This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009A1229(01)
Partnership and Cooperation Agreement establishing a partnership between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Tajikistan, of the other part
Traduzzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra,
Traduzzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra,
ĠU L 350, 29.12.2009, p. 3–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/989/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Replacement | 21990A0315(01) | Sostituzzjoni parzjali | 01/01/2010 |
Traduzzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra,
Official Journal L 350 , 29/12/2009 P. 0003 - 0051
Traduzzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TAL-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, Il-Partijiet għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn ’il quddiem ser jissejħu "Stati Membri", u L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-Komunità", minn naħa waħda, u R-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN, min-naħa l-oħra, WAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tat-Taġikistan u l-valuri komuni li jikkondividu, WAQT LI JIRRIKONOXXU, li l-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan jixtiequ jsaħħu dawn ir-rabtiet u jistabbilixxu sħubija u kooperazzjoni li japprofondixxu u jwessgħu r-relazzjonijiet stabbiliti fil-passat, b’mod partikolari l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika, iffirmat fit- 18 ta’ Diċembru 1989, WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tat-Taġikistan li jsaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi li jikkostitwixxu l-bażi nnfisha tas-sħubija, WAQT LI JIRRIKONOXXU li f’dak il-kuntest dak l-appoġġ għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tat-Taġikistan ser ikompli jikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u l-istabbiltà fl-Asja Ċentrali, WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet biex jippromwovu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u r-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim, u biex jikkooperaw għal dan il-għan fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn sod tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tat-Taġikistan biex jimplementaw bis-sħiħ il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-Dokumenti Konklussivi tal-Laqgħat ta’ Segwitu ta’ Madrid u Vjenna, id-Dokument tal-Konferenza tas-CSCE f'Bonn dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-Dokument ta’ Helsinki tas-CSCE tal-1992 "L-Isfidi tal-Bidla", u dokumenti fundamentali oħra tal-OSCE, KONVINTI mill-importanza assoluta tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, l-istabbiliment ta’ sistema multipartita b’elezzjonijiet liberi u demokratiċi u l-liberalizzazzjoni ekonomika mmirata lejn l-istabbiliment ta' ekonomija tas-suq, JEMMNU li l-implementazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni ser tiddependi minn u tikkontribwixxi għat-tkomplija u t-twettiq ta' riformi politiċi, ekonomiċi u legali fir-Repubblika tat-Taġikistan u għall-introduzzjoni tal-fatturi neċessarji għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Konferenza tas-CSCE f'Bonn, XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni interna mniedi fir-Repubblika tat-Taġikistan wara l-ftehim ta’ paċi ta’ Moska, XEWQANA għall-inkoraġġiment tal-proċess ta’ kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma koperti minn dan il-ftehim ma’ pajjiżi tal-viċinat sabiex jippromwovu l-prosperità u l-istabbiltà tar-reġjun, XEWQANA li jistabbilixxu u jiżviluppaw djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta’ interess reċiproku, WAQT LI JIRRIKONOXXU U JAPPOĠĠAW ix-xewqa tar-Repubblika tat-Taġikistan li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej, WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-investiment fir-Repubblika tat-Taġikistan, inkluż fis-settur tal-ġestjoni tal-enerġija u l-ilma, jikkonfermaw l-importanza mogħtija mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tat-Taġikistan lill-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, u lill-implementazzjoni sħiħa tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokoll għall-Karta dwar l-Enerġija dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija u aspetti ambjentali relatati, B'KONT MEĦUD tad-disponibbilità tal-Komunità biex tipprovdi kooperazzjoni soċjoekonomika u assistenza teknika kif xieraq, inkluż fil-ġlieda kontra l-faqar, WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-utilità tal-Ftehim favur ħbiberija gradwali bejn ir-Repubblika tat-Taġikistan u żona usa’ ta’ kooperazzjoni fl-Ewropa u fir-reġjuni tal-viċinat u l-integrazzjoni progressiva tagħha fis-sistema miftuħa tal-kummerċ internazzjonali, WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet biex jilliberalizzaw il-kummerċ, f'konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u li l-Komunità tilqa’ l-intenzjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan li taderixxi mal-WTO, KONXJI mill-ħtieġa li jittejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw in-negozju u l-investiment, u l-kondizzjonijiet f’oqsma bħall-istabbiliment ta’ kumpanniji, xogħol, forniment ta’ servizzi u movimenti tal-kapital, KONVINTI li dan il-Ftehim ser joħloq klima ġdida fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u b’mod partikolari għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment, li huma essenzjali għar-ristrutturar ekonomiku u l-immodernizzar teknoloġiku, XEWQANA biex jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent b'kont meħud tal-interdipendeza li teżisti bejn il-Partijiet f’dan il-qasam, WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kooperazjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-immigrazzjoni illegali, il-kriminalità organizzata internazzjonali u t-traffikar tad-droga u l-ġlieda kontra t-terroriżmu huma objettivi primarji ta’ dan il-Ftehim, XEWQANA li jistabbilixxu kooperazzjoni kulturali, kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u titjib tal-flussi ta’ informazzjoni, FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 B'dan hija stabbilita Sħubija bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra. L-objettivi ta’ din is-sħubija huma: - l-appoġġ għall-indipendenza u s-sovranità tar-Repubblika tat-Taġikistan, - l-appoġġ għall-isforzi tar-Repubblika tat-Taġikistan biex tikkonsolida d-demokrazija tagħha, tiżviluppa l-ekonomija u l-infrastruttura soċjali tagħha u biex tikseb transizzjoni lejn ekonomija tas-suq, - il-ħolqien ta’ qafas xieraq għad-djalogu politiku bejn il-Partijiet li jwassal għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet politiċi mill-qrib, - il-promozzjoni tal-kummerċ u l-investiment, b’mod partikolari fis-setturi tal-enerġija u l-ilma, u relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi bejn il-Partijiet sabiex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom, - il-ħolqien ta’ bazi għal kooperazzjoni leġislattiva, ekonomika, soċjali, finanzjarja, ċivili, xjentifika, industrijali, teknoloġika u kulturali. TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 2 Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, kif definiti b’mod partikolari fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Finali ta’ Helsinki u fil-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida jsostni l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim. Artikolu 3 Il-Partijiet iqisu li huwa essenzjali għall-prosperità u l-istabbiltà futura tagħhom li l-Istati indipendenti ġodda li emerġew mix-xoljiment tal-Unjoni ta’ Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi, minn issa ’l quddiem imsejħa "Stati Indipendenti", għandhom iżommu u jiżviluppaw kooperazzjoni bejniethom skond il-prinċipji tal-Att Finali ta’ Helsinki u skond id-dritt internazzjonali u fi spirtu ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien, u ser jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess. TITOLU II DJALOGU POLITIKU Artikolu 4 Għandu jiġi stabbilit djalogu politiku regolari u kostanti bejn il-Partijiet, li huma għandhom l-intenzjoni li jiżviluppaw u jintensifikaw. Dan għandu jakkumpanja u jikkonsolida l-ħbiberija bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan, jappoġġa l-bidliet politiċi u soċjoekonomiċi li għaddejjin fir-Repubblika tat-Taġikistan u jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ forom ġodda ta’ kooperazzjoni. Id-djalogu politiku: - ser isaħħaħ ir-rabtiet tar-Repubblika tat-Taġikistan mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u għaldaqstant mal-komunità ta' nazzjonijiet demokratiċi in ġenerali. Il-konverġenza ekonomika li tinkiseb permezz ta’ dan il-Ftehim ser twassal għal relazzjonijiet politiċi aktar intensi; - ser iġib konverġenza akbar fil-pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali ta’ interess reċiproku u b'hekk iżid is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun; - ser jinkoraġġixxi lill-Partijiet biex jikkooperaw f'materji li għandhom x'jaqsmu ma' l-osservanza tal-prinċipji tad-demokrazija, u r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ta’ dawk il-persuni li jappartjenu għal minoranzi, u biex ikun hemm konsultazzjonijiet, jekk meħtieġa, dwar materji rilevanti. Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni tal-armi ta' distruzzjoni massiva (ADM) u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom, kemm lill-istati kif ukoll lil atturi mhux tal-istat, jirrappreżentaw waħda mit-theddid l-aktar serju għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali. Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom permezz ta' konformità sħiħa ma', u implementazzjoni nazzjonali tal-obbligi eżistenti tagħhom taħt trattati u ftehim internazzjonali dwar id-diżarm u n-non-proliferazzjoni u obbligi internazzjonali oħra rilevanti. Il-partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoniji tikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-ftehim u ser tifforma parti mid-djalogu politiku li ser jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi. Il-Partijiet barra minn hekk jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' distruzzjoni massiva u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom billi: - jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu għal, kif xieraq, u jimplimentaw bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali l-oħra rilevanti kollha; - jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni nazzjonali, li tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-transitu ta' prodotti li huma relatati ma' l-ADM, inkluż il-kontroll tal-użu aħħari tal-ADM fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jinkludu sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni. Djalogu bħal dan jista' jsir fuq bażi reġjonali. Artikolu 5 Fil-livell ministerjali, id-djalogu politiku għandu jsir fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 77 u f’okkazjonijiet oħra bi ftehim reċiproku. Artikolu 6 Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri u mekkaniżmi oħra għal djalogu politiku mill-Partijiet, notevolment: - permezz ta' laqgħat regolari f'livell uffiċjali għoli bejn ir-rappreżentanti tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra; - billi jibbenefikaw bis-sħiħ minn kuntatti diplomatiċi bejn il-Partijiet, b'mod partikolari kuntatti xierqa fl-oqsma bilaterali jew multilaterali, inkluż fin-Nazzjonijiet Uniti, il-laqgħat tal-OSCE u postijiet oħra; - b’kull mezz ieħor, inkluż il-possibbiltà ta’ laqgħat ta’ esperti li jikkontribwixxu għall-konsolidar u l-iżvilupp ta’ dan id-djalogu. TITOLU III KUMMERĊ F'OĠĠETTI Artikolu 7 1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin trattament ta’ nazzjon l-aktar favorit fl-oqsma kollha fir-rigward ta’: - dazji u tariffi applikabbli fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inkluż il-metodu ta’ ġbir ta’ tali dazji u tariffi; - dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx mid-dwana, it-transitu, l-imħażen u t-trasbord; - taxxi u tariffi interni oħra ta’ kull tip applikati direttament jew indirettament għal oġġetti importati; - metodi ta’ ħlas u t-trasferiment ta’ tali ħlasijiet; - ir-regoli relatati mal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ oġġetti fis-suq domestiku. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal: (a) vantaġġi mogħtija bl-għan li tinħoloq unjoni doganali jew żona ta’ kummerċ ħieles jew b'riżultat tal-ħolqien ta’ tali unjoni jew żona; (b) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skond ir-regoli tal-WTO u skond arranġamenti internazzjonali oħra favur pajjiżi li qed jiżviluppaw; (c) vantaġġi mogħtija lill-pajjiżi konfinanti sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fuq il-fruntieri. 3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw, matul perijodu transitorju li jiskadi ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lil Stati oħra li emerġew mix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Artikolu 8 1. Il-Partijiet jaqblu illi l-prinċipju ta' transitu liberu huwa kondizzjoni essenzjali għall-kisba tal-objettivi ta' dan il-Ftehim. F’dan ir-rigward kull Parti għandha tiżgura transitu mhux ristrett mit-territorju tagħha ta’ oġġetti li joriġinaw fit-territorju doganali jew li huma destinati għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra. 2. Ir-regoli mfissra fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-Artikolu V tal-GATT 1994 huma applikabbli bejn il-Partijiet. 3. Ir-regoli li jinsabu f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċjali miftehma bejn il-Partijiet fir-rigward ta' setturi speċifiċi, b'mod partikolari t-trasport, jew il-prodotti. Artikolu 9 Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ammissjoni temporanja ta’ oġġetti li jorbtu lill-Partijiet, kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mit-tariffi fuq l-importazzjoni u d-dazji fuq oġġetti ammessi temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali oħra dwar din il-materja applikabbli għaliha, skond il-leġislazzjoni tagħha. Għandu jittieħed kont tal-kondizzjonijiet li taħthom ikunu ġew aċċettati mill-Parti in kwistjoni l-obbligi li jirriżultaw minn tali konvenzjoni. Artikolu 10 1. Oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika tat-Taġikistan għandhom jiġu importati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 15 u 16 ta’ dan il-Ftehim. 2. Oġġetti li joriġinaw fil-Komunità għandhom jiġu importati fit-Taġikistan mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 15 u 16 ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 11 L-oġġetti għandhom jiġu kkummerċjalizzati bejn il-Partijiet bi prezzijiet relatati mas-suq. Artikolu 12 1. Fejn xi prodott ikun qed jiġi importat fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet fi kwantitajiet miżjuda b’tali mod jew taħt tali kondizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu għall-produtturi domestiċi ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament magħhom, il-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan, skond il-każ, jistgħu jieħdu miżuri xierqa skond il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin. 2. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura, jew fil-każijiet li għalihom japplika l-paragrafu 4, kemm jista’ jkun malajr wara li tittieħed tali miżura, il-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan, skond il-każ, għandha tgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet kif previst fit-Titolu XI. 3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-referenza għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni dwar azzjonijiet ta’ rimedju għas-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti konċernati fi kwantità u għal tul ta' żmien li jkun meħtieġ biex tipprevjeni jew tirrimedja d-dannu, jew biex tadotta miżuri oħra xierqa. 4. F’ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jista’ jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi rimedjat, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, dejjem fuq il-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet jinbdew immedjatament wara li tittieħed tali azzjoni. 5. Fl-għażla tal-miżuri taħt dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li jikkawżaw l-anqas xkiel għall-kisba tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim. 6. Xejn f’dan l-Artikolu m'għandu jippreġudika jew b'xi mod jaffettwa t-teħid minn xi Parti, ta' miżuri anti-dumping jew miżuri korrettivi skond l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Korrettivi jew il-leġislazzjoni interna relatata ma’ dan. Artikolu 13 Il-Partijiet jobbligaw lilhom infushom li jaġġustaw id-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim dwar il-kummerċ f'oġġetti bejniethom, fid-dawl taċ-ċirkostanzi, u b'mod partikolari tas-sitwazzjoni li tirriżulta mill-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan għall-WTO. