal-Anness 4 ġew sostitwiti rispettivament mid-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/278/KE (1) u d-Deċiżjonijiet Nru 2/2005 (2), u Nru 1/2008 (3) tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura.

(4)

Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet li ssemmew hawn fuq, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Partijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti ġew emendati f’oqsma li jaffettwaw il-Ftehim.

(5)

L-appendiċi 1, 2 u 4 mal-Aness 4 għandhom għalhekk jiġu emendati biex iqisu dawn id-diversi tibdiliet,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1, 2 u 4 mal-Anness 4 għall-Ftehim qed jiġu sostitwiti, b’dan, mit-testi annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Magħmul f’Berne, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni

Paul VAN GELDORP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Jacques CHAVAZ

Is-Segretarju tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Małgorzata ŚLIWIŃSKA-KLENNER


(1)  ĠU L 87, 25.3.2004, p. 31.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2005, p. 50.

(3)  ĠU L 27, 31.1.2008, p. 21.


ANNESS

“APPENDIĊI 1

PJANTI, PRODOTTI TAL-PAJNTI U OĠĠETTI OĦRA

A.   Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn kwalunkwe Parti, u li għalihom iż-żewġ Partijiet għandhom leġiżlazzjoni simili li twassal għal riżultati ekwivalenti u li jirrikonoxxu l-passaport tal-pjanti

1.   Pjanti u prodotti tal-pjanti

1.1.   Pjanti maħsuba għat-taħwil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ

 

Beta vulgaris L.

 

Camellia sp.

 

Humulus lupulus L.

 

Prunus L., bl-esklużjoni tal-Prunus laurocerasus L. u l-Prunus lusitanica L.

 

Rhododendron spp.,bl-esklużjoni tar-Rhododendron simsii Planch.

 

Viburnum spp.

1.2.   Pjanti bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ, iżda inkluż il-polline dakkari għall-fertilizazzjoni

 

Amelanchier Med.

 

Chaenomeles Lindl.

 

Crataegus L.

 

Cydonia Mill.

 

Eriobotrya Lindl.

 

Malus Mill.

 

Mespilus L.

 

Pyracantha Roem.

 

Pyrus L.

 

Sorbus L.

1.3.   Pjanti ta’ speċi bl-istolons u t-tuberi maħsuba għat-taħwil

Solanum L. u ibridi tagħha

1.4.   Pjanti, bl-esklużjoni tal-frott

Vitis L.

1.5.   Injam li żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għalkollox jew parzjalment, bil-qoxra jew mingħajrha, jew li hu ppreżentat f’forma ta’ laqx, partikuli, serratura, fdalijiet tal-injam jew ruttam

(a)

meta jkun ġej għalkollox jew parzjalment mill-Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu

u

(b)

meta jissodisfa waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stipulati fl-Anness I, Parti tnejn mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (*)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 10 00

Injam għall-ħruq f’forma ta’ virguni kbar, zkuk ħoxnin, friegħi żgħar, għesieleġ jew forom simili

4401 22 00

Injam mhux koniferu f’forma ta’ laqx jew partikuli

ex 4401 30 80

Fdalijiet tal-injam jew ruttam (barra s-serratura) li ma jkunux agglomerati f’virguni kbar, trab tal-faħam, pellets jew forom simili

4403 10 00

Injam mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b’likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew preservattivi oħra, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra jew le

ex 4403 99

Injam mhux koniferu u mhux maħdum (barra l-injam tropikali speċifikat fis-sottointestatura nota 1 għal Kapitolu 44, injam tropikali ieħor, il-ballut (Quercus spp.) jew il-fagu (Fagus spp.)), sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mneħħija, jew f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra jew le, mhux trattat biż-żebgħa, b’likwidu għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħrajn

ex 4404 20 00

Arbli maqsuma mhux koniferi: puntali u pali ta’ injam, ippuntati iżda mhux isserrati għat-tul

ex 4407 99

Injam mhux koniferu (barra l-injam tropikali speċifikat fis-sottointestatura nota 1 għal Kapitolu 44, injam tropikali ieħor, il-ballut (Quercus spp.) jew il-fagu (Fagus spp.)), isserrat jew imqatta’ f’laqx għat-tul, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-truf jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

2.   Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra prodotti minn prodotturi awtorizzati li jipproduċu għall-bejgħ lil persuni li huma involuti b’mod professjonali fil-produzzjoni tal-pjanti, u affarijiet barra pjanti, bħal prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mħejjija u lesti għall-bejgħ lill-konsumatur finali u li huwa garantit li l-produzzjoni tagħhom hija seperata b’mod ċar minn dik ta’ prodotti oħrajn

2.1.   Pjanti maħsuba għat-taħwil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ

 

Abies Mill.

