Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0039

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2010 tat- 30 ta’ April 2010 li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 181, 15.7.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/39/oj

    15.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 181/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 39/2010

    tat-30 ta’ April 2010

    li temenda l-Anness I (kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżima 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Aspergillus niger (CBS 109 713) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv tal-għalf għall-papri (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1088/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 (6) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005):

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 R 1096: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3).”

    (2)

    It-test tal-punt 1zzzzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009) għandu jitħassar.

    (3)

    Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009):

    “1zzzzzr.

    32009 R 1087: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (ĠU L 297, 13.11.2009, p. 4).

    1zzzzzs.

    32009 R 1088: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżima 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.) (ĠU L 297, 13.11.2009, p. 6).

    1zzzzzt.

    32009 R 1091: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6).

    1zzzzzu.

    32009 R 1096: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Aspergillus niger (CBS 109 713) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv tal-għalf għall-papri (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005 (ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1087/2009, (KE) Nru 1088/2009, (KE) Nru 1091/2009 u (KE) Nru 1096/2009, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Mejju 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 143, 10.6.2010, p. 13.

    (2)  ĠU L 297, 13.11.2009, p. 4.

    (3)  ĠU L 297, 13.11.2009, p. 6.

    (4)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6.

    (5)  ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3.

    (6)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3.

    (*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top