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jagħmel rakkommandazzjonijiet dwar tali aġġustamenti lill-Partijiet li jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ, meta jiġu aċċettati, bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. Artikolu 14 Dan il-Ftehim m’għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew oġġetti fi transitu ġġustifikati għal raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali jew kummerċjali jew regoli relatati mad-deheb u l-fidda. Tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet. Artikolu 15 Il-kummerċ fi prodotti tessili li jaqa’ taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda huwa regolat minn Ftehim bilaterali separat. Wara l-iskadenza tal-ftehim separat, il-prodotti tessili għandhom jiġu inklużi f’dan il-Ftehim. Artikolu 16 Il-kummerċ f’materjali nukleari għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, il-kummerċ f’materjali nukleari għandu jkun is-suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika tat-Taġikistan. TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET LI JAFFETWAW IN-NEGOZJU U L-INVESTIMENT KAPITOLU 1 Kondizzjonijiet tax-xogħol Artikolu 17 1. Suġġett għall-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli f’kull Stat Membru, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jirsistu biex jiżguraw li t-trattament li jagħtu liċ-ċittadini tar-Repubblika tat-Taġikistan li jkunu residenti u impjegati legalment fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom ikunu liberi minn kull forma ta' diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza, fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-ħlas jew it-tkeċċija, meta mqabbla maċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru nnifsu. 2. Suġġett għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli fit-Taġikistan, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tirsisti biex tiżgura li t-trattament li jingħata liċ-ċittadini ta’ Stat Membru residenti u impjegati legalment fit-territorju tat-Taġikistan għandu jkun liberu minn kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza, fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-ħlas jew it-tkeċċija meta imqabbla maċ-ċittadini tagħha stess. Artikolu 18 Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jeżamina x’titjib jista’ jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għan-negozjanti skond l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk imniżżla fid-dokument tal-Konferenza ta’ Bonn tas-CSCE. Artikolu 19 Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Artikoli 17 u 18. KAPITOLU II Kondizzjonijiet li jaffetwaw l-istabbiliment u l-operazzjoni ta' kumpanniji Artikolu 20 1. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu, għall-istabbiliment ta' kumpanniji Taġiki kif definiti fl-Artikolu 22(d), trattament li ma jkunx anqas vantaġġuż minn dak li jagħtu lil kwalunkwe kumpannija ta' pajjiż terz. 2. Mingħajr preġudizzju għar-riżervi elenkati fl-Anness II, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu lis-sussidjarji ta’ kumpanniji Taġiki stabbiliti fit-territorji tagħhom trattament li ma jkunx anqas vantaġġuż minn dak li jagħtu lil kwalunkwe kumpannija Komunitarja, fir-rigward tal-operazzjoni tagħhom. 3. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħtu lill-fergħat ta’ kumpanniji Taġiki stabbiliti fit-territorji tagħhom trattament li ma jkunx anqas vantaġġuż minn dak li jagħtu lill-fergħat ta’ kumpanniji ta’ kwalunkwe pajjiż terz, fir-rigward tal-operazzjoni tagħhom. 4. Ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tagħti, għall-istabbiliment ta' kumpanniji Komunitarji kif definiti fl-Artikolu 22(d), trattament li ma jkunx anqas vantaġġuż minn dak li tagħti lil kull kumpannija Taġika jew lil kull kumpannija ta’ pajjiż terz, skond liema jkun l-aħjar. 5. Ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tagħti lis-sussidjarji u lill-fergħat ta’ kumpanniji Komunitarji stabbiliti fit-territorju tagħha trattament li ma jkunx anqas vantaġġuż minn dak li tagħti lil kumpanniji jew fergħat ta’ kumpanniji Taġiki, jew lil kumpanniji jew fergħat ta’ kwalunkwe pajjiż terz, skond liema jkun l-aħjar, fir-rigward tal-operazzjoni tagħhom. Artikolu 21 1. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 m’għandhomx japplikaw għat-trasport bl-ajru, għat-trasport fl-ilmijiet interni u għat-trasport marittimu. 2. Madanakollu, fir-rigward ta’ attivitajiet li jitwettqu minn aġenziji tat-tbaħħir għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali, inklużi attivitajiet intermodali, li jinvolvu parti bil-baħar, kull Parti għandha tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra li jkollhom preżenza fit-territorju tagħha permezz ta’ sussidjarja jew fergħa, taħt kondizzjonijiet ta' stabbiliment u operazzjoni li ma jkunux anqas vantaġġuzi minn dawk li tagħti lill-kumpanniji tagħha stess jew lis-sussidjarji jew il-fergħat ta’ kumpanniji ta’ kwalunkwe pajjiż terz, skond liema jkun l-aħjar. Tali attivitajiet jinkludu iżda mhux limitat għal: (a) il-kumerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' servizzi ta’ trasport marittimu u servizzi oħra relatati permezz ta' kuntatt dirett mal-konsumaturi, mill-istima sal-fattura, irrilevanti minn jekk dawn is-servizzi jkunux operati jew offruti mill-fornitur ta' servizz innifsu jew minn fornituri ta’ servizz li magħhom il-bejjiegħ tas-servizz ikun stabbilixxa arranġamenti ta' negozju fissi; (b) ix-xiri u l-użu, f’isimhom propju jew f’isem il-konsumaturi tagħhom (u l-bejgħ mill-ġdid lill-konsumaturi tagħhom), ta’ kwalunkwe servizz ta’ trasport u servizzi oħra relatati, inkluż is-servizzi ta’ trasport lejn il-pajjiż bi kwalunkwe mezz, b'mod partikolari bl-ilmijiet interni, bit-triq u bil-ferrovija, li jkunu meħtieġa sabiex jipprovdu servizz integrat; (c) it-tħejjija ta’ dokumenti ta’ trasport, dokumenti doganali, jew dokumenti oħra relatati ma’ l-oriġini u t-tip tal-oġġetti trasportati; (d) il-forniment ta’ informazzjoni kummerċjali bi kwalunkwe mezz, inklużi sistemi ta’ informazzjoni kompjuterizzati u skambju ta’ data elettronika (suġġett għal kwalunkwe restrizzjoni mhux diskriminatorja li tikkonċerna l-komunikazzjonijiet elettroniċi); (e) l-istabbiliment ta' kwalunkwe arranġament ta' negozju, inkluż il-parteċipazzjoni fl-ishma ta' kumpannija u l-ħatra ta' persunal reklutat lokalment (jew, fil-każ ta’ persunal barrani, suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim), ma’ kwalunkwe aġenzija ta’ tbaħħir stabbilita lokalment; (f) rappreżentanza ta’ kumpanniji, organizzazzjoni tal-portijiet li ser iżur il-vapur jew l-aċċettazzjoni ta’ tagħbija meta meħtieġ. Artikolu 22 Għall-fini ta' dan il-Ftehim: (a) "Kumpannija Komunitarja" jew "Kumpannija Taġika" rispettivament tfisser kumpannija stabbilita skond il-liġijiet ta’ Stat Membru jew tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament u li għandha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament. Madanakollu, jekk kumpannija stabbilita skond il-liġijiet ta’ Stat Membru jew tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament ikollha biss l-uffiċċju reġistrat fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament, il-kumpannija għandha tiġi meqjusa bħala kumpannija Komunitarja jew Taġika rispettivament jekk l-operazzjonijiet tagħha jkollhom rabta reali u kontinwa ma’ l-ekonomija ta’ wieħed mill-Istati Membri jew mar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament. (b) "Sussidjarja" ta’ kumpannija għandha tfisser kumpannija li effettivament hija kkontrollata mill-ewwel kumpannija. (c) "Fergħa" ta’ kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li m’għandux personalità legali u li jidher li huwa permanenti, bħal estensjoni ta’ korp parenti, li għandu ġestjoni u li huwa mgħammar materjalment sabiex jinnegozja kummerċ ma’ partijiet terzi sabiex dan tal-aħħar, għalkemm jaf li jekk ikun meħtieġ ikun hemm rabta legali mal-korp parenti, li l-uffiċċju prinċipali tiegħu qiegħed f’art barranija, m’għandhomx għalfejn jinnegozjaw direttament ma’ korp parenti bħal dan iżda jista’ jagħmel negozju fil-post tal-kummerċ li jikkostitwixxi l-estensjoni. (d) "Stabbiliment" għanha tfisser id-dritt ta' kumpanniji Komunitarji jew Taġiki kif imsemmi fil-punt (a) li jibdew attivitajiet ekonomiċi permezz tal-istabbiliment ta’ sussidjarji u fergħat fir-Repubblika tat-Taġikistan jew fil-Komunità rispettivament. (e) "Operazzjoni" għandha tfisser it-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi. (f) "Attivitajiet ekonomiċi" għandha tfisser attivitajiet ta’ natura industrijali, kummerċjali u professjonali. Fir-rigward tat-trasport marittimu internazzjonali, inklużi operazzjonijiet intermodali li jinvolvu parti bil-baħar, iċ-ċittadini tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tat-Taġikistan li jkunu stabbiliti barra l-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament, u l-kumpanniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Komunità jew ir-Repubblika tat-Taġikistan u kontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru jew ċittadini tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament, għandhom ikunu wkoll il-benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu III jekk il-bastimenti tagħhom ikunu reġistrati f’dak l-Istat Membru jew fir-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament skond il-leġislazzjoni rispettiva tagħhom. Artikolu 23 1. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, Parti m’għandhiex titwaqqaf milli tieħu miżuri għal raġunijiet prudenzjali, inkluż għall-protezzjoni tal-investituri, id-depożitanti, it-titolari ta' polza jew persuni li huma intitolati għal dmir fiduċjarju minn għand fornitur ta’ servizzi finanzjarji, jew biex tiżgura l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Fejn tali miżuri ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huma m’għandhomx jintużaw bħala mezzi biex jevadu l-obbligi ta’ xi Parti taħt dan il-Ftehim. 2. Xejn f’dan il-Ftehim m'għandu jinftiehem illi jitlob lil xi Parti tikxef informazzjoni relatata ma' l-affarijiet jew il-kontijiet ta’ konsumaturi individwali jew ma’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali jew proprjetarja li tkun fil-pussess ta’ entitajiet pubbliċi. 3. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "servizzi finanzjarji" tfisser dawk l-attivitajiet imfissra fl-Anness III. Artikolu 24 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull Parti ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex ma jkunux jistgħu jiġu evitati l-miżuri tiegħu li jikkonċernaw aċċess ta’ pajjiżi terzi għas-suq tagħha, permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 25 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 ta' dan it-Titolu, kumpannija Komunitarja jew kumpannija Taġika stabbilita fit-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan jew fil-Komunità rispettivament hija intitolata li timpjega magħha, jew ma’ waħda mis-sussidjarji jew friegħi tagħha, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż ta' stabbiliment ospitanti, fit-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan u fil-Komunità rispettivament, impjegati li huma ċittadini ta’ Stati Membri Komunitarji u tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament, sakemm dawn l-impjegati huma persunal prinċipali kif definit fil-paragrafu 2, u li huma impjegati esklussivament minn kumpanniji, jew fergħat. Il-permessi ta’ residenza u tax-xogħol ta’ impjegati bħal dawn għandhom ikopru biss il-perijodu ta' tali impjieg. 2. Il-persunal prinċipali tal-kumpanniji msemmija hawn fuq li hawn qed jissejħu "organizzazzjonijiet" huma "persuni trasferiti intrakorporativament" kif definit f’(c) fil-kategoriji li ġejjin, sakemm l-organizzazzjoni tkun persuna ġuridika u l-persuni konċernati jkunu ġew impjegati minnha jew kienu msieħba fiha (ħlief għal azzjonisti maġġoritari) għal żmien ta’ mhux inqas minn sena immedjatament qabel it-tali moviment: (a) Persuni li jaħdmu f’pożizzjoni għolja ma’ organizzazzjoni, li primarjament imexxu l-ġestjoni ta' stabbiliment, u li jirċievu superviżjoni jew direzzjoni ġenerali prinċiparjament mill-bord tad-diretturi jew l-azzjonisti tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, li jinkludu: - it-tmexxija tal-istabbiliment jew dipartiment jew subdiviżjoni tal-istabbiliment, - is-supervizjoni u l-kontroll tax-xogħol ta' impjegati sorveljanti, professjonali jew maniġerjali oħra, - li jkollhom l-awtorità li jimpjegaw jew ikeċċu l-impjegati personalment jew li jirrakkomandaw dwar l-impjegar, it-tkeċċija jew azzjonijiet oħra tal-persunal. (b) Il-persuni li jaħdmu fi ħdan organizzazzjoni li għandhom għarfien mhux komuni li huwa essenzjali għas-servizz tal-istabbiliment, għat-tagħmir tar-riċerka, għat-teknika jew għall-ġestjoni. Il-valutazzjoni ta' tali għarfien tista', minbarra għarfien speċifika għall-istabbiliment, tirrifletti livell għoli ta' kwalifiki relatati ma’ xi tip ta' xogħol jew sengħa li jeħtieġu għarfien tekniku speċifiku, inkluż is-sħubija ta' professjoni akkreditata. (c) "Persuna trasfertita intrakorporativament" hija persuna fiżika li taħdem fi ħdan organizzazzjoni fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, u li hija temporanjament trasferita fil-kuntest tat-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni konċernata għandha jkollha l-post tan-negozju prinċipali tagħha fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet u t-trasferiment ikun lejn fergħa jew kumpannija sussidjarja ta’ dik l-organizzazzjoni li effettivament twettaq l-istess attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra. Artikolu 26 1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jevitaw li jieħdu kwalunkwe miżura jew azzjoni li tagħmel il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment u l-operazzjoni tal-kumpanniji rispettivi tagħhom aktar ristrettivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum ta’ qabel id-data tal-iffirmar tal-Ftehim. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta’ Artikolu 34: is-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 34 għandhom jiġu regolati esklussivament mid-dispozizzjonijiet tiegħu. 3. Filwaqt li jaġixxi fi spirtu ta’ sħubija u kooperazzjoni u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40, il-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan għandu jinforma lill-Komunità dwar l-intenzjonijiet tieġħu li jgħaddi leġislazzjoni ġdida jew jadotta regolamenti ġodda li jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment jew l-operazzjoni fir-Repubblika tat- Taġikistan ta' sussidjarji u fergħat ta’ kumpanniji Komunitarji aktar ristrettivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum ta’ qabel id-data tal-iffirmar tal-Ftehim. Il-Komunità tista’ titlob lir-Repubblika tat-Taġikistan biex tgħaddilha l-abbozzi ta’ tali leġislazzjoni jew regolamenti u biex tibda konsultazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi. 4. Fejn leġislazzjoni jew regolamenti ġodda introdotti mir-Repubblika tat-Taġikistan jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet ta' l-operazzjoni ta’ sussidjarji u fergħat ta' kumpanniji Komunitarji stabbiliti fir-Repubblika tat-Taġikistan aktar ristrettivi mis-sitwazzjoni eżistenti fil-jum ta' qabel l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, tali leġislazzjoni jew regolamenti m’għandhomx japplikaw sa tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-att rilevanti għal dawk is-sussidjarji jew fergħat li huma diġà stabbiliti fir-Repubblika tat-Taġikistan fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tal-att rilevanti. KAPITOLU III Forniment ta' servizzi transkonfini bejn il-komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan Artikolu 27 1. Il-Partijiet jobbligaw lilhom infushom skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu li jieħdu l-passi meħtieġa biex progressivament jippermettu l-forniment ta’ servizzi minn kumpanniji Komunitarji jew Taġiki li huma stabbiliti f’Parti li mhix tal-persuna li għaliha dawn is-servizzi huma intenzjonati, b’kont meħud tal-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi fiż-żewġ Partijiet. 2. Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-implementazzjoni tal-paragrafu 1. Artikolu 28 Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżviluppaw settur ta' servizzi orjentat lejn is-suq fir-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 29 1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li japplikaw b’mod effettiv il-prinċipju ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq u t-traffiku marittimu internazzjonali fuq bazi kummerċjali: (a) Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal Konferenzi ta' Bastimenti tal-Linja, kif applikabbli għal Parti jew oħra f'dan il-Ftehim. Linji mhux ta' konferenza ser ikunu liberi li joperaw f’kompetizzjoni ma’ konferenza sakemm jaderixxu għall-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fuq bażi kummerċjali. (b) Il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent kompetittiv liberu bħala fattur essenzjali għall-kummerċ tal-massa ta’ tagħbija kemm xotta kif ukoll likwida. 2. Fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-paragrafu 1, il-Partijiet għandhom: (a) mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ma japplikaw l-ebda dispożizzjoni ta’ ftehim bilaterali dwar kondiviżjoni ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri tal-Komunità u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika; (b) ma jintroduċux klawżoli ta' kondiviżjoni ta’ merkanzija fi ftehim bilaterali futuri ma’ pajjiżi terzi, ħlief f'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fejn kumpanniji li joperaw bastimenti tal-linja minn Parti jew oħra f’dan il-Ftehim ma jkollhom l-ebda opportunità effettiva b'xi mod ieħor biex jiksbu kummerċ lejn u mill-pajjiż terz konċernat; (c) jipprojbixxu arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-merkanzija fi ftehim bilaterali futuri li jikkonċernaw kummerċ tal-massa ta' tagħbija kemm xotta kif ukoll likwida; (d) jabolixxu, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull miżura unilaterali, ostakoli amministrattivi, tekniċi u oħra li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-forniment liberu ta' servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali. 3. Kull Parti m’għandhiex, inter alia, titratta b’mod anqas vantaġġuż lil bastimenti li huma operati minn ċittadini jew kumpanniji tal-Parti l-oħra mill-mod kif titratta l-bastimenti tagħha stess fir-rigward ta' aċċess għal portijiet miftuħa għall-kummerċ internazzjonali, l-użu ta’ infrastruttura u servizzi marittimi awżiljarji tal-portijiet, tariffi u spejjeż relatati, faċilitajiet doganali u allokazzjoni ta’ postijiet ta’ rmiġġ u faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt. Artikolu 30 Bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp koordinat tat-trasport bejn il-Partijiet, skond il-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet ta' aċċess reċiproku għas-suq u l-forniment ta' servizzi ta’ trasport fuq l-art, bil-ferrovija u b'ilmijiet interni u, jekk applikabbli, bl-ajru, jistgħu jiġu ttrattati bi ftehim speċifiċi nnegozjati bejn il-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta’dan il-Ftehim. KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 31 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom jiġu applikati suġġett għal-limitazzjonijiet li huma ġġustifikati mill-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika. 2. Huma m’għandhomx japplikaw għal attivitajiet li fit-territorju tal-partijiet huma konnessi, anke jekk okkażżjonalment, ma’ l-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali. Artikolu 32 Għall-fini ta' dan it-Titolu, xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jimpedixxi lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regoli tagħhom dwar id-dħul u r-residenza, ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbiliment ta’ persuni fiżiċi u l-forniment ta' servizzi, sakemm, jekk isir hekk, dawn ma jiġux applikati b’tali mod li jannulla jew ifixkel lil xi Parti milli tgawdi mill-benefiċċji li jaqgħu taħt it-termini ta' dispożizzjoni speċifika ta' dan il-Ftehim. Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 31. Artikolu 33 Kumpanniji li huma kkontrollati jew li jappartjenu esklussivament għal kumpanniji Taġiki u kumpanniji Komunitarji konġuntament għandhom ikunu wkoll benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV. Artikolu 34 It-trattament mogħti lil kwalunkwe Parti lill-oħra taħt dan il-Ftehim, mill-jum li jkun xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi rilevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), fir-rigward ta' setturi jew miżuri koperti mill-GATS, fl-ebda każ m'għandu jkun aktar vantaġġuż minn dak mogħti minn din l-ewwel Parti taħt id-dispożizzjonijiet tal-GATS u dan fir-rigward ta’ kull settur, subsettur u mezz ta' forniment ta' servizzi. Artikolu 35 Għall-finijiet tal-Kapitoli II, III u IV, m'għandu jittieħed l-ebda kont tat-trattament mogħti mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tat-Taġikistan skond l-impenji li daħlu għalihom fi ftehim ta’ integrazzjoni ekonomika skond il-prinċipji tal-Artikolu V tal-GATS. Artikolu 36 1. It-trattament tal-aktar nazzjon favorit mogħti skond id-dispożizzjoni ta' dan it-Titolu m'għandux japplika għall-vantaġġi ta' taxxi li l-Partijiet qegħdin jipprovdu, jew li ser jipprovdu fil-ġejjieni, abbażi ta’ ftehim biex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew arranġamenti fiskali oħra. 2. Xejn f'dan it-Titolu m’għandu jinftiehem b’mod li jimpedixxi l-adozzjoni jew l-infurzar mill-Partijiet ta’ xi miżura mmirata lejn il-prevenzjoni tal-evitar jew l-evażjoni ta' taxxi fit-tfittxija ta’ dispożizzjonijiet fiskali ta’ ftehim biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja, arranġamenti fiskali oħra jew il-leġislazzjoni fiskali domestika. 3. Xejn minn dan it-Titolu m'għandu jinftiehem b'mod li jimpedixxi lill-Istati Membri jew lir-Repubblika tat-Taġikistan milli jgħarfu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxi li m’humiex f’ċirkostanzi identiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-post ta' residenza tagħhom. Artikolu 37 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24, l-ebda dispożizzjoni tal-Kapitoli II, III u IV m'għandha tiġi interpretata b' tali mod li tagħti d-dritt li: - ċittadini tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament jidħlu, jew joqogħdu, fit-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan jew tal-Komunità rispettivament fi kwalunkwe kapaċità, u b’mod partikolari bħala azzjonisti jew bi sħab f’kumpannija jew bħala diriġenti jew impjegati tagħha jew fornituri jew riċevituri ta’ servizzi; - Sussidjarji Komunitarji jew fergħat ta' kumpanniji Taġiki jimpjegaw, jew ikollhom impjegati, ċittadini tar-Repubblika tat-Taġikistan fit-territorju tal-Komunità; - Sussidjarji Taġiki jew fergħat ta' kumpanniji tal-Komunità jimpjegaw, jew ikollhom impjegati, ċittadini tal-Istati Membri fit-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan; - Kumpanniji Taġiki jew sussidjarji Komunitarji jew fergħat ta’ kumpanniji Taġiki jfornu persuni Taġiki biex jidhru f’isem u taħt il-kontroll ta’, persuni oħra b' kuntratti ta’ impjieg temporanji; - Kumpanniji Komunitarji jew sussidjarji Taġiki jew fergħat ta’ kumpanniji Komunitarji jfornu ħaddiema li huma ċittadini tal-Istati Membri b' kuntratti ta’ impjieg temporanji. KAPITOLU V Pagamenti kurrenti u kapitali Artikolu 38 1. Il-Partijiet jobbligaw lilhom infushom li jawtorizzaw f’valuta li tissarraf faċilment kull pagament fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn residenti tal-Komunità u tar-Repubblika tat-Taġikistan konnessi mal-moviment ta’ oġġetti, servizzi jew persuni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. 2. Rigward transazzjonijiet fuq il-kont kapitali tal-bilanċ ta' pagamenti, minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, il-moviment liberu ta' kapital għandu jkun żgurat għal finijiet ta’ investimenti diretti f’kumpanniji stabbiliti skond il-liġijiet tal-pajjiżi ospitanti, investimenti magħmula skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, u l-likwidazzjoni jew ripatrijazzjoni ta' dawn l-investimenti jew ta’ kull qliegħ li jsir minnhom. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew għall-paragrafu 5, minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, l-ebda restrizzjoni ta' rata tal-kambju ġdida m'għandha tiġi introdotta fuq il-moviment ta' kapital u ta’ pagamenti kurrenti marbuta miegħu bejn residenti tal-Komunità u tat-Taġikistan u lanqas m'għandhom jiġu aktar ristretti l-arranġamenti eżistenti. 4. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw il-moviment ta' forom ta' kapital apparti dawk imsemmija fil-paragrafu 2 bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan sabiex jippromwovu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim. 5. B'referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tiġi introdotta konvertibbiltà sħiħa tal-valuta Taġika fis-sens tal-Artikolu VIII tal-Artikoli ta' Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), ir-Repubblika tat-Taġikistan tista’ f’każi eċċezzjonali tapplika restrizzjonijiet ta’ kambju marbuta ma’ l-għotja jew l-akkwist ta' krediti finanzjarji għal perijodu ta' żmien qasir jew medju, sakemm tali restrizzjonijiet jiġu imposti fuq it-Taġikistan għall-għotja ta' tali krediti u huma permessi skond l-istatus tar-Repubblika tat-Taġikistan taħt il-FMI. Ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tapplika dawn ir- restrizzjonijiet b’mod mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu applikati b’tali mod li jikkawżaw l-inqas xkiel possibbli għal dan il-Ftehim. Ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tinforma lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni minnufih dwar l-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri jew kwalunkwe tibdil fihom. 6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, movimenti ta’ kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan, jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-politika tar-rati tal-kambju jew il-politika monetarja fil-Komunità jew fit-Taġikistan, il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan rispettivament jistgħu jieħdu miżuri ta’ salvagwardja rigward il-movimenti ta' kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur, jekk dawn il-miżuri jkunu verament meħtieġa. KAPITOLU VI Protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali Artikolu 39 1. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness IV, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tkompli ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet intelletwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, livell ta' protezzjoni simili għal dak li hemm fil-Komunità, inklużi mezzi effettivi ta’ infurzar ta’ tali drittijiet. 2. Sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha taderixxi mal-konvenzjonijiet multilaterali dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness IV li tagħhom huma partijiet l-Istati Membri jew li huma de facto applikati mill-Istati Membri, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-konvenzjonijiet. Għall-implementazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, il-Komunità ser tipprovdi appoġġ kull fejn ikun possibbli. TITOLU V KOOPERAZZJONI LEĠISLATTIVA Artikolu 40 1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li kondizzjoni importanti għat-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika tat-Taġikistan u l-Komunità hija l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti u futura tar-Repubblika tat-Taġikistan lejn dik tal-Komunità. Ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-leġislazzjoni tagħha gradwalment issir kompatibbli ma' dik tal-Komunità. 2. L-approssimazzjoni tal-liġijiet għandha testendi b’mod partikolari għall-oqsma li ġejjin: il-liġi doganali, il-liġi tal-kumpanniji, il-liġi tal-banek u servizzi finanzjarji oħra, il-kontijiet u t-taxxi tal-kumpanniji, il-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, inklużi kwalunkwe kwistjoni relatata u prattika li taffettwa l- kummerċ, akkwisti pubbliċi, il-protezzjoni tas- saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, l-annimali u l-pjanti, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-tassazzjoni indiretta, ir-regoli u l-istandards tekniċi, il-liġijiet u r-regolamenti nukleari, it-trasport u l-komunikazzjoni elettronika. 3. Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika tat-Taġikistan b’assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, li jistgħu jinkludu: - l-iskambju ta’ esperti; - il-forniment ta' informazzjoni bikrija, speċjalment dwar leġizlazzjoni rilevanti; - l-organizzazzjoni ta' seminars; - it-taħriġ ta' persunal involut fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni; - għajnuna għat-traduzzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fl-oqsma rilevanti. 4. Il-Partijiet jiftehmu li jeżaminaw mezzi sabiex jiġu applikati l-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni fuq bażi konċertata f'każijiet bħal meta jiġi affettwat il-kummerċ ta’ bejniethom. TITOLU VI KOOPERAZZJONI EKONOMIKA Artikolu 41 1. Il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni ekonomika bil-għan li jgħinu fil-proċess ta’ riforma u rkuprar ekonomiku u ta’ żvilupp sostenibbli tar-Repubblika tat-Taġikistan. Tali kooperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti għall-benefiċċju tal-Partijiet. 2. Ser jitfasslu linji politiċi u miżuri oħra li jwasslu għal riformi ekonomiċi u soċjali u r-ristrutturar ta’ sistemi ekonomiċi fir-Repubblika tat-Taġikistan u dawn ser jiġu mmexxija mill-ħtiġiet tas-sostenibilità u l-iżvilupp soċjali armonjuż; dawn ser jinkorporaw bis-sħiħ ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali u l-ġlieda kontra l-faqar. 3. Għal dan il-għan il-kooperazzjoni ser tikkonċentra, b’mod partikolari, fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-appoġġ għall-intrapriżi (inkluż il-privatizzazzjoni, l-investiment u l-iżvilupp ta' servizzi finanzjarji), l-agrikoltura u l-ikel (inkluż is-sigurtà tal-ikel), l-enerġija (inkluża dik idro-elettrika), il-ġestjoni tal-ilma u s-sigurtà nukleari ċivili, is-saħħa u l-ġlieda kontra l-faqar, it-trasport, is-servizzi postali, il-komunikazzjoni elettronika, it-turiżmu, il-protezzjoni ambjentali, l-attività transkonfini u l-kooperazzjoni reġjonali. 4. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lil miżuri li jistgħu jrawmu l-potenzjal ekonomiku tar-Repubblika tat-Taġikistan u l-kooperazzjoni reġjonali. 5. Fejn xieraq, il-kooperazzjoni ekonomika u forom oħra ta' kooperazzjoni previsti f’dan il-Ftehim jistgħu jiġu appoġġati b’assistenza teknika mill-Komunità, b'kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill rilevanti tal-Komunità applikabbli għall-assistenza teknika fl-Istati Indipendenti, il-prijoritajiet miftehma fil-programm indikattiv għal assistenza teknika Komunitarja lill-Asja Ċentrali u l-applikazzjoni tagħhom għar-Repubblika tat-Taġikistan u l-koordinazzjoni u l-proċeduri ta’ implementazzjoni stabbiliti tiegħu. Ir-Repubblika tat-Taġikistan tista' tibbenefika wkoll minn programmi Komunitarji oħra skond ir-regolamenti xierqa adottati mill-Kunsill. Artikolu 42 Kooperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ f'oġġetti u servizzi Il-Partijiet ser jikkooperaw bil-ħsieb li jiżguraw li l-kummerċ internazzjonali tar-Repubblika tat-Taġikistan jitmexxa f'konformità mar-regoli tal-WTO. Il-Komunità għandha tipprovdi assistenza teknika lir-Repubblika tat-Taġikistan għal dan il-fini. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi kwistjonijiet speċifiċi direttament rilevanti għall-faċilitar tal-kummerċ, b’mod partikolari bil-ħsieb li r-Repubblika tat-Taġikistan tiġi assistita biex tarmonizza l-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħha mar-regoli tal-WTO u b'hekk tissodisfa malajr kemm jista’ jkun il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni għal dik l-Organizzazzjoni. Dawn jinkludu: - il-formulazzjoni ta' politika dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, inkluż il-pagamenti u l-mekkaniżmi tal-clearing, - l-abbozzar ta’ leġislazzjoni rilevanti. Artikolu 43 Kooperazzjoni industrijali 1. Il-kooperazzjoni għandha timmira li tippromwovi b’mod partikolari dawn li ġejjin: - l-iżvilupp ta' rabtiet ta' negozju bejn operaturi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet, inkluż bejn l-intraprizi żgħar u ta' daqs medju; - il-parteċipazzjoni Komunitarja fl-isforzi tar-Repubblika tat-Taġikistan għar-ristrutturar tal-industrija tagħha; - it-titjib tal-ġestjoni; - it-titjib tal-kwalità ta' prodotti industrijali u l-adattament tagħhom għal standards internazzjonali; - l-iżvilupp ta' produzzjoni effiċjenti u kapaċità ta’ proċessar fis-settur tal-materja prima; - l-iżvilupp ta’ regoli kummerċjali u prattika xierqa, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti; - il-protezzjoni ambjentali; - il-konverżjoni tad-difiza; - it-taħriġ ta’ persunal. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffetwaw l-infuzar tar-regoli ta' kompetizzjoni Komunitarji li huma applikabbli għall-impriżi. Artikolu 44 Promozzjoni u protezzjoni tal-investiment 1. B'kont meħud tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri, il-kooperazzjoni għandha timmira li tistabbilixxi ambjent favorevoli għall-investiment privat, kemm domestiku kif ukoll barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonijiiet aħjar għall-protezzjoni tal-investiment, it-trasferiment ta’ kapital u l-iskambju ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' investiment. 