 

Apium graveolens L.

 

Argyranthemum spp.

 

Aster spp.

 

Brassica spp.

 

Castanea Mill.

 

Cucumis spp.

 

Dendranthema (DC) Des Moul.

 

Dianthus L. u ibridi tagħha

 

Exacum spp.

 

Fragaria L.

 

Gerbera Cass.

 

Gypsophila L.

 

Impatiens L.: il-varjetajiet kollha tal-ibridi tan-New Guinea

 

Lactuca spp.

 

Larix Mill.

 

Leucanthemum L.

 

Lupinus L.

 

Pelargonium L’Hérit. ex Ait.

 

Picea A. Dietr.

 

Pinus L.

 

Platanus L.

 

Populus L.

 

Prunus laurocerasus L. u Prunus lusitanica L.

 

Pseudotsuga Carr.

 

Quercus L.

 

Rubus L.

 

Spinacia L.

 

Tanacetum L.

 

Tsuga Carr.

 

Verbena L.

 

u pjanti oħra ta’ speċi erbaċea, barra mill-pjanti tal-familja Gramineae, basal, basal tal-qasab, riżomi u tuberi.

2.2.   Pjanti maħsuba għat-taħwil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ

Solanaceae, barra dawk imsemmija fil-punt 1.3.

2.3.   Pjanti bl-għeruq jew pjanti b’mezz ta’ kultivazzjoni marbut jew assoċjat

 

Araceae

 

Marantaceae

 

Musaceae

 

Persea spp.

 

Strelitziaceae

2.4.   Żrieragħ u basal maħsuba għat-taħwil

 

Allium ascalonicum L.

 

Allium cepa L.

 

Allium schoenoprasum L.

 

Helianthus annuus L.

 

Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw.

 

Medicago sativa L.

 

Phaseolus L.

2.5.   Pjanti maħsuba għat-taħwil

Allium porrum L.

Pjanti tal-Palmae, li għandhom zokk li fil-bażi tiegħu għandu dijametru ta’ iktar minn 5 cm u li jagħmlu parti mill-genera jew l-ispeċijiet li ġejjin:

 

Areca catechu L.

 

Arenga pinnata (Wurmb) Merr.

 

Borassus flabellifer L.

 

Brahea Mart.

 

Butia Becc.

 

Calamus merrillii Becc.

 

Caryota maxima Blume ex Mart.

 

Caryota cumingii Lodd. ex Mart.

 

Chamaerops L.

 

Cocos nucifera L.

 

Corypha elata Roxb.

 

Corypha gebang Mart.

 

Elaeis guineensis Jacq.

 

Jubaea Kunth.

 

Livistona R. Br.

 

Metroxylon sagu Rottb.

 

Oreodoxa regia Kunth.

 

Phoenix L.

 

Sabal Adans.

 

Syagrus Mart.

 

Trachycarpus H. Wendl.

 

Trithrinax Mart.

 

Washingtonia Raf.

2.6.   Basal u riżomi forma ta’ basal maħsuba għat-taħwil

 

Camassia Lindl.

 

Chionodoxa Boiss.

 

Crocus flavus Weston cv. Golden Yellow

 

Galanthus L.

 

Galtonia candicans (Baker) Decne

 

Gladiolus Tourn. ex L.: varjetajiet u ibridi fiċ-ċokon tagħhom, bħall-G. callianthus Marais, il-G. colvillei Sweet, il-G. nanus hort., il-G. ramosus hort. u l-G. tubergenii hort.

 

Hyacinthus L.

 

Iris L.

 

Ismene Herbert (= Hymenocallis Salisb.)

 

Muscari Mill.

