Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0018

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 143, 10.6.2010, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/18(2)/oj

    10.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 18/2010

    tal-1 ta’ Marzu 2010

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (2).

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (3) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iġene tal-oġġetti tal-ikel (5) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 dwar immarkar għall-identifikazzjoni, ħalib mhux ipproċessat u prodotti mill-ħalib, bajd u prodotti mill-bajd u ċerti prodotti tal-ħut (6) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward ta’ molluski bivalvi ħajjin, ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-persunal li jgħin fil-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji (7) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-limiti ta’ nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N) (8) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu transitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem (9) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (10)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej (10) għandu jkun inkorporat fil-ftehim.

    (11)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 b’rigward għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-ibħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem (11) għandu jkun inkorporat fil-ftehim.

    (12)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/337/KE tal-24 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/968/KE li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ovini u kaprini (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

    (14)

    Fejn jirrigwarda l-Kapitolu I tal-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli I ta’ Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (14).

    (15)

    Din id-deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 301/2008, (KE) Nru 737/2008, (KE) Nru 1019/2008, (KE) Nru 1020/2008, (KE) Nru 1021/2008, (KE) Nru 1022/2008, (KE) Nru 1023/2008, (KE) Nru 1029/2008 u (KE) Nru 1250/2008 d-Deċiżjonijiet 2008/337/KE u 2008/654/KE fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, bil-kundizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Fil-każ fejn ma jkunux saru n-notifikazzjonijiet kollha sa dak il-jum, għandha tidħol fis-seħħ ful-jum wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2010 sakemm tidħol fis-seħħ.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 10.

    (3)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85.

    (4)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.

    (5)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7.

    (6)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8.

    (7)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 15.

    (8)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 18.

    (9)  ĠU L 277, 18.10.2008, p. 21.

    (10)  ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6.

    (11)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 31.

    (12)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 33.

    (13)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56.

    (14)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:

    (1)

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “—

    32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

    32008 R 0737: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29),

    32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

    (2)

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 u l-punt 135 (r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “—

    32008 R 1021: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 15).”

    (3)

    Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 132 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “, kif emendat bi:

    32008 D 0337: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/337/KE tal-24 ta’ April 2008 (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 33).”

    (4)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 143 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/28/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “144.

    32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”

    (5)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “41.

    32008 R 0737: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29).

    Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttiva.”

    (6)

    Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “, kif emendat bi:

    32008 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7).”

    (7)

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:

    “—

    32008 R 1020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8).”

    (8)

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 6.2 ta’ Kapitolu I tal-Anness I:

    “—

    32008 R 1022: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 18),

    32008 R 1250: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 31).”

    (9)

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 6.2 ta’ Kapitolu I tal-Anness I:

    “—

    32008 R 1020: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 8),

    32008 R 1023: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 21).”

    (10)

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I:

    “—

    32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

    32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

    (11)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31o (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009) fil-Kapitolu II tal-Anness I:

    “31p.

    32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”

    (12)

    Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:

    “, kif emendat bi:

    32008 R 1019: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 7).”

    (13)

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:

    “—

    32008 R 0301: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85),

    32008 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6).”

    (14)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzzd (id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) flil-Kapitlu XII tal-Anness XII:

    “54zzzze.

    32008 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56).”


    Top