2. L-għanijiet tal-kooperazzjoni għandhom ikunu b’mod partikolari: - li jiġu konklużi, fejn xieraq, ftehim bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tat-Taġikistan biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja; - li jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli li jattiraw investiment barrani fl-ekonomija Taġika; - li jiġu stabbiliti liġi u kondizzjonijiet tan-negozju stabbli u adegwati, u li tiġi skambjata informazzjoni dwar liġijiet, regolamenti u prattika amministrattiva fil-qasam tal-investiment; - li tiġi skambjata infomazzjoni dwar opportunitajiet ta’ investiment fil-forma ta', inter alia, fieri kummerċjali, wirjiet, ġimgħat ddedikati għall-kummerċ u avvenimenti oħra. Artikolu 45 Akkwisti pubbliċi Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżviluppaw kondizzjonijiet għal għoti ta’ kuntratti għal oġġetti u servizzi, b’mod miftuħ u kompetittiv, b’mod partikolari permezz ta' sejħiet għal offerti. Artikolu 46 Kooperazzjoni fil-qasam tal-istandards u l-valutazzjoni tal-konformità 1. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi allinjament ma' kriterji, prinċipji u linji gwida maqbula internazzjonalment fl-oqsma tal-metroloġija, l-istandards u l-valutazzjoni tal-konformità, biex tiffaċilita l-progress lejn rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità, u biex ittejjeb il-kwalità tal-prodotti Taġiki. 2. Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom jippruvaw jikkooperaw fi proġetti ta’ assistenza teknika li ser: - jippromwovu kooperazzjoni xierqa ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet speċjalizzati f’dawn l-oqsma; - jippromwovu l-użu tar-regolamenti tekniċi Komunitarji u l-applikazzjoni ta’ standards u proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità Ewropej; - jippermettu l-kondiviżjoni ta' esperjenza u informazzjoni teknika fil-qasam tal-ġestjoni tal-kwalità. Artikolu 47 Minjieri u materji primi 1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jżidu l-investiment u l-kummerċ fil-minjieri u l-materji primi, inklużi metalli li ma fihomx ħadid. 2. Il-kooperazjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-oqsma li ġejjin: - l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prospetti tal-minjieri u s-setturi tal-metalli li ma fihomx ħadid; - l-istabbiliment ta’ qafas legali għall-kooperazzjoni; - il-materji kummerċjali; - l-adozzjoni u l-implementazzjoni ta' leġislazzjoni ambjentali; - it-taħriġ; - is-sigurtà fl-industrija tal-minjieri. Artikolu 48 Kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija 1. Il-Partijiet għandhom jippromwovu kooperzzjoni fir-riċerċa xjentifika ċivili u l-iżvilupp teknoloġiku (RŻT) abbażi ta’ benefiċċju reċiproku u, b’kont meħud tad-disponibbiltà ta’ riżorsi, aċċess adegwat għall-programmi rispettivi tagħhom, suġġett għal livelli xierqa ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali (IPR). 2. Il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija għandha tkopri: - l-iskambju ta' informazzjoni xjentifika u teknika; - attivitajiet tar-RŻT konġunti; - attivitajiet ta’ taħriġ u programmi ta’ mobbiltà ta’ xjenzjati, riċerkaturi u tekniċi taż-żewġ Partijiet impenjati fir-RŻT. Fejn tali kooperazzjoni tieħu l-forma ta’ attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni u/jew it-taħriġ, din għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 49. Il-Partijiet, abbazi ta’ ftehim reċiproku, jistgħu jidħlu għal forom oħra ta' kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija. Fit-twettiq ta’ tali attivitajiet ta’ kooperazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-distribuzzjoni mill-ġdid ta' xjenzjati, inġiniera, riċerkaturi u tekniċi li kienu jew għadhom involuti fir-riċerka dwar, u/jew il-produzzjoni, ta’ armi ta' distruzzjoni massiva. 3. Il-kooperazjoni koperta b’dan l-Artikolu għandha tiġi implimentata skond arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu nnegozjati u konklużi skond il-proċeduri adottati minn kull Parti, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet xierqa dwar l-IPR. Artikolu 49 Edukazzjoni u taħriġ 1. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni ġenerali u l-kwalifiki professjonali fir-Repubblika tat-Taġikistan, kemm fis-settur pubbliku u dak privat. 2. Il-kooperazjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-oqsma li ġejjin: - aġġornament tas-sistemi ta' taħriġ u edukazzjoni għolja fir-Repubblika tat-Taġikistan, inkluż is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u diplomi ta’ edukazzjoni ogħla; - taħriġ ta' persuni fi gradi eżekuttivi fis-settur pubbliku u privat u ta’ ħaddiema taċ-ċivil f’oqsma ta’ prijorità li għad iridu jiġu determinati; - kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi u bejn istituzzjonijiet edukattivi u ażjendi; - mobbiltà ta’ għalliema, gradwati, amministraturi, xjenzjati u riċerkaturi żgħażagħ, u persuni żgħażagħ; - promozzjoni tat-tagħlim fil-qasam tal-istudji Ewropej fi ħdan l-istituzzjonijiet xierqa; - tagħlim tal-lingwi Komunitarji; - taħriġ fil-livell ta' post-gradwat għal interpreti ta' konferenzi; - taħriġ għall-ġurnalisti; - taħriġ għall-għalliema. 3. Il-partiċipazzjoni possibbli ta' Parti waħda fil-programmi tal-Parti l-oħra fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħrig tista’ tiġi kkunsidrata skond il-proċeduri rispettivi tagħhom; fejn xieraq, ser jiġu mbagħad stabbiliti strutturi istituzzjonali u pjanijiet ta' kooperazzjoni permezz tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan fil-programm tal-Komunità TEMPUS. Artikolu 50 Agrikoltura u s-settur agro-industrijali Il-fini tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandu jkun it-twettiq ta' riforma agrarja u riforma tal-istrutturi agrikoli, il-modernizzazzjoni, il-privatizzazzjoni u r-ristrutturar tal-agrikoltura, it-trobbija tal-annimali u s-setturi tal-agro-industrija u tas-servizzi fir-Repubblika tat-Taġikistan, u l-iżvilupp ta’ swieq domestiċi u barranin għall-prodotti Taġiki, f’kondizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-ambjent, b'kont meħud tal-ħtieġa li titjieb is-sigurtà fil-provvista tal-ikel u li jiġi żviluppat in-negozju tal-agrikoltura u l-proċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli. Il-Partijiet għandhom ukoll ifittxu li jiksbu approssimazzjoni gradwali tal-istandards Taġiki mar-regolamenti tekniċi Komunitarji dwar il-prodotti tal-ikel industrijali u agrikoli, inkluż l-istandards sanitarji u fitosanitarji. Artikolu 51 Enerġija 1. Il-kooperazzjoni għandha tkun regolata mill-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, fl-isfond tal-integrazzjoni progressiva tas-swieq tal-enerġija fl-Ewropa. 2. Il-kooperazzjoni għandha tikkonċentra, inter alia, fuq il-formulazzjoni u l-iżvilupp tal-politika dwar l-enerġija. Din għandha tinkludi l-oqsma li ġejjin: - it-titjib tal-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija skond l-ekonomija tas-suq; - it-titjib tal-forniment tal-enerġija, inkluż is-sigurtà tal-forniment, b'mod ekonomikament u ambjentalment għaqli. - il-promozzjoni ta' użu għaqli tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija u l-implimentazzjoni tal-Protokoll, għall-Karta dwar l-Enerġija, dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija u aspetti ambjentali relatati; - il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija; - it-titjib tal-forniment tal-enerġija u l-użu ta' teknoloġiji fil-firxa sħiħa ta’ tipi ta’ enerġija; - il-ġestjoni u t-taħriġ tekniku fis-settur tal-enerġija; - it-trasport u t-transitu ta’ materjali u prodotti tal-enerġija; - l-introduzzjoni tal-firxa ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u oħra neċessarji biex jinkoraġġixxu aktar kummerċ u investiment fl-enerġija; - l-iżvilupp ta’ riżorsi tal-enerġija idro-elettrika u riżorsi ta' enerġija rinnovabbli oħra; 3. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar proġetti ta’ investiment fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari dwar il-produzzjoni ta' riżorsi tal-enerġija u l-kostruzzjoni u t-tiswija ta’ linji ta' pajpijiet taż-żejt u l-gass jew ta' mezzi oħra ta' trasport tal-prodotti tal-enerġija. Il-Partijiet jagħtu importanza partikolari lil kooperazzjoni rigward investimenti fis-settur tal-enerġija u l-mod kif dawn jiġu rregolati. Huma għandhom jikkooperaw sabiex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV u tal-Artikolu 44 b'mod kemm jista' jkun effikaċi fir-rigward ta' investimenti fis-settur tal-enerġija. Artikolu 52 Ambjent u Saħħa 1. Waqt li jikkunsidraw il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, id-Dikjarazzjonijiet tal-Konferenza ta' Luzern ta' April 1993 u tal-Konferenza ta' Sofia ta' Ottubru 1995, u b'kont meħud tal-Karta dwar l-Enerġija, u speċjalment l-Artikolu 19 tiegħu, u l-Protokoll, għall-Karta dwar l-Enerġija, dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija u aspetti ambjentali relatati, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu il-kooperazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. 2. Il-kooperazzjoni għandha timmira lejn il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġlieda kontra kull tip ta' tniġġiż u b'mod partikolari tkopri: - monitoraġġ effettiv tal-livelli ta’ tniġġiż u valutazzjoni tal-ambjent; sistema ta' informazzjoni dwar l-istat tal-ambjent; - il-ġlieda kontra t-tniġġiż lokali, reġjonali u transkonfini tal-arja u l-ilma; - ir-rijabilitazzjoni ambjentali; - il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija sostenibbli, effiċjenti u ambjentalment għaqli; - is-sigurtà tal-impjanti industrijali; - il-klassifikazzjoni u t-trattament sigur ta’ kimiċi; - il-kwalità tal-ilma; - it-tnaqqis tal-iskart, ir-riċiklaġġ u s-sigurtà tar-rimi, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Basel meta din tiġi ffirmata; - l-impatt ambjentali fuq l-agrikoltura; it-tkaxkir tal-ħamrija; it-tniġġiż kemikali; - il-protezzjoni tal-foresti; - il-konservazzjoni tal-bijodiversità, iż-żoni protetti u l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi; - l-ippjanar tal-użu tal-art, inkluż il-bini u l-ippjanar urban; - l-użu ta' strumenti ekonomiċi u fiskali; - il-bidla fil-klima globali; - l-edukazzjoni u l-kuxjenza ambjentali; - l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Espoo dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’kuntest transkonfini meta din tiġi ffirmata. 3. Il-forom ta’ kooperazzjoni għandhom jinkludu: - l-ippjanar għal diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza; - l-iskambju ta’ informazzjoni u esperti, inkluż informazzjoni u esperti relatati mat-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu sigur u ambjentalment għaqli tal-bijoteknoloġiji; - attivitajiet ta’ riċerka konġunti; - l-approssimazzjoni tal-liġijiet lejn l-istandards Komunitarji; - il-kooperazzjoni f'livell reġjonali, inkluża l-kooperazzjoni fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u f'livell internazzjonali; - l-iżvilupp ta' strateġiji, b'mod partikolari rigward kwistjonijiet globali u klimatiċi u bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli; - studji dwar impatti ambjentali. 4. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jiżviluppaw il-kooperazzjoni tagħhom dwar kwistjonijiet tal-ħajja tal-bniedem, b'mod partikolari permezz ta' assistenza teknika dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra mard infettiv u l-protezzjoni ta' ommijiet u tfal żgħar. Artikolu 53 Trasport Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport. Din il-kooperazzjoni għandha, inter alia, timmira lejn ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tas-sistemi u n-netwerks tat-trasport fir-Repubblika tat-Taġikistan; filwaqt li tiżviluppa u tiżgura, fejn xieraq, kompatibbiltà tas-sistemi ta’ trasport fil-kuntest li tinkiseb sistema ta’ trasport aktar globali; u filwaqt li tidentifika u telabora proġetti ta’ prijorità u tfittex li tattira investiment għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi: - il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni u l-operazzjonijiet tat-trasport tat-triq, il-ferroviji u l-ajruporti; - il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ferroviji, il-kanali, it-toroq, l-ajruporti u l-infrastruttura tan-navigazzjoni bl-ajru u l-għajnuna għan-navigazzjoni, inkluż il-modernizzazzjoni tar-rotot maġġuri ta’ interess komuni u r-rabtiet trans-Ewropej għall-mezzi msemmija hawn fuq, b’mod partikolari dawk relatati mal-proġett TRACECA; - il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ trasport multimodali; - il-promozzjoni ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp konġunti; - it-tħejjija tal-qafas leġislattiv u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, inkluż il-privatizzazzjoni tas-settur tat-trasport; - is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-forom kollha ta’ trasport fir-reġjun. Artikolu 54 Komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi postali Fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jespandu u jsaħħu il-kooperazzjoni mmirata lejn: - l-istabbiliment ta' linji politiċi u linji gwida għall-iżvilupp tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi postali; - l-iżvilupp ta’ politika tariffarja u prinċipji ta' kummerċjalizzazzjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi postali; - it-trasferiment ta' teknoloġija u konoxxenza, b'mod partikolari rigward standards tekniċi u sistemi ta’ ċertifikazzjoni Ewropej; - l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ proġetti għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi postali u l-attirazzjoni ta’ investiment; - it-tisħiħ tal-effiċjenza u l-kwalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi postali, inter alia permezz tal-liberalizzazzjoni ta’ attivitajiet f’subsetturi; - il-promozzjoni ta’ applikazzjoni avvanzata ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, notevolment fil-qasam tat-trasferiment ta' fondi b’mod elettroniku; - it-titjib tal-ġestjoni, u l-aħjar sfruttament, tan-netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi; - l-iżvilupp ta’ bażi regolatorja xierqa għall-forniment ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi postali u għall-użu tal-ispettru ta’ frekwenzi tar-radju; - it-tisħiħ tat-taħriġ fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-servizzi postali għal operazzjoni f’kondizzjonijiet ta’ suq. Artikolu 55 Servizzi finanzjarji u istituzzjonijiet fiskali 1. Il-kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għandha timmira b’mod partikolari lejn il-faċilitar tal-involviment tar-Repubblika tat-Taġikistan f'sistemi ta' clearing rikonoxxuti universalment. L-assistenza teknika għandha tiffoka fuq: - l-iżvilupp ta’ suq tal-ishma u suq tat-titoli; - l-iżvilupp ta' servizzi bankarji, l-iżvilupp ta’ suq komuni għar-riżorsi ta’ kreditu u l-involviment tar-Repubblika tat-Taġikistan f’sistema ta’ clearing rikonoxxuta universalment; - l-iżvilupp ta’ servizzi tal-assigurazzjoni, li joħolqu inter alia qafas favorevoli għall-parteċipazzjoni ta’ kumpanniji Komunitarji fl-istabbiliment ta’ joint ventures fis-settur tal-assigurazzjoni fir-Repubblika tat-Taġikistan, u l-iżvilupp ta’ assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni. Din il-kooperazzjoni għandha b'mod partikolari tikkontribwixxi għat-trawwim ta' relazzjonijiet bejn il-Partijiet fis-settur tas-servizzi finanzjarji. 2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp tas-sistema fiskali u l-istituzzjonijiet fiskali fir-Repubblika tat-Taġikistan. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza dwar materji fiskali u t-taħriġ ta' persunal involut fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika fiskali. Artikolu 56 Ristrutturar u Privatizzazzjoni tal-intrapriza Waqt li jirrikonoxxu li l-privatizzazzjoni għandha importanza fundamentali fl-irkupru ta' ekonomija sostenibbli, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-iżvilupp tal-qafas istituzzjonali, legali u metodoloġiku neċessarju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lin-natura ordnata u trasparenti tal-proċess ta' privatizzazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza, u taħriġ xieraq fil-politika tal-investiment. L-assistenza teknika għandha tiffoka fuq, inter alia: - żvilupp ulterjuri ta' bażi istituzzjonali fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan li tassisti fid-definizzjoni u l-ġestjoni tal-proċess tal-privatizzazzjoni; - żvilupp ulterjuri tal-istrateġija ta’ privatizzazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan, inkluż il-qafas leġislattiv, u l-mekkanizmi ta’ implimentazzjoni; - l-avvanzar ta’ approċċi tas-suq fl-użu u l-użufrutt tal-art; - ir-ristrutturar ta’ dawk l-intrapriżi li għadhom mhumiex lesti għall-privatizzazzjoni; - l-iżvilupp ta’ intrapriża privata, u b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; - l-iżvilupp ta’ fondi ta’ investiment. L-objettiv ta' din il-kooperazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' investiment Komunitarju fir-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 57 Żvilupp reġjonali 1. Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar tal-użu tal-art. 2. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar il-politika reġjonali u l-ippjanar tal-użu tal-art u dwar metodi ta' formulazzjoni ta' linji politiċi reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' żoni żvantaġġati. Huma għandhom jinkoraġġixxu wkoll kuntatti diretti bejn ir-reġjuni u l-organizzazzjonijiet pubbliċi rispettivi responsabbli għall-ippjanar tal-iżvilupp reġjonali bil-għan li, inter alia, jiskambjaw informazzjoni rigward modi biex jitrawwem l-iżvilupp reġjonali. Artikolu 58 Kooperazzjoni soċjali 1. Fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu inter alia l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi: - edukazzjoni u taħriġ dwar kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà b’attenzjoni speċifika għal setturi ta’attivitajiet b’riskju għoli; - żvilupp u promozzjoni ta' miżuri ta’ prevenzjoni kontra mard relatat max-xogħol u problemi mediċi oħra relatati max-xogħol; - prevenzjoni ta’ perikoli ta' inċidenti serji u l-ġestjoni ta' kimiċi tossiċi; - riċerka dwar l-iżvilupp ta' informazzjoni u fehim tal-ambjent tax-xogħol u dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. 2. Fir-rigward tal-impjegar, il-kooperazzjoni għandha tinkludi b’mod speċjali assistenza teknika għal: - l-aħjar sfruttament tas-suq tax-xogħol; - il-modernizzazzjoni tas-servizzi tat-tfittxija ta' xogħol u pariri dwar karrieri; - l-ippjanar u l-ġestjoni ta' programmi ta’ ristrutturar; - l-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-impjegar lokali; - l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-programmi ta' impjegar flessibbli, inklużi dawk li jħeġġu impjegar indipendenti u jippromwovu l-intraprenditorija. 3. Il-Partijiet għandhom jagħtu importanza speċjali lil kooperazzjoni fl-isfera tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-kooperazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' riformi ta' protezzjoni soċjali fir-Repubblika tat-Taġikistan. Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw lejn l-iżvilupp fir-Repubblika tat-Taġikistan ta' metodi ta' protezzjoni intrinsiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandhom ikopru l-forom rilevanti kollha tal-protezzjoni soċjali. Artikolu 59 Turiżmu Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-kooperazzjoni tagħhom sabiex, inter alia: - jiffaċilataw il-kummerċ turistiku; - iżidu l-fluss ta’ informazzjoni; - jittrasferixxu konoxxenzi; - jistħarrġu l-opportunitajiet għal operazzjonijiet konġunti; - ikun hemm kooperazzjoni bejn korpi uffiċjali tat-turiżmu, inkluż it-tħejjija ta' materjal promozzjonali; - isir taħriġ għall-iżvilupp turistiku. Artikolu 60 Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju 1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw lejn l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u l-kooperazzjoni bejn l-SMEs fil-Komunità u r-Repubbblika tat-Taġikistan. 2. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi assistenza teknika, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin: - l-iżvilupp ta’ qafas leġislattiv għall-SMEs; - l-iżvilupp ta’ infrastruttura xierqa li ssostni l-SMEs, tippromwovi l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni kummerċjali bejn l-SMEs kemm fi ħdan ir-Repubblika tat-Taġikistan u lil hinn minnha, u tħarreġ l-SMEs fil-ħiliet neċessarji għal aċċess għal fondi; - it-taħriġ fl-oqsma tal-kummerċjalizzazzjoni, il-kontabbiltà u l-kontroll tal-kwalità tal-prodotti. Artikolu 61 Informazzjoni u komunikazzjoni Il-Partijiet għandhom isostnu l-iżvilupp ta’ metodi moderni ta’ trattament tal-informazzjoni, inkluża l-medja, u jħeġġu skambju ta’ informazzjoni reċiproku effettiv. Għandha tingħata prijorità lil programmi mmirati biex il-pubbliku ġenerali jiġi pprovdut informazzjoni bażika dwar il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan, inkluż, fejn possibbli, l-aċċess għal databases, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Artikolu 62 Protezzjoni tal-konsumatur Il-Partijiet għandhom jidħlu f'kooperazzjoni mill-qrib immirata lejn il-kisba ta’ kompatibbiltà bejn is-sistemi tagħhom tal-protezzjoni tal-konsumatur. Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni dwar ħidma leġislattiva u riforma istituzzjonali, it-tnedija ta’ sistemi permanenti ta’ informazzjoni reċiproka dwar prodotti perikolużi, it-titjib tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi, speċjalment dwar il-prezzijiet, il-karatteristiċi ta’ prodotti u servizzi offruti, l-iżvilupp ta’ skambji bejn rappreżentanti tal-interessi tal-konsumatur, u ż-żieda tal-kompatibbiltà tal-politiki dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-organizzazzjoni ta’ seminars u perijodi ta' taħriġ. Artikolu 63 Dwana 1. L-għan tal-kooperazzjoni għandu jkun li tiġi garantita l-osservanza tad-dispożizzjonijiet kollha programmati għall-adozzjoni b’konnessjoni mal-kummerċ u l-kummerċ ġust u li tinkiseb l-approssimazzjoni tas-sistema doganali tar-Repubblika tat-Taġikistan u dik tal-Komunità. 2. Il-kooperazzjoni għandha sseħħ b’mod partikolari permezz ta’: - l-iskambju ta’ informazzjoni; - it-titjib tal-metodi ta' ħidma; - l-introduzzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u d-dokument amministrattiv uniku; - is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u l-formalitajiet rigward il-ġarr ta' oġġetti; - l-appoġġ għall-introduzzjoni ta' sistemi moderni ta’ informazzjoni doganali; - l-organizzazzjoni ta’ seminars u perijodi ta’ taħriġ. Għandha tingħata assistenza teknika fejn tenħtieġ. 3. Mingħajr preġudizzju għal kooperazzjoni oħra taħt dan il-Ftehim, u b’mod partikolari t-Titolu VIII, l-assistenza reċiproka fil-materji doganali bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet għandha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma’ dan il-Ftehim. Artikolu 64 Kooperazzjoni dwar statistika Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tfittex li tiżviluppa sistema ta’ statistika effiċjenti li tipprovdi statistika affidabbli li hija meħtieġa biex jiġi appoġġat u ssorveljat il-proċess ta’ riforma soċjoekonomika u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-intrapriża privata fir-Repubblika tat-Taġikistan. Il-Partijiet għandhom, b’mod partikolari, jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin: - l-adattament tas-sistema ta’ statistika Taġika għall-metodi, l-istandards u l-klassifikazzjoni internazzjonali; - l-iskambju ta’ informazzjoni ta' statistika; - il-forniment ta' statistika makro- u mikro-ekonomika li tenħtieġ sabiex jiġu implimentati u amministrati riformi ekonomiċi. Il-Komunità għandha tagħti għajnuna teknika lir-Repubblika tat-Taġikistan għal dan il-fini. Artikolu 65 Xjenza ekonomika Il-Partijijet għandhom jiffaċilitaw il-proċess ta’ riforma soċjoekonomika u l-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi billi jikkooperaw biex itejbu l-fehim tal-prinċipji fundamentali tal-ekonomiji rispettivi tagħhom u t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politika ekonomika f'ekonomiji tas-suq. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni u l-prospettivi makroekonomiċi. Il-Komunità għandha tipprovdi assistenza teknika biex: - tassisti lir-Repubblika tat-Taġikistan fil-proċess ta’ riforma ekonomika billi tipprovdi pariri ta’ esperti u assistenza teknika; - tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost l-ekonomisti sabiex tħaffef it-trasferiment ta’ konoxxenza għall-abbozzar ta' linji politiċi ekonomiċi, u tipprovdi għal disseminazzjoni wiesgħa ta' riċerka rilevanti għall-politika; - ittejjeb il-kapaċità tar-Repubblika tat-Taġikistan għall-formulazzjoni ta' mudelli ekonomiċi. TITOLU VII KOOPERAZZJONI F'MATERJI RELATATI MAD- DEMOKRAZIJA U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM Artikolu 66 Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar il-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-istabbiliment jew ir-rinfurzar ta' istituzzjonijiet demokratiċi, inklużi dawk meħtieġa sabiex jissaħħu l-istat tad-dritt, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali skond id-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-OSCE. Din il-kooperazzjoni għandha tkun forma ta’ programmi ta’ assistenza teknika intenzjonati biex jassistu, inter alia, fl-abbozzar ta’ leġislazzjoni u regolamenti rilevanti; l-implimentazzjoni ta’ tali leġislazzjoni; it-tħaddim tal-ġudikatura; ir-rwol tal-Istat fi kwistjonijiet ta’ ġustizzja; u l-operazzjoni tas-sistema elettorali. Huma għandhom jipprovdu taħriġ fejn xieraq. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kuntatti u l-iskambji bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u ġudizzjarji, id-deputati parlamentari, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tagħhom. TITOLU VIII KOOPERAZZJONI DWAR IL-PREVENZJONI TA' ATTIVITAJIET ILLEGALI U L-PREVENZJONI U L-KONTROLL TA' IMMIGRAZZJONI ILLEGALI Artikolu 67 Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mmirata lejn il-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali bħal: - attivitajiet illegali fl-isfera tal-ekonomija, inkluża l-korruzzjoni; - transazzjonijiet illegali f’oġġetti varji, inkluż l-iskart industrijali, u t-traffiku illiċitu ta’ armi; - il-falsifikazzjoni. Il-kooperazzjoni fl-oqsma ta' hawn fuq għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni reċiproka u interazzjoni mill-qrib. Għandha tiġi pprovduta assistenza teknika u amministrattiva, f’oqsma bħal: - l-abbozzar ta’ leġislazzjoni nazzjonali fl-isfera tal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali; - il-ħolqien ta ċentri ta’ informazzjoni; - iż-żieda fl-effiċjenza ta’ istituzzjonijiet involuti fil-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali; - it-taħriġ tal-persunal u l-iżvilupp tal-infrastruttura tar-riċerka; - l-elaborazzjoni ta’ miżuri aċċettabbli reċiprokament kontra attivitajiet illegali. Artikolu 68 Money laundering 1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jagħmlu sforzi u jikkooperaw sabiex jimpedixxu l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom għall-money laundering fi proċedimenti ta' attivitajiet kriminali ġenerali u reati relatati mad-droga b'mod partikolari. 2. Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tinkludi assistenza amministrattiva u teknika biex jiġu stabbiliti standards kontra l-money laundering ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u l-fora internazzjonali f’dan il-qasam, inkluża t-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (FATF). Artikolu 69 Ġlieda kontra d-droga Fi ħdan il-qafas tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex iżidu l-effettività u l-effiċjenza ta' linji politiċi u miżuri kontra l-produzzjoni illiċita, il-forniment u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, inkluż il-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' kimiċi prekursuri, u biex jippromwovu l-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda għad-droga. Fir-rigward tal-kontroll ta’ kimiċi prekursuri u sustanzi essenzjali oħra li jintużaw għall-produzzjoni illiċita ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-istandards adottati mill-Komunità u l-awtoritajiet internazzjonali konċernati, bħal dawk tat-Task Force għal Azzjoni Kimika (CATF). Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni reċiproka u koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Partijiet dwar l-objettivi u l-miżuri li għandhom jittieħdu fid-diversi oqsma relatati mad-drogi. Artikolu 70 Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni 1. Il-Partijijet jaffermaw mill-ġdid l-importanza, li huma jorbtu mal-ġestjoni konġunta tal-flussi ta’ migrazzjoni bejn it-territorji tagħhom. Bil-ħsieb li jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom, huma għandhom jibdew djalogu komprensiv dwar il-materji kollha relatati mal-migrazzjoni, inklużi l-migrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' bnedmin, kif ukoll l-inklużjoni ta’ materji tal-migrazzjoni fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni li minnhom joriġinaw il-migranti. 2. Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi mmexxija f’konsultazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet u li tiġi implimentata f’konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja u nazzjonali rilevanti fis-seħħ. Din għandha, b'mod partikolari, tiffoka fuq: (a) il-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni; (b) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni u prattika nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 dwar l-istatus tar-refuġjati u tal-Protokoll tal-1967 u strumenti internazzjonali rilevanti oħra, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju li imigrant ma jintbagħatx lura qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-istatus tiegħu. (c) ir-regoli u d-drittijiet tad-dħul u l-istatus ta’ persuni li jitħallew jidħlu, it-trattament u l-integrazzjoni ġusti ta’ residenti barranin legali, l-edukazzjoni u t-taħriġ u miżuri kontra r-razziżmu u l-ksenofobija; (d) l-istabbiliment ta’ politika effettiva u preventiva kontra l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu ta' migranti u t-traffikar ta' bnedmin inkluża l-kwistjoni ta’ kif jiġu miġġielda n-netwerks ta' kuntrabandisti u traffikanti u kif jiġu protetti l-vittmi ta’ traffikar bħal dan; (e) ir-ritorn, f’kondizzjonijiet umani u dinjitużi, ta’ persuni li jgħixu illegalment inkluż il-promozzjoni tar-ritorn volontarju tagħhom, u r-riammissjoni ta’ tali persuni, skond il-paragrafu 3; (f) il-qasam tal-viżi, dwar kwistjonijiet identifikati bħala li huma ta’ interess reċiproku; (g) il-qasam tal-kontroll tal-fruntieri, dwar kwistjonijiet relatati ma' l-organizzazzjoni, it-taħriġ, l-aħjar prattika u miżuri oħra operattivi fil-post u fejn huwa rilevanti, apparat, filwaqt li wieħed ikun konxju tal-użu doppju potenzjali ta’ tali apparat. 3. Fil-qafas tal-kooperazzjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-immigrazzjoni illegali, il-Partijiet jaqblu wkoll li jaċċettaw lura l-migranti illegali tagħhom. Għal dan il-għan: - ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha taċċetta lura kull ċittadin tagħha li jinsab illegalment fit-territorju ta' xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fuq talba ta' dan tal-aħħar u mingħajr aktar formalitajiet; - u kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jaċċetta lura kull ċittadin tiegħu li jinsab illegalment fit-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan, fuq talba ta' din tal-aħħar u mingħajr aktar formalitajiet. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Taġikistan ser jagħtu liċ-ċittadini tagħhom dokumenti ta' identità xierqa għal dawn il-finijiet. Il-Partijiet jaqblu li jikkonkludu, fuq talba u kemm jista’ jkun malajr, ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tat-Taġikistan dwar ir-riammissjoni, inkluż l-obbligu għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi oħra u persuni apolidi. Għal dan il-fini, it-terminu "Partijiet" għandu jfisser il-Komunità Ewropea, kull Stat Membru tagħha u r-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 71 Ġlieda kontra t-terroriżmu Il-partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u, skond ftehim internazzjonali u l-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jaqblu li jikkooperaw għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta’ atti terroristiċi. B’mod partikolari huma ser jikkooperaw: - fil-qafas tal-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1373 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u riżoluzzjonijijet oħra tan-NU, ftehim u strumenti internazzjonali oħra relatati ma' din il-materja; - permezz ta’ skambji ta' informazzjoni, skond liġijiet internazzjonali u nazzjonali dwar gruppi terroristiċi u netwerks li jappoġġawhom; - u permezz ta’ skambji ta' opinjonijiet dwar il-mezzi u l-metodi wzati kontra t-terroriżmu, inkluż l-oqsma tekniċi u tat-taħriġ, u permezz ta’ skambju ta’ esperjenza dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu. TITOLU IX KOOPERAZZJONI KULTURALI Artikolu 72 Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jippromwovu, jinkoraġġixxu u jiffaċiltaw il-kooperazzjoni kulturali. Fejn xieraq, il-programmi ta’ kooperazzjoni kulturali tal-Komunità jew dawk ta' Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kooperazzjoni u jistgħu jiġu żviluppati attivitajiet ulterjuri ta’ interess reċiproku. TITOLU X KOOPERAZZJONI FINANZJARJA Artikolu 73 Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim u skond l-Artikoli 74, 75 u 76, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tkun eliġibbli għal assistenza finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta’ għotjiet ta’ assistenza teknika. Artikolu 74 Din l-assistenza finanzjarja għandha tkun koperta mill-programm Tacis u r-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità. Ir-Repubblika tat-Taġikistan tista' tibbenefika wkoll minn tipi oħra ta' assistenza Komunitarja skond il-ħtiġijiet tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-konċentrazzjoni tal-għajnuna, lill-koordinazzjoni ta’ strumenti ta’ assistenza u lir-rabta bejn id-diversi tipi ta’ għajnuna umanitarja, ta’ riabilitazzjoni u ta’ żvilupp Komunitarji. Il-ġlieda kontra l-faqar għandha tiġi inkorporata fil-programmi Komunitarji. Artikolu 75 L-objettivi u l-oqsma tal-assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti fi programm indikattiv li jirrefletti l-prijoritajiet bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tar-Repubblika tat-Taġikistan, il-kapaċitajiet ta’ assorbiment settorali u l-progress fir-riforma. Il-Partijiet għandhom jinformaw lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni b’dan. Artikolu 76 Sabiex jippermettu użu ottimali tar-riżorsi disponibbli, il-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-assistenza Komunitarja tkun ikkoordinata mill-qrib ma' kontributi minn sorsi oħra bħall-Istati Membri, pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Bank Dinji għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp. TITOLU XI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI Artikolu 77 B'dan huwa stabbilit Kunsill ta’ Kooperazzjoni biex jissorvelja l-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dan għandu jiltaqa’ regolarment f'livell ministerjali. Huwa għandu jiltaqa’ f'intervalli li jistabbilixxi hu stess u mill-anqas darba kull sentejn. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni maġġuri fil-kuntest tal-qafas ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe materja bilaterali jew internazzjonali li tkun ta' interess reċiproku għall-finijiet tal-kisba tal-miri ta' dan il-Ftehim. Bil-ftehim tal-Partijiet, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. Artikolu 78 1. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkun jikkonsisti minn membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tal-Komunitàjiet Ewropej, minn naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikista min-naħa l-oħra. 2. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jistabblixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. 3. Il-kariga ta’ President tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandha tinżamm b’mod alternat minn rappreżentant tal-Komunità u minn membru tal-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 79 1. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi assistit fil-prestazzjoni ta’ dmirijietu minn Kumitat ta' Kooperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej minn naħa waħda u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikista min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta’ impjegati ta' grad għoli fiċ-ċivil. Il-kariga ta’ President tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għandha tinżamm b’mod alternat mill-Komunità u mir-Repubblika tat-Taġikistan. Fir-regoli ta’ proċedura tiegħu il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, u ta' kif il-Kumitat għandu jaħdem. 2. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddelega l-poteri tiegħu lill-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, li jiżgura l-kontinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Artikolu 80 Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali ieħor li jista’ jgħinu fil-qadi ta’ dmirijietu u għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u d-dmirijiet ta’ tali kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu. Artikolu 81 Meta jeżamina kwalunkwe kwistjoni fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta' dispożizzjoni li tirreferi għal Artikolu ta' wieħed mill-Ftehim li jikkostitwixxu l-WTO, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni għandu kemm jista' jkun possibbli, jieħu kont tal-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu in kwistjoni mill-Membri tal-WTO. Artikolu 82 B'dan huwa stabbilit Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari. Dan għandu jkun forum għal membri tal-Parlament Taġik u tal-Parlament Ewropew biex jiltaqgħu jiskambjaw opinjonijiet, inklużi dawk dwar materji li jikkonċernaw id-djalogu politiku fil-livell parlamentari. Huwa għandu jiltaqa’ f'intervalli li jistabbilixxi hu stess. Artikolu 83 1. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari għandu jkun magħmul minn membri tal-Parlament Ewropew, minn naħa waħda, u minn membri tal-Parlament Taġik min-naħa l-oħra. 2. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari għandu jistabblixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. 3. Il-presidenza tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari għandha tgħaddi b’mod alternat lill-Parlament Ewropew u lill-Parlament Taġik rispettivament, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċeduri tiegħu. Artikolu 84 Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari jista’ jitlob informazzjoni rilevanti dwar l-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, li għandu mbagħad jipprovdi lill-Kumitat l-informazzjoni mitluba. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari għandu jiġi informat dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni. Artikolu 85 1. Fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim, kull Parti timpenja ruħha li tiżgura li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni meta mqabbla maċ-ċittadini tagħha stess għall-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet biex jiddefendu d-drittijiet individwali u d-drittijiet ta’ proprjetà tagħhom, inklużi dawk li jikkonċernaw il-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali. 2. Fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet: - għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta’ arbitraġġ għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ikkawżat minn transazzjonijiet kummerċjali u ta’ kooperazzjoni konklużi mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tat-Taġikistan; - jaqblu li fejn tilwima tiġi ppreżentata għal arbitraġġ, kull parti għat-tilwima tista’, ħlief fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' arbitraġġ jipprevedu mod ieħor, jagħżlu l-arbitru tagħhom stess, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitru li jippresjedi jew l-arbitru uniku jistà jkun ċittadin ta’ pajjiż terz; - għandhom jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom biex jagħżlu b’kunsens reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom; - għandhom jinkoraġġixxu l-użu tar-regoli ta’ arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) u ta’ arbitraġġ minn kwalunkwe ċentru ta’ Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Għotjiet Arbitrali Barranin magħmula fi New York, fl- 10 ta’ Ġunju 1958. Artikolu 86 Xejn f’dan il-Ftehim m'għandu jimpedixxi Parti, fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħha, milli tieħu xi miżuri: (a) li tqis neċessarja għall-prevenzjoni tal-iżvelar ta' informazzjoni kontra l-interessi essenzjali tagħha ta' sigurtà; (b) relatati mal-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ f'armi, munizzjon jew materjal ta' gwerra jew ta’ riċerka, l-iżvilupp jew il-produzzjoni indispensabbli għal finijiet ta’ difiza, sakemm tali miżuri ma jtellfux il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex intenzjonati għal finijiet speċifikament militari; (c) li tikkunsidra essenzjali għas-sigurtà tagħha stess fil-każ ta' disturbi interni serji li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku, fi żmien gwerra jew tensjoni internazzjonali serja li tikkostitwixxi theddida ta’ gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat għall-finijiet taż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali; (d) li tqis meħtieġa għar-rispett tal-obbligi u l-impenji internazzjonali fil-kontroll tal-użu doppju ta’ oġġetti industrijali u teknoloġija. Artikolu 87 1. Fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali inklużi fihom: - l-arranġamenti applikati mir-Repubblika tat-Taġikistan fir-rigward tal-Komunità m’għandhomx iwasslu għal kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħhom; - l-arranġamenti applikati mill-Komunità fir-rigward tar-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhomx iwasslu għal kwalunkwe diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini, il-kumpanniji jew id-ditti Taġiki. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom għall-persuni li jħallsu t-taxxa li ma jkunux f’sitwazzjoni identika fir-rigward tal-post ta’ residenza tagħhom. Artikolu 88 1. Kull waħda mill-Partijiet tista’ tirreferi lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni kwalunkwe tilwima relatata ma’ l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jsolvi tilwim permezz ta’ rakkomandazzjoni. 3. Jekk ma jkunx possibbli li l-partijiet isolvu t-tilwim skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kull waħda mill-Partijiet tista’ tinnotifika lill-parti l-oħra dwar il-ħatra ta’ konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala Parti waħda fit-tilwima. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-voti. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet m'għandhomx ikunu jorbtu fuq il-Partijiet. Artikolu 89 Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin mill-ewwel, permezz ta' metodi xierqa u fuq talba ta’ kwalunkwe Parti, dwar kwalunkwe materja li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implementazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-aspetti rilevanti l-oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw, u huma mingħajr preġudizzju għal, l-Artikoli 12, 88 u 94. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jistabbilixxi regoli ta’ proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim. Artikolu 90 It-trattament mogħti lir-Repubblika tat-Taġikistan taħt dan il-Ftehim m’għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lil xulxin. Artikolu 91 Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-terminu "Partijiet" ifisser ir-Repubblika tat-Taġikistan, minn naħa waħda, u l-Komunità, jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, skond il-poteri rispettivi tagħhom, min-naħa l-oħra. Artikolu 92 Safejn materji koperti minn dan il-Ftehim ikunu koperti mill-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokolli tagħha, tali Karta u l-Protokolli għandhom, meta jidħlu fis-seħħ, japplikaw għal tali materji iżda biss sakemm tali applikazzjoni tkun prevista fih. Artikolu 93 Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu inizjali ta' għaxar snin, wara liema żmien għandu jiġi estiż awtomatikament minn sena għall-oħra, dejjem jekk l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra notifika bil-miktub ta’ rinunzja ta’ dan il-Ftehim sitt xhur qabel ma’ jiskadi. Artikolu 94 1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Huma għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti f'dan il-Ftehim jintlaħqu. 2. Jekk waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra naqset milli tissodisfa obbligu taħt dan il-Ftehim, hija tista' tieħu miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, hija għandha tgħaddi lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni sabiex jipprova jilħaq soluzzjoni li tkun aċċettabbli għall-Partijiet. Fl-għażla ta’ dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jfixklu l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim mill-inqas. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati immedjatament lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob hekk. Artikolu 95 L-Annessi I, II, III u IV flimkien mal-Protokoll għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 96 Dan il-Ftehim m’għandux, sakemm jinkisbu drittijiet ekwivalenti hawn taħt, jaffettwa d-drittijiet tal-individwi u l-operaturi ekonomiċi żgurati minn Ftehim eżistenti li jorbtu wieħed jew aktar Stati Membri minn naħa waħda, u lir-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra, ħlief f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja u mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim f'oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom. Artikolu 97 Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tat-Taġikistan. Artikolu 98 Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 99 Il-verżjoni oriġinali ta’ dan il-Ftehim, li tiegħu l-verżjoni Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliza, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taġika, Taljana u Ungeriża huma awtentiċi bl-istess mod, għandha tiġi depożitata mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 100 Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew kompluti. Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, u sakemm jikkonċerna r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tat-Taġikistan u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jieħu post il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali ffirmat fi Brussel fit- 18 ta’ Diċembru 1989. Artikolu 101 F’każ illi, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' dan il-Ftehim jiddaħħlu fis-seħħ permezz ta' Ftehim Interim bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan, il-Partijiet jaqblu li, f’tali ċirkostanzi, it-terminu "data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim" għandha tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim. Hecho en Luxemburgo, el once de octubre del dos mil cuatro. V Lucemurku dne jedenáctého října dva tisíce čtyři. Udfærdiget i Luxembourg den elevte oktober to tusind og fire. Geschehen zu Luxemburg am elften Oktober zweitausendundvier. Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu üheteistkümnendal päeval Luxembourgis. Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις ένδεκα Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα. Done at Luxembourg on the eleventh day of October in the year two thousand and four. Fait à Luxembourg, le onze octobre deux mille quatre. Fatto a Lussembourgo, addi’ undici ottobre duemilaquattro. Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada vienpadsmitajā oktobrī. Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų spalio vienuoliktą dieną Liuksemburge. Kelt Luxembourgban, a kétezer-negyedik év október havának tizenegyedik napján. Magħmul fil-Lussemburgu fil- ħdax-il jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u erbgħa. Gedaan te Luxemburg, de elfde oktober tweeduizendvier. Sporządzono w Luksemburgu dnia jedenastego października roku dwutysięcznego czwartego. Feito em Luxemburgo, em onze de Outubro de dois mil e quatro. V Luxemburgu jedenásteho októbra dvetisícštyri. V Luxembourgu, enajstega oktobra dva tisoč štiri. Tehty Luxemburgissa yhdentenätoista päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä. Som skedde i Luxemburg den elfte oktober tjugohundrafyra. Ин Созишнома дар шахри Люксембург 11 октябри соли 2004 ба имзо расид. Pour le Royaume de Belgique Voor het Koninkrijk België Für das Königreich Belgien +++++ TIFF +++++ Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale. Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waals Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest. Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französisch Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt. Za Českou republiku +++++ TIFF +++++ På Kongeriget Danmarks vegne +++++ TIFF +++++ Für die Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Eesti Vabariigi nimel +++++ TIFF +++++ Για την Ελληνική Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Por el Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar cheann Na hÉireann For Ireland +++++ TIFF +++++ Per la Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Για την Κυπριακή Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Latvijas Republikas vārdā +++++ TIFF +++++ Lietuvos Respublikos vardu +++++ TIFF +++++ Pour le Grand-Duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ A Magyar Köztársaság részéről +++++ TIFF +++++ Għar-Repubblika ta' Malta +++++ TIFF +++++ Voor het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Für die Republik Österreich +++++ TIFF +++++ W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej +++++ TIFF +++++ Pela República Portuguesa +++++ TIFF +++++ Za Republiko Slovenijo +++++ TIFF +++++ Za Slovenskú republiku +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan puolesta För Republiken Finland +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sverige +++++ TIFF +++++ For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades Europeas Za Evropská společenství For De Europæiske Fællesskaber Für die Europäischen Gemeinschaften Euroopa ühenduste nimel Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες For the European Communities Pour les Communautés européennes Per le Comunità europee Eiropas Kopienu vārdā Europos Bendrijų vardu Az Európai Közösségek részéről Għall-Komunitajiet Ewropej Voor de Europese Gemeenschappen W imieniu Wspólnot Europejskich Pelas Comunidades Europeias Za Európske spoločenstvá Za Evropske skupnosti Euroopan yhteisöjen puolesta På Europeiska gemenskapernas vägnar +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Аз чониби Чумхурии Точикистон +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- LISTA TA’ DOKUMENTI MEHMUŻIN Anness I | Lista indikattiva ta’ vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lill-Istati Indipendenti skond l-Artikolu 7(3). | Anness II | Riżervi Komunitarji skond l-Artikolu 21(2). | Anness III | Servizzi finanzjarji skond l-Artikolu 23(3). | Anness IV | Konvenzjonijiet dwar il-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-Artikolu 39. | Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali. -------------------------------------------------- ANNESS I LISTA INDIKATTIVA TA' VANTAĠĠI MOGĦTIJA MIR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN LILL-ISTATI MEMBRI SKOND L-ARTIKOLU 7(3) 1. Ir-Repubblika tal-Belarus, ir-Repubblika tal-Każakstan, ir-Repubblika tal-Kirgistan, il-Federazzjoni Russa: id-dazji ma japplikawx. 