 

Narcissus L.

 

Ornithogalum L.

 

Puschkinia Adams

 

Scilla L.

 

Tigridia Juss.

 

Tulipa L.

B.   Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw barra mit-terrotorji tal-Partijiet, li għalihom id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti taż-żewġ Partijiet li jirrigwardaw l-importazzjoni jwasslu għal riżultati ekwivalenti u li jistgħu jiġu nnegozjati bejniethom b’passaport tal-pjanti jekk ikunu elenkati fil-Parti A ta’ dan l-appendiċi jew b’mod ħieles jekk mhumiex elenkati fih.

1.   Mingħajr ħsara għall-pjanti elenkati fil-parti C ta’ dan l-Appendiċi, il-pjanti kollha maħsuba għat-tawil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ

2.   Iż-żrieragħ

2.1.   Żrieragħ li joriġinaw mill-Arġentina, mill-Awstralja, mill-Bolivja, iċ-Ċili, min-New Zealand jew l-Urugwaj

 

Cruciferae

 

Gramineae bl-esklużjoni tal-Oryza spp.

 

Trifolium spp.

2.2.   Żrieragħ li joriġinaw minn barra t-territorju ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet

 

Allium ascalonicum L.

 

Allium cepa L.

 

Allium porrum L.

 

Allium schoenoprasum L.

 

Capsicum spp.

 

Helianthus annuus L.

 

Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw.

 

Medicago sativa L.

 

Phaseolus L.

 

Prunus L.

 

Rubus L.

 

Zea mays L.

2.3.   Żrieragħ li joriġinaw mill-Afganistan, l-Indja, l-Iran, l-Iraq, il-Messiku, in-Nepal, il-Pakistan, l-Afrika ta’ Isfel jew l-Istati Uniti

 

Triticum

 

Secale

 

X Triticosecale

3.   Partijiet tal-pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ

 

Acer saccharum Marsh., li toriġina mill-Istati Uniti u mill-Kanada

 

Apium graveolens L. (ħaxix bil-weraq)

 

Aster spp. li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Camellia sp.

 

Koniferi (Coniferales)

 

Dendranthema (DC) Des Moul.

 

Dianthus L.

 

Eryngium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Gypsophila L.

 

Hypericum L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Hypericum L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Ocimum L. (ħaxix bil-weraq)

 

Orchidaceae (fjuri li jinqatgħu)

 

Pelargonium L’Hérit. ex Ait.

 

Populus L.

 

Prunus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Rhododendron spp.,bl-esklużjoni tar-Rhododendron simsii Planch.

 

Rosa L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Quercus L.

 

Solidago L.

 

Trachelium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej (fjuri li jinqatgħu)

 

Viburnum spp.

4.   Il-frott

 

Annona L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Cydonia L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Diospyros L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Malus Mill., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Mangifera L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Momordica L.

 

Passiflora L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Prunus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Psidium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Pyrus L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Ribes L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Solanum melongena L.

 

Syzygium Gaertn., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

 

Vaccinium L., li toriġina minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

5.   Tuberi maħsuba għal finijiet oħra barra t-taħwil

Solanum tuberosum L.

6.   Injam li żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu għalkollox jew parzjalment, bil-qoxra jew mingħajrha, jew li hu ppreżentat f’forma ta’ laqx, partikuli, serratura, fdalijiet tal-injam jew ruttam

(a)

meta jkun ġej kollu jew parzjalment minn wieħed mill-ordnijiet, il-genera jew l-ispeċijiet kif se jiġi deskritt wara, barra materjal ta’ imballaġġ mill-injam, fil-forma ta’ kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, kontenituri kbar, ċilindri u imballaġġ simili, palits, palits forma ta’ kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, għenuq tal-palits, li attwalment jintużaw fit-trasport ta’ kull tip ta’ oġġetti, barra injam mhux maħdum li għandu ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, is-sħana u l-pressjoni, jew b’taħlita tagħhom, li joriġina minn barra t-territorji tal-Partijiet:

Quercus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Istati Uniti, barra l-injam li jaqbel mad-deskrizzjoni msemmija f’ (b) tal-kodiċi NM 4416 00 00 u fejn hemm evidenza ddokumentata li l-injam ġie pproċessat jew immanifatturat permezz ta’ trattament bis-sħana biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 176 °C għal 20 minuta,

Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Istati Uniti jew l-Armenja,

Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-pajjiżi fil-kontinent Amerikan,

Acer saccharum Marsh., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Istati Uniti jew mill-Kanada,

Koniferi (Coniferales)., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina minn pajjiżi li mhumiex fl-Ewropa, il-Kazakistan, ir-Russja u t-Turkija,

Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-Istati Uniti;

u

(b)

li jissodisfa waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stipulati fl-Anness I, Parti tnejn għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4401 10 00

Injam għall-ħruq f’forma ta’ virguni kbar, zkuk ħoxnin, friegħi żgħar, għesieleġ jew f’forom simili

4401 21 00

Injam koniferu f’forma ta’ laqx jew partikuli

4401 22 00

Injam mhux koniferu f’forma ta’ laqx jew partikuli

4401 30 40

Serratura

ex 4401 30 90

Fdalijiet tal-injam u ruttam (barra s-serratura) li ma jkunux agglomerati f’virgunikbar, trab tal-faħam, pellets jew forom simili

ex 4403 10 00

Injam mhux maħdum, trattat biż-żebgħa, b’likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew preservattivi oħra, bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mhux imneħħija, u mhux f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra

4403 20

Injam mhux maħdum koniferu, barra dak trattat biż-żebgħa, b’likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra jew le

4403 91

Injam tal-ballut (Quercus spp.) mhux maħdum, barra dak trattat biż-żebgħa, b’likwidi għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra, sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mneħħija jew le, jew f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra jew le

ex 4403 99

Injam mhux koniferu u mhux maħdum (barra l-injam tropikali speċifikat fis-sottointestatura nota 1 għal Kapitolu 44, injam tropikali ieħor, il-ballut (Quercus spp.) jew il-fagu (Fagus spp.)), sew jekk bil-qoxra jew bil-parti ta’ taħt il-qoxra mneħħija, jew f’forma bejn wieħed u ieħor kwadra jew le, mhux trattat biż-żebgħa, b’likwidu għat-tlewwin tal-injam, bil-kreożot jew bi preservattivi oħra

ex 4404

Arbli maqsuma; puntali, pali u bsaten tal-injam, ippuntati iżda mhux isserrati għat-tul

4406

Travi tal-injam għall-binarji tal-ferroviji u tat-tramm (cross-ties)

4407 10

Injam koniferu, isserrat jew imqatta’ f’laqx, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-truf jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 91

Injam tal-ballut (Quercus spp.), isserrat jew imqatta’ f’laqx, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-truf jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 93

Injam tal-Acer saccharum Marsh, isserrat jew imqatta’ f’laqx għat-tul, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-tru jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 95

Injam tal-fraxxnu (Fraxinus spp.), isserrat jew imqatta’ f’laqx għat-tul, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-truf jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 99

Injam mhux koniferu (barra l-injam tropikali speċifikat fis-sottointestatura nota 1 għal Kapitolu 44, injam tropikali ieħor, il-ballut (Quercus spp.), il-fagu (Fagus spp.), l-aġġru (Acer spp.), iċ-ċirasa (Prunus spp.) jew il-fraxxnu (Fraxinus spp.)), isserrat jew imqatta’ f’laqx għat-tul, imqatta’ jew imqaxxar, sew jekk ikun inċanat, xkatlat jew ġonġut fit-truf jew le, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

4415

Kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, kontenituri kbar, ċilindri u imballaġġ simili, tal-injam; ċilindri tal-injam tal-kejbils; palits, palits forma ta’ kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam

4416 00 00

Bittijat, bramel, tankijiet għall-ħżin tal-likwidi, kontejners u prodotti oħra tal-buttara u partijiet minnhon, magħmulin mill-injam, inklużi bċejjeċ ta’ injam imqawwes

9406 00 20

Bini tal-injam iffabrikat minn qabel.

