This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0004
Decision of the EEA Joint Committee No 4/2010 of 29 January 2010 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 101, 22.4.2010, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Tħassir | kapitolu XII punt 26 Test | 30/01/2010 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54v inċiż | 30/01/2010 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzzzd | 30/01/2010 |
22.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 4/2010
tad-29 ta’ Jannar 2010
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/163/KE tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti tal-ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva 2009/54/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE (4) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim, |
(5) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-test tal-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE) għandu jitħassar. |
(2) |
Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE):
|
(3) |
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/54/KE u d-Deċiżjoni 2009/163/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 14.
(2) ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45.
(3) ĠU L 55, 27.2.2009, p. 41.
(4) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.