Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0057

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/57(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 57/2009

    tad-29 ta' Mejju 2009

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 tal-25 ta’ Lulju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (3), kif korrett mill-ĠU L 267, 8.10.2008, p. 32, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2008 tas-6 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf Clinacox, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/76/KE tal-25 ta’ Lulju 2008 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/82/KE tat-30 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 2008/38/KE dwar għalf maħsub bħala għajnuna tal-funzjoni tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza kronika tal-kliewi (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punti 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999), 1t (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001) u 37 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003):

    “—

    32008 R 0976: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2008 tas-6 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 266, 7.10.2008, p. 3).”

    2.

    Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008):

    “1zzzzs.

    32008 R 0721: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 tal-25 ta’ Lulju 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23).

    1zzzzt.

    32008 R 0971: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar użu ġdid tal-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3), kif korrett mill-ĠU L 267, 8.10.2008, p. 32.”

    3.

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 14c (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE):

    “kif emendat minn:

    32008 L 0082: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/82/KE tat-30 ta' Lulju 2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 48).”

    4.

    L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “—

    32008 L 0076: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/76/KE tal-25 ta' Lulju 2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 37).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 721/2008, 971/2008, kif korretti permezz tal-ĠU L 267, 8.10.2008, p. 32 u 976/2008, u tad-Direttiva 2008/76/KE u 2008/82/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew maħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 19.

    (2)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23.

    (3)  ĠU L 265, 4.10.2008, p. 3.

    (4)  ĠU L 266, 7.10.2008, p. 3.

    (5)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 37.

    (6)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 48.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


    Top