(c)

Materjal ta’ imballaġġ mill-injam, fil-forma ta’ kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, kontenituri kbar, ċilindri u imballaġġ simili, palits, palits forma ta’ kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, għenuq tal-palits, li attwalment jintuzaw fit-trasport ta’ kull tip ta’ oġġetti, barra injam mhux maħdum li għandu ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, is-sħana u l-pressjoni, jew b’taħlita tagħhom,

injam użat bħala feles jew biex iżomm merkanzija li mhix tal-injam, inkluż dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, barra injam mhux maħdum ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, u injam ipproċessat prodott bil-kolla, is-sħana u l-pressjoni, jew b’taħlita tagħhom

7.   Il-ħamrija u mezzi użati għat-tkabbir

(a)

Il-ħamrija u l-mezzi użati għat-tkabbir, li jikkonsistu kompletament jew parzjalment minn ħamrija jew sustanzi organiċi solidi bħal partijiet tal-pjanti, ħumus inkluż pit jew qoxra tas-siġar, barra minn dak magħmul eskuliżvament mill-pit;

(b)

Il-ħamrija u l-mezzi uzati għat-tkabbir, marbuta mal-pjanti jew assoċjati magħhom, li huma magħmula kompletament jew parzjalment mill-materjal speċifikat f’(a) jew li jikkonsistu parzjalment minn kwalukwe sustanza inorganika solida, maħsuba għas-sostenn tal-vitalità tal-pjanti, li joriġinaw minn:

It-Turkija

Il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova, ir-Russja jew l-Ukraina,

pajjiżi li mhumiex Ewropej, barra l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libja, il-Marokk jew it-Tuneżija.

8.   Il-qoxra iżolata ta’

koniferi (Coniferales), li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex Ewropej

Acer saccharum Marsh, Populus L., u Quercus L. barra Quercus suber L.

Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., li joriġinaw mill-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-Istati Uniti;

9.   Ċereali tal-ispeċijiet li ġejjin li joriġinaw mill-Afganistan, l-Indja, l-Iran, l-Iraq, il-Messiku, in-Nepal, il-Pakistan, l-Afrika ta’ Isfel jew l-Istati Uniti

 

Triticum

 

Secale

 

X Triticosecale

C.   Pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, li jiġu minn kwalunkwe Parti, li għalihom il-Partijiet m’għandhomx leġiżlazzjoni simili u ma jirrikonoxxux il-passaport tal-pjanti.

1.   Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Isvizzera, li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati minn Stat Membru tal-Komunità

1.1.   Pjanti maħsuba għat-taħwil, bl-esklużjoni taż-żrieragħ

 

Clausena Burm. f.

 

Murraya Koenig ex L.

1.2.   Partijiet tal-pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ

1.3.   Iż-żrieragħ

Oryza spp.

1.4.   Il-frott

 

Citrus L. u ibridi tagħha

 

Fortunella Swingle u ibridi tagħha

 

Poncirus Raf. u ibridi tagħha

2.   Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Memru tal-Komunità li għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti meta jiġu importati fl-Isvizzera

3.   Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu mill-Isvizzera u li l-importazzjoni tagħhom fi Stat Membru tal-Komunità hija projbita

3.1.   Pjanti, bl-esklużjoni tal-frott u ż-żrieragħ

 

Citrus L. u ibridi tagħha

 

Fortunella Swingle u ibridi tagħha

 

Poncirus Raf. u ibridi tagħha

4.   Pjanti u prodotti tal-pjanti li jiġu minn Stat Membru tal-Komunità u li l-importazzjoni tagħhom fl-Isvizzera hija projbita

4.1.   Il-pjanti

 

Cotoneaster Ehrh.

 

Photinia davidiana (Dcne.) Cardot

“APPENDIĊI 2

LEĠIŻLAZZJONI  (**)

Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità Ewropea

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata

Id-Direttiva tal-Kunsill 74/647/KEE tad-9 ta’ Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/261/KEE tat-2 ta’ Mejju 1991 li tirrikonoxxi l-Awstralja bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/70/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tippreskrivi regoli dettaljati biex isir stħarriġ għall-iskopijiet tar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta’ pjanti, produtturi ta’ pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri ddettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom.

