Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0028

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 143, 10.6.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/28(2)/oj

    10.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 28/2010

    tat-12 ta’ Marzu 2010

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji (2) tas-sewqan għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 24a (Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE):

    “—

    32009 L 0112: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26).”

    2.

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat bi:

    32009 L 0113: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2009/112/KE u 2009/113/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

    (2)  ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26.

    (3)  ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top