Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0061

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 262, 6.10.2011, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/61(2)/oj

6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ miżuri għall-kontroll taż-żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b’rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f’qatgħat ta’ adulti għat-tgħammir ta’ Gallus gallus (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 346/2010 tal-15 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u r-rekwiżiti ta’ importazzjoni għall-kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura maħsuba għall-Istati Membri jew partijiet minnhom b’miżuri nazzjonali approvati skont id-Deċiżjoni 2010/221/UE (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 506/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma fiz-zoos (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 558/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Annes III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-Annessi VIII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 [dwar it-]tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/822/KE tal-15 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/847/KE tal-20 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (11) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/870/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni (12) fuq il-fruntiera għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/160/KE tas-17 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/171/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar programmi ta’ sorveljanza għall-Irlanda u l-Ungerija u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Irlanda għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/276/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/277/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/280/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE tal-25 ta’ Mejju 2010 temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE fir-rigward ta’ perjodi ta’ żmien għall-movimenti ta’ annimali bovini lejn il-mergħat għas-sajf (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(20)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/301/UE tal-25 ta’ Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (20) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(21)

Ir-Regolament (KE) Nru 200/2010 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 (21) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(22)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 91/398/KEE (22), 2001/881/KE (23) u 2002/459/KE (24) li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jitħassru taħt il-Ftehim.

(23)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (25) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(24)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (26).

(25)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 175/2010, (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 346/2010, (UE) Nru 505/2010, (UE) Nru 506/2010, (UE) Nru 558/2010 u (UE) Nru 595/2010 u d-Deċiżjonijiet 2009/821/KE, 2009/822/KE, 2009/847/KE, 2009/870/KE, 2010/160/UE, 2010/171/UE, 2010/221/UE, 2010/276/UE, 2010/277/UE, 2010/280/UE, 2010/300/UE u 2010/301/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 69.

(2)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 61, 11.3.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 104, 24.4.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 3.

(7)  ĠU L 159, 25.6.2010, p. 18.

(8)  ĠU L 173, 8.7.2010, p. 1.

(9)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(10)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 59.

(11)  ĠU L 307, 21.11.2009, p. 7.

(12)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 11.

(13)  ĠU L 68, 18.3.2010, p. 21.

(14)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 28.

(15)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.

(16)  ĠU L 121, 18.5.2010, p. 10.

(17)  ĠU L 121, 18.5.2010, p. 16.

(18)  ĠU L 124, 20.5.2010, p. 5.

(19)  ĠU L 127, 26.5.2010, p. 19.

(20)  ĠU L 128, 27.5.2010, p. 9.

(21)  ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12.

(22)  ĠU L 221, 9.8.1991, p. 30.

(23)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.

(24)  ĠU L 159, 17.6.2002, p. 27.

(25)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5.

(26)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 7b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004) fil-Parti 1.1:

“—

32010 R 0506: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 506/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 149, 15.6.2010, p. 3).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32010 R 0505: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 149, 15.6.2010, p. 1).”

3.

It-test tal-punti 2 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE) u 46 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2 għandu jitħassar.

4.

It-test tal-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) fil-Parti 1.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32009 D 0821: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 [dwar it-]tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1), kif emendata permezz ta’:

32009 D 0822: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/822/KE tal-15 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 59),

32009 D 0870: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/870/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 11),

32010 D 0277: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/277/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 121, 18.5.2010, p. 16).

Dan l-att japplika għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 112 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE) fil-Parti 1.2:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0300: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE tal-25 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 127, 26.5.2010, p. 19).”

6.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 132 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32010 D 0280: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/280/UE tat-12 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 124, 20.5.2010, p. 5).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Id-data ‘it-30 ta’ Ġunju 2010’ fil-punt 6 tal-Kapitolu II tal-Anness għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2011’.”

7.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 32 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE) fil-Parti 3.2:

“—

32009 D 0847: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/847/KE tal-20 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 307, 21.11.2009, p. 7),

32010 D 0160: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/160/UE tas-17 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 21).”

8.

Fil-punt 32 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE) fil-Parti 3.2, is-sentenza “Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda” għandha titħassar.

9.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 45 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE) fil-Parti 3.2:

“46.

32010 R 0175: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ miżuri għall-kontroll taż-żieda fil-mortalità fil-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b’rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 1).”

10.

It-test tal-punt 79 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE) tal-Parti 4.2 għandu jitħassar.

11.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud f’punt 86 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008) tal-Parti 4.2:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 0346: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 346/2010 tal-15 ta’ April 2010 (ĠU L 104, 24.4.2010, p. 1).”

12.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32010 D 0171: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/171/UE tat-22 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 75, 23.3.2010, p. 28).”

13.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 93 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE) fil-Parti 4.2:

“94.

32010 D 0221: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).”

14.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“—

32010 R 0558: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 558/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 159, 25.6.2010, p. 18).”

15.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt it-titolu “L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin għandhom japplikaw:” fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 D 0276: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/276/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 121, 18.5.2010, p. 10).”

16.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32010 R 0595: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 595/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 1).”

17.

It-test tal-punt 25 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005) fil-Parti 7.2 għandu jitħassar.

18.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32010 D 0301: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/301/UE tal-25 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 128, 27.5.2010, p. 9).”

19.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2009) fil-Parti 7.2:

“53.

32010 R 0200: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f’qatgħat ta’ adulti għat-tgħammir ta’ Gallus gallus (ĠU L 61, 11.3.2010, p. 1).”


Top