This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0037
Decision of the EEA Joint Committee No 37/2009 of 17 March 2009 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) al-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistika) al-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 130, 28.5.2009, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18va | 18/03/2009 | |
Modifies | 21994A0103(71) | Sostituzzjoni | punt 17 | 18/03/2009 |
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 37/2009
tas-17 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistika) al-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008 tat-28 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kodifikata) (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim. |
(5) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 hu verżjoni kodifikata tar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90 u għalhekk għandhom jinżammu l-adattamenti attwali taż-ŻEE għal dawn tal-aħħar. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18v (ir-Regolament KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
(2) |
It-test tal-punt 17 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1588/90) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “32008 R 1101: Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1062/2008 u (KE, Euratom) Nru 1101/2008 fl-ilsien Iżlandiz u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 40.
(2) ĠU L 285, 29.10.2008, p. 3.
(3) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70.
(4) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.
(*) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.