This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0100
Decision of the EEA Joint Committee No 100/2009 of 25 September 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 304, 19.11.2009, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 66wb Test | 26/09/2009 |
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 100/2009
tal-25 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (4), u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (5) ġew inkorporati fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (6) tat-2 ta’ Ġunju 2006, b’adattamenti għall-pajjiżi speċifiċi. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta’ skambju tad-dejta tat-titjiriet li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta huma kkonċernati (7) għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Li ġej għandu jiżdied fil-punt 66wb (ir-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“, kif emendat minn:
— |
32009 R 0030: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 30/2009 fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 37.
(3) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(5) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(6) ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.
(7) ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.