EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0072

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 232, 3.9.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/72(2)/oj

3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2009

tad-29 ta' Mejju 2009

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/889/KE tat-18 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2005/342/KE, 2005/344/KE u 2005/360/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE) u 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE):

“—

32008 D 0889: ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/889/KE tat-18 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 318, 28.11.2008, p. 12).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma’ punti 2r (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE), 2t (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE) u 2u (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE):

“kif emendat minn:

32008 D 0889: ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/889/KE tat-18 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 318, 28.11.2008, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/889/KE fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 34.

(2)  ĠU L 318, 28.11.2008, p. 12.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


Top