EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0080

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

ĠU L 244, 16.9.2010, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/80(2)/oj

16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1)

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim għandha tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi din l-estensjoni tal-kooperazzjoni li se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 39.

(2)  ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 80/2010

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta’ dejta) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu 1 il-kliem “paragrafu 5(a)” u “paragrafu 5(b)” għandhom jiġu sostitwiti b’ “paragrafu 6(a)” u “paragrafu 6(b)”.

(b)

Is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2010, jipparteċipaw fil-proġetti u l-attivitajiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 6(c), sakemm dawn il-proġetti u attivitajiet jappoġġjaw kooperazzjoni oħra tal-Partijiet Kontraenti.”

(c)

Fit-tieni paragrafu l-kliem “paragrafu 5” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6”.

(d)

Fit-tielet paragrafu l-kliem “paragrafu 5(a)” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6(a)”.

(e)

Fir-raba’ paragrafu l-kliem “paragrafu 5(b)” għandu jiġi sostitwit b’ “paragrafu 6(b)”.

(f)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala paragrafu 6.

(g)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

“5.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(c), mingħajr id-dritt ta’ vot, fil-partijiet relevanti taż-ŻEE tal-Kumitat dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-Kumitat ISA), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta’ dak il-programm, f’dak li jirrigwarda partijiet tal-programm dwar il-proġett releventi taż-ŻEE.”

(h)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-paragrafu 6:

“(c)

bil-ħsieb ta’ parteċipazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2010:

32009 D 0922: Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).”


Top