This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0035
Decision of the EEA Joint Committee No 35/2009 of 17 March 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2009 tas- 17 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
ĠU L 130, 28.5.2009, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Tħassir | punt 64a paragrafu | 18/03/2009 | |
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 64aa | 18/03/2009 | |
Modifies | 21994A0103(63) | Tħassir | punt 66n paragrafu | 18/03/2009 |
28.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 35/2009
tas-17 ta’ Marzu 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2008 tat-8 ta’ Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1962/2006 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftheim. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 875/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafi dwar il-ftehimiet tranżitorji għall-Bulgarija fil-punti 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92) u 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jitħassru. |
2. |
Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 875/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.
(3) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 8. Edizzjoni Speċjali Bil-Malti ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 812.
(*) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.