Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0054

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2010 tat- 30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 181, 15.7.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/54(2)/oj

    15.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 181/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 54/2010

    tat-30 ta’ April 2010

    li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (Tfassil mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva 2009/38/KE tħassar, b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011, id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi mħassra skont l-istess Ftehim b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt attwali 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 27a.

    (2)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/56/KEE li ġiet imħassra):

    “27.

    32009 L 0038: Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).”

    (3)

    It-test tal-punt il-ġdid 27a (id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE) għandu jitħassar b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2009/38/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 45.

    (2)  ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

    (3)  ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top