Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0073

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 262, 6.10.2011, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/73(2)/oj

    6.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 73/2011

    tal-1 ta’ Lulju 2011

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/74/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I għaliha tas-sustanza attiva tad-dijossidu tal-karbonju għall-prodott tat-tip 18 (2) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE tal-24 ta’ Settembru 2010 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (3), kif korretta bil-ĠU L 254, 29.9.2010, p. 48, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/675/UE tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XV tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 L 0074: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/74/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 36).”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12q (id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32010 D 0571: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/KE tal-24 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 254, 29.9.2010, p. 48.”

    3.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zw (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/226/UE):

    “12zy.

    32010 D 0675: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/675/UE tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 291, 9.11.2010, p. 47).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2010/74/UE u d-Deċiżjonijiet 2010/571/UE, kif korretti bil-ĠU L 254, 29.9.2010, p. 48, u 2010/675/UE fil-lingwi tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 33.

    (2)  ĠU L 292, 10.11.2010, p. 36.

    (3)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28.

    (4)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 47.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top