Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0008

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 101, 22.4.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/8(2)/oj

    22.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 8/2010

    tad-29 ta’ Jannar 2010

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2009 tas-16 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XI (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/63/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 li tiddefinixxi format għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(4)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/321/KE tat-8 ta’ April 2009 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/322/KE tat-8 ta’ April 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi f’Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq (5) ta’ prodotti bijoċidali għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/324/KE tal-14 ta’ April 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi f’Annessi I, IA jew IB fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq (6) tal-prodotti bijoċidali għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32009 R 0134: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2009 tas-16 ta’ Frar 2009 (ĠU L 46, 17.2.2009, p. 3).”

    (2)

    Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 12zn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2008):

    “12zo.

    32009 D 0063: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/63/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 li tiddefinixxi format għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(4)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 30).

    12zp.

    32009 D 0321: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/321/KE tat-8 ta’ April 2009 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 95, 9.4.2009, p. 42).

    12zq.

    32009 D 0322: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/322/KE tat-8 ta’ April 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi f’Annessi I, IA jew IB fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 95, 9.4.2009, p. 44).

    12zr.

    32009 D 0324: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/324/KE tal-14 ta’ April 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sostanzi f’Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 37).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 134/2009 u d-Deċiżjonijiet 2009/63/KE, 2009/321/KE, 2009/322/KE u 2009/324/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 30.

    (2)  ĠU L 46, 17.2.2009, p. 3.

    (3)  ĠU L 23, 27.1.2009, p. 30.

    (4)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 42.

    (5)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 44.

    (6)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 37.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top