Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0097

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2010 tal- 1 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 332, 16.12.2010, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/97(3)/oj

    16.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 97/2010

    tal-1 ta’ Ottubru 2010

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/97/KE tat-3 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex (2) għandha tiġi inkluża fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprovdi għal ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (3), għandha tiġi inkluża fil-Ftehim.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti 14 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE) u 15 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE) fil-Parti 1:

    “—

    32009 L 0097: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/97/KE tat-3 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 202, 4.8.2009, p. 29).”

    2.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/109/KE) fil-Parti 2:

    “55.

    32009 L 0145: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprovdi għal ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 44).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2009/97/KE u 2009/145/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 11.

    (2)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 29.

    (3)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 44.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top