Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0027

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 143, 10.6.2010, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/27(2)/oj

    10.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 27/2010

    tat-12 ta’ Marzu 2010

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2009 tat-17 ta’ Marzu 2009 (1).

    (2)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (2).

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fl-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (6) kif korretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dawn il-punti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda wara l-punt 9bc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II mal-Ftehim:

    “9bd.

    32008 R 0303: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

    9be.

    32008 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).

    9bf.

    32008 R 0305: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17).

    9bg.

    32008 R 0306: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21), kif korretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38.

    9bh.

    32008 R 0307: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).

    9bi.

    32008 R 0308: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).”

    Artikolu 2

    Il-punti li ġejjin għandhom jiġi inklużi wara l-punt 21aqc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007) tal-Anness XX tal-Ftehim:

    “21aqd.

    32008 R 0303: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

    21aqe.

    32008 R 0304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).

    21aqf.

    32008 R 0305: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17).

    21aqg.

    32008 R 0306: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21), kif koretti mill-ĠU L 280, 23.10.2008, p. 38.

    21aqh.

    32008 R 0307: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).

    21aqi.

    32008 R 0308: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 303/2008, (KE) Nru 304/2008, (KE) Nru 305/2008, (KE) Nru 306/2008, fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2010 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 23.

    (2)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 51.

    (3)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3.

    (4)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12.

    (5)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17.

    (6)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21.

    (7)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25.

    (8)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

    (9)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 100.


    Top