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/359/KEE tat-28 ta’ Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ Thuja L., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/360/KEE tat-28 ta’ Mejju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ Thuja L., li joriġina fil-Kanada

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/365/KEE tat-2 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam ittrattat bis-sħana

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/422/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fil-Kanada, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 93/423/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE fir-rigward ta’ injam ta’ koniferu mnixxef ittrattat bis-sħana, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, u li tistabbilixxi s-sistema indikatriċi li għandha tiġi applikata għall-injam imnixxef fil-forn

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/50/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tispeċifika ċerti pjanti mhux elenkati fl-Anness V, il-parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE, li l-produtturi tagħhom, jew l-imħażen, ċentri tad-dispaċċ fiz-zoni tal-produzzjoni ta’ dawk il-pjanti, għandhom ikunu elenkati f’reġistru uffiċjali

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/51/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tistabbilixxi regoli għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti jew prodotti oħrajn tal-pjanti matul żona protetta, u għaċ-ċaqliq ta’ dawk il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw fi jew li jiċċaqilqu fi ħdan dik iż-żona protetta

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta’ interċettazzjoni ta’ kunsinna jew organiżmu li jikkawża ħsara minn pajjiż terz u li jkun ta’ periklu fitosanitarju imminenti

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE tal-15 ta’ April 1998 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi biex isiru verifiki fuq is-saħħa tal-pjanti fil-Komunità, f’postijiet ta’ spezzjoni għajr dawk li jkun hemm fil-post tad-destinazzjoni, ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/109/KE tat-2 ta’ Frar 1998 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixtrid tat-Thrips palmi Karny rigward it-Tajlandja

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta’ Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji provviżorji ta’ emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ‘t Veld sp. nov.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/499/KE tas-26 ta’ Ġunju 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b’mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fir-Repubblika tal-Korea

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002, li tawtorizza li jkun hemm derogi għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., imċekknin b’mod naturali jew artifiċjal u li għandhom l-oriġini tagħhom fil-Ġappun

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza lill-Istati Membri temporanjament sabiex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixtrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith rigward l-Eġittu

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/200/KE tas-27 ta’ Frar 2004 fuq miżuri li ma jkunux ħallew l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità tal-virus Pepino mosaic

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/105/KE tal-15 ta’ Ottubru 2004 li tiddetermina l-mudelli ta’ ċertifikati fitosanitarji uffiċjali jew ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni li jakkumpanjaw il-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra minn pajjiżi terzi u mniżżla fid-Direttiva 2000/29/KE

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/359/KE tad-29 ta’ April 2005 li tipprovdi deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE bir-rigward ta’ zkuk tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra magħhom, li joriġinaw mill-Istati Uniti

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/464/KE tas-27 ta’ Ġunju 2006 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l- Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/91/KE tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontroll tas-San José Scale (verżjoni kodifikata)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/410/KE tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/433/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza proviżorji għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Gibberella circinata Nirenberg & O’Donnell

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/847/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 tipprovdi għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta’ pjanti ta’ Vitis L., għajr għall-frott, li joriġinaw fil-Kroazja jew l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f’ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/840/KE tas-7 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster)

Id-Dispożizzjonijiet Svediżi

Ordinanza tat-28 ta’ ta’ Frar 2001 dwar il-protezzjoni tal-pjanti (RS 916.20)

Ordinanza tad-DFE tal-15 ta’ April 2002 dwar il-pjanti projbiti (RS 916.205.1)

Ordinanza tal-OFAG tal-25 ta’ Frar 2004 dwar miżuri għas-saħħa tal-pjanti temporanji (RS 916.202.1)

“APPENDIĊI 4 (***)

ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 U REKWIŻITI SPEĊJALI RELATATI MAGĦHOM

Iż-żoni msemmija fl-Artikolu 4 u r-rekwiżiti speċjali relatati magħhom li għandu jkun hemm konformità magħhom miż-żewġ Partijiet huma definiti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi rispettivi taż-żewġ Partijiet, li jidhru hawn taħt.

Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità Ewropea

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

Id-Dispożizzjonijiet Svediżi

Ordinanza tat-28 ta’ Frar 2001 dwar il-protezzjoni tal-pjanti, Anness 4, parti B (RS 916.20)


(*)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.”

(**)  Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għal att għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel it-30.4.2010.”

(***)  Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għal att għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel it-30.4.2010.”


Top