Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011A0312(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

ĠU L 66, 12.3.2011, p. 2–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2011/157/oj

Related Council decision
Related Council decision

22011A0312(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

Official Journal L 066 , 12/03/2011 P. 002 - 006


Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

L-UNJONI EWROPEA, minn issa ’l quddiem imsejħa "l-Unjoni"

u

R-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL, minn issa ’l quddiem imsejħa "il-Brażil"

minn issa ’l quddiem imsejħin flimkien "il-Partijiet Kontraenti";

FILWAQT LI JIXTIEQU jħarsu l-prinċipju ta’ reċiproċità u li jiffaċilitaw l-ivvjaġġar billi jiżguraw dħul u soġġorn qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u għall-persuni ta’ nazzjonalità Brażiljana li huma detenturi ta’ passaporti validi diplomatiċi, uffiċjali jew ta’ servizz;

FILWAQT LI JTENNU l-impenn tagħhom li jiżguraw ivvjaġġar reċiproku mingħajr viża malajr, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ it-tlestija tal-proċeduri parlamentari u interni oħra rispettivi;

BIL-ĦSIEB li jiżviluppaw ulterjorment ir-relazzjonijiet ta’ ħbiberija u jkomplu jsaħħu r-rabtiet mill-qrib bejn il-Partijiet Kontraenti;

B’KONT MEĦUD tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’konferma li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-Brażil, detenturi ta’ passaporti validi diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali, huma permessi li jidħlu, jittransitaw minn u joqogħdu mingħajr viża fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perijodu massimu ta’ soġġorn ta’ tliet xhur matul perijodu ta’ sitt xhur skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

(a) "Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

(b) "ċittadin tal-Unjoni" għandha tfisser persuna li għandha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(ċ) "persuna ta’ nazzjonalità Brażiljana" għandha tfisser kull persuna li għandha n-nazzjonalità Brażiljana;

(d) "iż-żona Schengen" għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ;

(e) Acquis ta’ Schengen għandha tfisser il-miżuri kollha maħsuba biex jiżguraw il-moviment liberu tal-persuni f’żona mingħajr fruntieri interni, flimkien ma’ miżuri ta’ sostenn direttament relatati fir-rigward tal-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil u l-immigrazzjoni u miżuri biex jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet tal-eżenzjoni mill-viża u tas-soġġorn

1. L-eżenzjoni mill-viża prevista minn dan il-Ftehim għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u ta’ soġġorn qasir. L-Istati Membri u l-Brażil jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul jew soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux sodisfatti.

2. Iċ-ċittadini tal-Unjoni li jibbenefikaw minn dan il-Ftehim għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fit-territorju tal-Brażil matul is-soġġorn tagħhom.

3. Il-persuni ta’ nazzjonalità Brażiljana li jibbenefikaw minn dan il-Ftehim għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fit-territorju ta’ kull Stat Membru matul is-soġġorn tagħhom.

4. L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrespettivament mill-metodu ta’ trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri miftuħa għat-traffiku tal-passiġġieri internazzjonali tal-Partijiet Kontraenti.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, kwistjonijiet rigward il-viża mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom jiġu koperti mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali tal-Brażil.

Artikolu 4

Tul tas-soġġorn

1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport validu diplomatiku, uffiċjali jew ta’ servizz jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Brażil għal perijodu massimu ta’ tliet xhur matul perijodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju tal-pajjiż.

2. Iċ-ċittadini tal-Brażil li għandhom passaport validu diplomatiku, uffiċjali jew ta’ servizz jistgħu jibqgħu fiż-żona ta’ Schengen għal perijodu massimu ta’ tliet xhur matul perijodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. Dan il-perijodu ta’ tliet xhur matul perijodu ta’ sitt xhur għandu jkun ikkalkulat b’mod indipendenti minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li jkun għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ.

Iċ-ċittadini tal-Brażil li għandhom passaport validu diplomatiku, uffiċjali jew ta’ servizz jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta’ tliet xhur matul perijodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ meta jkunu daħlu l-ewwel darba fit-territorju ta’ kull Stat Membru li jkun għadu ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, indipendentament mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għaż-żona ta’ Schengen.

3. Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà għall-Brażil u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu ta’ soġġorn għal aktar minn tliet xhur skont il-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Ġestjoni tal-Ftehim

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw il-Kumitat ta’ Esperti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") imsemmi fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji biex isolvi t-tilwim li jinħoloq mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

2. Il-Kumitat għandu jitlaqqa’, kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Relazzjoni bejn dan il-Ftehim u ftehimiet bilaterali eżistenti għall-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u l-Brażil

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Brażil, safejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Skambju ta’ kampjuni ta’ passaporti

1. Jekk għadhom m’għamlux hekk, il-Brażil u l-Istati Membri għandhom jiskambjaw, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, kampjuni tal-passaporti validi diplomatiċi, uffiċjali jew ta’ servizz tagħhom mhux iktar tard minn tletin (30) jum wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.

2. Fil-każ tal-introduzzjoni ta’ passaporti ġodda diplomatiċi, uffiċjali jew ta’ servizz jew il-modifika ta’ dawk eżistenti, il-Partijiet għandhom jgħaddu lil xulxin, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, kampjuni ta’ passaporti ġodda jew modifikati, akkumpanjati b’informazzjoni dettaljata dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-applikabbiltà tagħhom, mhux iktar tard minn tletin (30) jum qabel l-applikazzjoni tagħha.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1. Dan il-Ftehim għandu jkun ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn fuq tlestew.

2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta’ żmien indefinit, kemm-il darba ma jintemmx skont il-paragrafu 5.

3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bil-qbil bil-miktub tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan l-għan.

4. Kull Parti Kontraenti tista’ tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tkun innotifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra ladarba r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux japplikaw aktar.

5. Kull Parti Kontraenti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tagħti notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ 90 jum wara d-data ta’ tali notifika.

6. Il-Brażil jista’ jissospendi jew itemm dan il-Ftehim biss fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni.

7. L-Unjoni tistà tissospendi jew ittemm dan il-Ftehim biss fir-rigward tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, b’kull waħda fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на осми ноември две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el ocho de noviembre de dos mil diez.

V Bruselu dne osmého listopadu dva tisíce deset.

Udfærdiget i Bruxelles den ottende november to tusind og ti.

Geschehen zu Brüssel am achten November zweitausendzehn.

Kahe tuhande kümnenda aasta novembrikuu kaheksandal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Νοεμβρίου δύο χιλιάδες δέκα.

Done at Brussels on the eighth day of November in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le huit novembre deux mille dix.

Fatto a Bruxelles, addì otto novembre duemiladieci.

Briselē, divi tūkstoši desmitā gada astotajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai dešimtų metų lapkričio aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év november havának nyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit- tmien jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u għaxra.

Gedaan te Brussel, de achtste november tweeduizend tien.

Sporządzono w Brukseli dnia ósmego listopada roku dwa tysiące dziesiątego.

Feito em Bruxelas, em oito de Novembro de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles la opt noiembrie două mii zece.

V Bruseli ôsmeho novembra dvetisícdesať.

V Bruslju, dne osmega novembra leta dva tisoč deset.

Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den åttonde november tjugohundratio.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

+++++ TIFF +++++

За Федеративна република Бразилия

Por la República Federativa de Brasil

Za Brazilskou Federativní republiku

For Den Føderative Republik Brasilien

Für die Föderative Republik Brasilien

Brasiilia Liitvabariigi nimel

Για την Ομοσπονδιακή Δημοκρατία της Βραζιλίας

For the Federative Republic of Brazil

Pour la République fédérative du Brésil

Per la Repubblica federativa del Brasile

Brazīlijas Federatīvās Republikas vārdā –

Brazilijos Federacinės Respublikos vardu

A Brazil Szövetségi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Voor de Federale Republiek Brazilië

W imieniu Federacyjnej Republiki Brazylii

Pela República Federativa do Brasil

Pentru Republica Federativă a Braziliei

Za Brazílsku federatívnu republiku

Za Federativno republiko Brazilijo

Brasilian liittotasavallan puolesta

För Förbundsrepubliken Brasilien

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top