2. Il-komoditajiet trasportati skond il-ftehim dwar il-kooperazzjoni industrijali mal-pajjiżi tal-KSI mhumiex taxxabbli. 3. Iċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-Produzzjoni Serjali, li abbażi tiegħu jinħareġ iċ-Ċertifikat Nazzjonali ta’ Konformità, huwa rikonoxxut mill-pajjiżi kollha tal-KSI. 4. Hemm sistema speċjali ta’ pagament kurrenti mal-pajjiżi kollha tal-KSI. 5. Hemm termini speċjali għal transitu maqbula mill-pajjiżi kollha tal-KSI. -------------------------------------------------- ANNESS II RIŻERVI KOMUNITARJI SKOND L-ARTIKOLU 21(2) Minjieri F’xi Stati Membri, tista' tkun tenħtieġ konċessjoni għall-attivitajiet tal-minjieri u d-drittijiet għall-minerali għal kumpanniji kkontrollati barra mill-Komunità. Sajd L-aċċess għal u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi u ż-żoni tas-sajd li jinsabu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew fil-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri tal-Komunità huma ristretti għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru Komunitarju u li huma reġistrati fit-territorju Komunitarju ħlief jekk ikun previst mod ieħor. Xiri ta’ proprjetà immobbli F’xi Stati Membri, ix-xiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpanniji li mhumiex Komunitarji, huwa suġġett għal restrizzjonijiet. Servizzi awdjoviżivi inkluż ir-radju It-trattament nazzjonali rigward il-produzzjoni u d-distribuzzjoni inkluż ix-xandir u forom oħra ta’ trasmissjoni lill-pubbliku, jistgħu jiġu riżervati għal xogħlijiet awdjovizivi li jissodisfaw ċerti kriterji tal-oriġini, iżda dan jeskludi l-infrastruttura tat-trasmissjoni bir-radju għat-trasmissjoni ta’ tali xogħlijiet awdjoviżivi. Servizzi professjonali Servizzi riżervati għal persuni fiżiċi li huma ċittadini ta’ Stati Membri. Taħt ċerti kondizzjonijiet dawk il-persuni jistgħu jifformaw kumpanniji. Agrikoltura F’xi Stati Membri t-trattament nazzjonali mhux applikabbli għal kumpanniji kkontrollati barra l-Komunità li jkunu jixtiequ jibdew intrapriża agrikola. L-akkwist ta’ raba' tad-dwieli minn kumpanniji kkontrollati barra l-Komunità huwa suġġett għal notifika, jew, skond il-każ, awtorizzazzjoni. Servizzi ta’ aġenziji tal-aħbarijiet F’xi Stati Membri jeżistu limitazzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni barranija f’kumpanniji tal-pubblikazzjoni u tax-xandir. -------------------------------------------------- ANNESS III SERVIZZI FINANZJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23(3) Servizz finanzjarju huwa kwalunkwa servizz ta’ natura finanzjarja offruta minn fornitur ta’ servizzi finanzjarji ta’ Parti. Servizzi finanzjarji jinkludu l-attivitajiet li ġejjin: A. Is-servizzi kollha tal-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni; 1. Assigurazzjoni diretta (inkluża ko-assigurazzjoni): (i) tal-ħajja, (ii) mhux tal-ħajja. 2. Riassigurazzjoni u retroċessjoni. 3. Intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni, bħal senserija u aġenzija. 4. Servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħall-konsulenza, attwarjali, eżami tar-riskju u servizzi ta’ riżoluzzjoni ta’ pretensjonijiet. B. Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni). 1. Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli mill-pubbliku. 2. Self ta’ kull tip, inkluż, inter alia, kreditu lill-konsumaturi, self fuq djar, factoring u finanzjament ta' transazzjoni kummerċjali. 3. Leasing finanzjarju. 4. Is-servizzi kollha ta’ pagamenti u trasmissjoni ta’ flus, inkluż karti ta’ kreditu u debitu, travellers cheques u drafts tal-bank. 5. Garanziji u impenji. 6. Kummerċ f’isem propju jew f’isem il-klijenti, kemm jekk bil-kambju, fis-suq barra l-borża jew mod ieħor, inkluż: (a) strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożitu, eċċ.), (b) kambju f’valuta barranija, (c) prodotti derivattivi li jinkludu, iżda mhux limitati għal, kuntratti ta’ xiri fil-futur u għażliet, (d) rati tal-kambju u strumenti tar-rata ta' interessi, inkluż prodotti bħall-iswaps, ftehim minn qabel dwar ir-rati, eċċ., (e) titoli trasferabbli, (f) strumenti negozjabbli u assi finanzjarji oħra, inkluż ingotti. 7. Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull tip ta’ titoli inkluż il-ħruġ u t-tqegħid fis-suq bħala aġenti (kemm pubblikament jew privatament) u l-forniment ta’ servizzi relatati ma' tali ħruġ. 8. Senserija fil-flus. 9. Il-ġestjoni ta’ assi, bħall-ġestjoni ta' kontanti jew ta’ portafoll, il-forom kollha tal-ġestjoni ta’ investiment kollettiv, il-ġestjoni tal-fondi ta’ pensjoni, servizzi ta’ depożitu kustodjali u servizzi fiduċjarji. 10. Servizzi ta’ ħlas u clearing għal assi finanzjarji, inkluż titoli, prodotti derivattivi u strumenti negozjabbli oħra. 11. Intermedjazzjoni konsultattiva u servizzi finanzjarji awżiljarji oħra dwar l-attivitajiet kollha elenkati fil-punti 1 sa 10 hawn fuq, inkluż referenzi u analiżi tal-kreditu, riċerka u pariri dwar investiment u portafolli, pariri dwar akwisti u dwar ristrutturar u strateġiji tal-kumpanniji. 12. Forniment u trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u pproċessar ta’ data finanzjarja u softwer relatat mill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra. L-attivatijiet li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tas-servizzi finanzjarji: (a) Attivitajiet li jsiru mill-banek ċentrali jew minn kwalunkwe istituzzjoni pubblika oħra biex jitfittxu linji politiċi monetarji u dwar rati tal-kambju. (b) Attivitajiet li jsiru minn banek ċentrali, aġenziji governattivi jew dipartimenti, jew istituzzjonijiet pubbliċi, f’isem jew bil-garanzija tal-gvern, ħlief meta dawk l-attivitajiet ikunu jistgħu jsiru mill-fornituri ta’ servizzi finanzjarji f’kompetizzjoni ma’ tali entitajiet pubbliċi. (c) Attivitajiet li jifformaw parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali jew pjanijiet ta' rtirar pubbliċi, ħlief meta dawk l-attivitajiet jistgħu jsiru minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji f’kompetizzjoni ma’ entitajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet privati. -------------------------------------------------- ANNESS IV PROTEZZJONI TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 39 1. L-Artikolu 39(2) jikkonċerna l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Atturi, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet ta’ Xandara (Ruma, 1961); - Protokoll relatat mal-Ftehim ta’ Madrid li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Madrid, 1989); - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Speċi Ġodda ta’ Pjanti (UPOV) (Att ta’ Ġinevra, 1991). 2. Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni jista’ jirrakkomanda li l-Artikolu 39(2) għandu japplika għal konvenzjonijiet multilaterali oħra. Jekk ikun hemm xi problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet kummerċjali, għandhom jinbdew konsultazzjonijiet urġenti, fuq talba ta’ Parti minnhom, sabiex jaslu għal soluzzjonijiet li jkunu sodisfaċjenti għaż-żewġ naħat. 3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li huma jagħtu lill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin: - Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Ħarsien tal-Proprjetà Industrijali (L-Att ta’ Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979); - It-Trattat ta’ Kooperazzjoni tal-Brevetti (Washington, 1970, emendat fl-1979 u mmodifikat fl-1984); - Il-Konvenzjoni Riveduta ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ xogħlijiet litterarji u artistiċi (1886, kif l-aħħar emendata fl-1979); - It-Trattat Dwar il-Liġi tat-Trademarks (Ġinevra 1994). 4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tat-Taġikistan għandha tagħti lill-kumpanniji u ċ-ċittadini Komunitarji, fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tal-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux anqas favorevoli minn dak li tagħti lil kull pajjiż terz taħt ftehim bilaterali. 5. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 m'għandhomx japplikaw għall-vantaġġi mogħtijia mir-Repubblika tat-Taġikistan lil kwalunkwe pajjiż terz fuq bażi reċiproka effettiva u għall-vantaġġi mogħtija mir-Repubblika tat-Taġikistan lil pajjiż ieħor ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika. -------------------------------------------------- Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll: (a) "leġislazzjoni doganali" tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali u regolatorja applikabbli fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta’ oġġetti u t-tqegħid tagħhom taħt kwalunkwe reġim jew proċedura doganali oħra, inkluż il-miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll adottati mill-Partijiet imsemmija; (b) "l-awtorità applikanti" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti Kontraenti għal dan l-iskop u li tagħmel talba għal assistenza f'materji doganali; (c) "awtorità mitluba" tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti għal dan il-fini u li tirċievi talba għal assistenza f'materji doganali; (d) "data personali" għandha tfisser l-informazzjoni kollha relatata ma’ individwu identifikat jew identifikabbli; (e) "operazzjoni li tikser il-leġislazzjoni doganali" għandha tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta' ksur tal-leġislazzjoni doganali. Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni 1. Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma fi ħdan il-kompetenza tagħhom, skond l-arranġamenti u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll, biex jiżguraw li l-leġislazzjoni doganali tiġi applikata korrettament, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jiksru dik il-leġislazzjoni. 2. L-assistenza, f’materji doganali, kif previst f'dan il-Protokoll, għandha tapplika għal kwalunkwe awtorità amministrattiva tal-Partijiet Kontraenti li tkun kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Dan m’għandux jippreġudika d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assistenza reċiproka f’materji kriminali. L-anqas ma jkopri informazzjoni miksuba taħt poteri eżerċitati fuq talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief fejn il-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun awtorizzata mill-awtoritajiet imsemmija. Artikolu 3 Assistenza fuq talba 1. Fuq it-talba tal-awtorita applikanti, l-awtorità mitluba għandha tgħaddilha l-informazzjoni rilevanti kollha li tista’ tgħinha tiżgura l-konformità mal-leġislazzjoni doganali, inkluż informazzjoni dwar operazzjonijiet annotati jew ippjanati li jistgħu jkunu bi ksur ta’ dik il-leġislazzjoni 2. Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tinformaha jekk: (a) ikunux ġew importati kif suppost l-oġġetti esportati mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, filwaqt li tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti; (b) ikunux ġew importati kif suppost l-oġġetti importati fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti lejn it-territorju tal-Parti l-oħra, filwaqt li tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti; 3. Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, fi ħdan il-qafas tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u regolatorji tagħha, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura sorveljanza speċjali ta’: (a) persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li wettqu jew qed iwettqu operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; (b) postijiet fejn inħażnu jew setgħu nħażnu oġġetti b’tali mod illi jħallu suspett fuq bażi raġonevoli li huma intenzjonati biex jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; (c) oġġetti li huma jew li jistgħu jiġu trasportati b’tali mod li jħallu suspett fuq bażi raġonevoli li huma intenzjonati biex jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; (d) mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq bazi raġonevoli li ġew użati jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. Artikolu 4 Assistenza spontanja Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin, fuq inizjattiva tagħhom stess u skond il-liġijiet tagħhom, regoli u strumenti legali oħra, b’assistenza jekk iqisu li din tkun neċessarja għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali, b'mod partikolari meta jiksbu informazzjoni marbuta ma': - attivitajiet li jikkostitwixxu jew jidhru li jikkostitwixxu operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta’ interess għal Parti Kontraenti oħra; - mezzi jew metodi ġodda adottati fit-twettiq tal-operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; - oġġetti magħrufa li huma suġġetti għal operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; - persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li huma jew li kienu involuti f’operazzjoniet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; - mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li ntużaw, li jintużaw jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. Artikolu 5 Kunsinna/Notifika Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, skond id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji applikabbli tagħha, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex: - tikkunsinna d-dokumenti kollha, - tinnotifika d-deċizjonijiet kollha li joħorġu mill-awtorità applikanti u li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Protokoll lill-persuna indirizzata, li tkun tirresjedi jew li tkun stabbilta fit-territorju tagħha. F’tali każ, l-Artikolu 6(3) għandu japplika għal talbiet għal komunikazzjoni jew notifika. Artikolu 6 Forma u sustanza tat-talbiet għal assistenza 1. Talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti neċessarji biex ikunu konformi mat-talba. Meta meħtieġ minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talbiet orali jistgħu jiġu aċċettati, iżda għandhom jiġu kkonfermati immedjatament bil-miktub. 2. It-talbiet skond il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: (a) l-awtorità applikanti li qed tagħmel it-talba; (b) il-miżura mitluba; (c) l-objettiv u r-raġuni tat-talba; (d) il-liġijiet, ir-regoli u elementi legali oħra involuti; (e) indikazzjonijiet eżatti u komprensivi kemm jista’ jkun dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma l-mira tal-investigazzjonijiet; (f) taqsira tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġ li diġà twettaq. 3. It-talbiet għandhom jiġu preżentati f'lingwa uffiċjali tal-awtorità mitluba jew f'lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità. 4. Jekk talba ma tissodisfax il-ħtiġiet formali, tista’ tintalab il-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; iżda jistgħu jiġu ordnati miżuri prekawzjonarji. Artikolu 7 Eżekuzzjoni tat-talbiet 1. Sabiex tikkonforma ma' talba għal assistenza, l-awtorità mitluba għandha tipproċedi fil-limiti tal-kompetenza tagħha u tar-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qiegħda taġixxi fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ awtoritajiet oħra tal-istess Parti, billi tipprovdi l-informazzjoni li diġà għandha, billi twettaq stħarriġ xieraq jew billi tirranġa sabiex dawn jitwettqu. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe awtorità oħra li tkun ġiet indirizzata mill-awtorità mitluba bis-saħħa ta’ dan il-Protokoll meta l-awtorità mitluba ma tkunx tista' taġixxi waħedha. 2. Talbiet għal assistenza għandhom jiġu eżegwiti skond il-liġijiet, ir-regoli u strumenti legali oħra tal-Parti Kontraenti mitluba. 3. Uffiċjali ta’ Parti Kontraenti awtorizzati kif suppost jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji tal-awtorità mitluba jew awtorità oħra li għaliha l-awtorità mitluba tkun responsabbli, informazzjoni relatata ma' operazzjonijiet li huma jew li jistgħu jkunu bi ksur tal-leġislazzjoni doganali li l-awtorità applikanti tkun teħtieġ għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. 4. Uffiċjali ta’ Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra involuta u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti tul l-istħarriġ li jitwettaq fit-territorju ta’ din tal-aħħar. Artikolu 8 Forma li fiha għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni 1. L-awtorità mitluba għandha tikkomunika r-riżultati tal-istħarriġ lill-awtorità applikanti f’forma ta’ dokumenti, kopji ċċertifikati tad-dokumenti, rapporti u affarijiet simili. 2. Il-forniment ta’ dokumenti previsti fil-paragrafu 1 jista’ jiġi mibdul minn wieħed ta’ informazzjoni prodotta fi kwalunkwe forma għall-istess fini b'mezzi kompjuterizzati. 3. Il-fajls u d-dokumenti oriġinali għandhom jintalbu biss f’każijiet fejn il-kopji ċċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-oriġinali li jkunu ntbagħtu għandhom jiġu ritornati ma’ l-ewwel opportunità. Artikolu 9 Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata assistenza 1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu assistenza kif previst f’dan il-Protokoll, fejn jekk isir dan: (a) x'aktarx li tiġi ppreġudikata s-sovranità tar-Repubblika tat-Taġikistan jew dik tal-Istat Membru li jkun ġie mitlub sabiex jagħti assistenza taħt dan il-Protokoll; jew (b) x'aktarx li jiġu ppreġudikati l-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi oħra essenzjali, b'mod partikolari fil-każi msemmija taħt l-Artikolu 10(2); jew (c) ikun bi ksur ta' sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali. 2. L-assistenza tista’ tiġi posposta mill-awtorità mitluba fuq il-bażi li tkun tinterferixxi fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-proċedimenti li jkunu għaddejjin. F’każ bħal dan, l-awtorità mitluba għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità applikanti biex tiddetermina jekk tistax tingħata assistenza suġġett għal tali termini jew kondizzjonijiet li l-awtorità mitluba tista' teħtieġ. 3. Fejn l-awtorità applikanti titlob assistenza li hi nfisha ma tkunx tista’ tagħti jekk tiġi mitluba tagħmel hekk, din għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad id-deċiżjoni dwar kif tirrispondi għal talba bħal din għandha titħalla għall-awtorità mitluba. 4. Jekk l-assistenza tiġi rifjutata, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien. Artikolu 10 Skambju u kunfidenzjalità tal-informazzjoni 1. Kull informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma skond dan il-Protokoll għandha tkun ta’ natura kunfidenzjali jew ristretta, skond ir-regoli applikabbli f’kull waħda tal-Partijiet. Din l-informazzjoni għandha tiġi koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili taħt il-liġijiet rilevanti tal-Parti li tkun irċevietha u d-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-istituzzjonijiet Komunitarji. 2. Data personali tista’ tiġi skambjata biss meta l-Parti li tirċievi timpenja ruħha biex tipproteġi tali data tal-inqas b'mod ekwivalenti għal li hu applikabbli għal dak il-każ partikolari mill-Parti li tforni l-informazzjoni. 3. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Fejn waħda mill-Partijiet titlob l-użu ta’ tali informazzjoni għal finijiet oħra, hija għandha titlob minn qabel għal kunsens bil-miktub tal-awtorità li tkun forniet l-informazzjoni. Tali użu għandu mbagħad ikun suġġett għal kwlaunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità. 4. Il-paragrafu 3 m’għandhux jimpedixxi l-użu ta’ informazjoni fi kwalunkwe proċediment ġudizzjaru jew amministrattiv li jkun institwit sussegwentement għal nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. L-awtorità kompetenti li tkun forniet dik l-informazzjoni għandha tkun immedjament notifikata dwar tali użu. 5. Il-Partijiet jistgħu, fid-dokumenti tal-provi, ir-rapporti u x-xhieda u fi proċedimenti u akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala prova informazzjoni miksuba u dokumenti konsultati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 11 Esperti u xhieda 1. Uffiċjal ta' awtorità mitluba jista' jiġi awtorizzat biex jidher, fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-materji koperti minn dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u biex jipproduċi tali oġġetti, dokumenti jew kopji ċċertifikati tagħhom, skond kif jitolbu l-proċedimenti. It-taħrika għandha tindika speċifikament dwar liema materji u bis-saħħa ta’ liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal ser jiġi eżaminat. 2. L-uffiċjal għandu jgawdi l-protezzjoni garantita minn leġislazzjoni eżistenti għal uffiċjali tal-awtorità applikanti fit-territorju tagħha. Artikolu 12 Spejjeż ta' assistenza Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrinunzjaw kull pretensjoni ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ xulxin li jkunu ntefqu skond dan il-Protokoll, ħlief, fejn ikun il-każ, għall-ispejjeż tal-esperti u x-xhieda u tal-interpreti u t-tradutturi li ma jkunux impjegati tas-servizz pubbliku. Artikolu 13 Implimentazzjoni 1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet doganali ċentrali tar-Repubblika tat-Taġikistan minn naħa waħda u lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitàjiet Ewropej u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri min-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri u l-arranġamenti prattiċi kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu, b'kont meħud tar-regoli fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Dawn jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti emendi li huma jqisu li għandhom isiru għal dan il-Protokoll. 2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin informati dwar regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati adottati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Artikolu 14 Ftehim oħra 1. B'kont meħud tal-kompetenzi tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll għandhom: - ma jaffettwawx l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt kwalunkwe ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra; - jitqiesu komplimentari ma' ftehim dwar assistenza reċiproka li jkunu ġew jew jistgħu jiġu konklużi bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tat-Taġikistan; u - ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn il-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim li jistgħu jkunu ta' interess għall-Komunità. 2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar assistenza reċiproka li ġew jew jistgħu jiġu konklużi bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tat-Taġikistan sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar li ma jkunux kompatibbli ma' dawk ta' dan il-Protokoll. 3. Fir-rigward ta’ domandi relatati ma' l-applikabbiltà ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu l-kwistjoni fil-qafas tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit taħt l-Artikolu 79 ta' dan il-Ftehim. -------------------------------------------------- Att finali Il-plenipotenzjarji ta: IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TAL-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, Il-Partijiet Kontraenti għat Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA u t-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem ser jissejħu "l-Istati Membri", u tal-KOMUNITÀ EWROPEA, u tal-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Komunità", minn naħa waħda, u l-plenipotenzjarji tar-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN, min-naħa l-oħra, imlaqqgħin fil-Lussemburgu fil- 11 ta' Ottubru 2004 għall-firma tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitàjiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda u r-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", adottaw dawn it-testi li ġejjin: il-Ftehim inkluż l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej: il-Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka dwar materji doganali. Il-plenipotenzjarji tal-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzjarji tar-Repubblikat tat-Taġikistan adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi għal dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni Konġunta dwar data personali. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 13 tal-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kunċett ta' "kontroll" fl-Artikolu 22(b) u fl-Artikolu 33. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 32 tal-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 39 tal-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 94 tal-Ftehim. Il-plenipotenzjarji tal-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzjarji tar-Repubblika tat-Taġikistan ħadu nota wkoll tad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-klawżola li tikkonċerna r-ritorn u r-riammissjoni ta’ immigranti illegali (l-Artikolu 70) anness għal dan l-Att Finali. Il-plenipotenzjarji tal-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzjarji tar-Repubblikat tat-Taġikistan ħadu nota wkoll tal-Iskambju ta’ Ittri li ġej anness għal dan l-Att Finali: Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan rigward l-istabbiliment ta’ kumpanniji. Hecho en Luxemburgo, el once de octubre del dos mil cuatro. V Lucemurku dne jedenáctého října dva tisíce čtyři. Udfærdiget i Luxembourg den elevte oktober to tusind og fire. Geschehen zu Luxemburg am elften Oktober zweitausendundvier. Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu üheteistkümnendal päeval Luxembourgis. Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις ένδεκα Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα. Done at Luxembourg on the eleventh day of October in the year two thousand and four. Fait à Luxembourg, le onze octobre deux mille quatre. Fatto a Lussembourgo, addi’ undici ottobre duemilaquattro. Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada vienpadsmitajā oktobrī. Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų spalio vienuoliktą dieną Liuksemburge. Kelt Luxembourgban, a kétezer-negyedik év október havának tizenegyedik napján. Magħmul fil-Lussemburgu fil- ħdax-il jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u erbgħa. Gedaan te Luxemburg, de elfde oktober tweeduizendvier. Sporządzono w Luksemburgu dnia jedenastego października roku dwutysięcznego czwartego. Feito em Luxemburgo, em onze de Outubro de dois mil e quatro. V Luxemburgu jedenásteho októbra dvetisícštyri. V Luxembourgu, enajstega oktobra dva tisoč štiri. Tehty Luxemburgissa yhdentenätoista päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä. Som skedde i Luxemburg den elfte oktober tjugohundrafyra. Ин Созишнома дар шахри Люксембург 11 октябри соли 2004 ба имзо расид. Pour le Royaume de Belgique Voor het Koninkrijk België Für das Königreich Belgien +++++ TIFF +++++ Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale. Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waals Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest. Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französisch Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt. Za Českou republiku +++++ TIFF +++++ På Kongeriget Danmarks vegne +++++ TIFF +++++ Für die Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Eesti Vabariigi nimel +++++ TIFF +++++ Για την Ελληνική Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Por el Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar cheann Na hÉireann For Ireland +++++ TIFF +++++ Per la Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Για την Κυπριακή Δημοκρατία +++++ TIFF +++++ Latvijas Republikas vārdā +++++ TIFF +++++ Lietuvos Respublikos vardu +++++ TIFF +++++ Pour le Grand-Duché de Luxembourg +++++ TIFF +++++ A Magyar Köztársaság részéről +++++ TIFF +++++ Għar-Repubblika ta' Malta +++++ TIFF +++++ Voor het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Für die Republik Österreich +++++ TIFF +++++ W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej +++++ TIFF +++++ Pela República Portuguesa +++++ TIFF +++++ Za Republiko Slovenijo +++++ TIFF +++++ Za Slovenskú republiku +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan puolesta För Republiken Finland +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sverige +++++ TIFF +++++ For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades Europeas Za Evropská společenství For De Europæiske Fællesskaber Für die Europäischen Gemeinschaften Euroopa ühenduste nimel Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες For the European Communities Pour les Communautés européennes Per le Comunità europee Eiropas Kopienu vārdā Europos Bendrijų vardu Az Európai Közösségek részéről Għall-Komunitajiet Ewropej Voor de Europese Gemeenschappen W imieniu Wspólnot Europejskich Pelas Comunidades Europeias Za Európske spoločenstvá Za Evropske skupnosti Euroopan yhteisöjen puolesta På Europeiska gemenskapernas vägnar +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Аз чониби Чумхурии Точикистон +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR DATA PERSONALI Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet huma konxji tal-ħtieġa ta’ protezzjoni xierqa tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 5 Jekk il-Partijiet jaqblu li ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw laqgħat fl-ogħla livell, tali laqgħat jistgħu jiġu rranġati fuq bażi ad hoc. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 13 Sa meta r-Repubblika tat-Taġikistan taderixxi mal-WTO, il-Partijiet għandhom ikollhom konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta’ Kooperazzjoni dwar il-linji politiċi tariffarji fuq l-importazzjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan, inkluż tibdil fil-protezzjoni tariffarja. B’mod partikolari, tali konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda tal-protezzjoni tariffarja. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KUNĊETT TA "KONTROLL" FL-ARTIKOLI 22(B) U L-ARTIKOLU 33 1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim reċiproku tagħhom li l-kwistjoni ta’ kontroll għandha tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ partikolari. 2. Kumpannija għandha, per eżempju, titqies bħala "kkontrollata" minn kumpannija oħra, u għaldaqstant sussidjarja ta’ tali kumpannija jekk: - il-kumpannija l-oħra jkollha direttament jew indirettament maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew - il-kumpannija l-oħra jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi maġġoranza mill-organu amministrattiv, mill-organu ta’ ġestjoni jew mill-organu ta' sorveljanza u fl-istess waqt tkun azzjonista jew membru tas-sussidjarja. 3. Il-Partijiet iqisu l-kriterji tal-paragrafu 2 bħala mhux eżawrjenti. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 32 Il-fatt waħdu li tenħtieġ viża għal persuni fiżiċi ta’ ċerti Partijiet u mhux għal dawk ta’ oħra m’għandux jitqies bħala li jannulla jew ifixkel benefiċċji taħt impenn speċifiku. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 39 Il-Partijiet jaqblu li għall-fini tal-Ftehim, il-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi b’mod partikolari d-drittijiet tal-awtur, inkluż id-drittijiet tal-awtur fi programmi tal-kompjuter, u drittijiet anċillari, id-drittijiet relatati mal-privattivi, id-disinji industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi inkluż l-isem tal-oriġini, it-trademarks u l-marki tas-servizz, topografiji ta’ ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni minn kompetizzjoni inġusta kif imsemmija fl-Artikolu 10bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u l-protezzjoni ta’ informazzjoni sigrieta dwar il-konoxxenza. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 94 1. Il-Partijiet jaqblu, għall-fini ta' interpretazzjoni korretta tiegħu u applikazzjoni prattika tiegħu, li t-terminu "każijiet ta’ urġenza speċjali" inkluż fl-Artikolu 94 tal-Ftehim ifisser każijiet ta’ ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti minn: (a) nuqqas ta’ rikonoxximent tal-Ftehim li ma jkunx sanzjonat mir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali, jew (b) ksur tal-elementi essenzjali tal-Ftehim stabbiliti fl-Artikolu 2. 2. Il-Partijiet jaqblu li l-"mizuri xierqa" li jissemmew fl-Artikolu 94 huma mizuri li ttieħdu skond id-dritt internazzjonali. Jekk parti tieħu mizura f’każ ta’ urġenza speċjali kif previst fl-Artikolu 94, il-Parti l-oħra tista’ tuża l-proċedura relatata mar-riżoluzzjoni ta' tilwim. -------------------------------------------------- DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-KLAWŻOLA RIGWARD IR-RITORN U R-RIAMMISSJONI TA' IMMIGRANTI ILLEGALI (ARTIKOLU 70) L-Artikolu 70 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-poteri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ riammissjoni. -------------------------------------------------- SKAMBJU TA’ ITTRI bejn il-komunità u r-Repubblika tat-Taġikistan dwar l-istabbiliment ta’ kumpanniji A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan Sinjur, Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li nbeda fis- 16.12.2003. Kif issottolinjajt matul in-negozjati, ir-Repubblika tat-Taġikistan qed tagħti lill-kumpanniji Komunitarji li jistabbilixxu ruħhom u joperaw fit-Taġikistan trattament privileġġat f’ċerti oqsma. Jiena spjegajt li dan jirrefletti l-politika Taġika ta’ promozzjoni permezz tal-mezzi kollha tal-istabbiliment ta’ kumpanniji Komunitarji fir-Repubblika tat-Taġikistan. B'kont meħud ta' dan, nifhem illi matul il-perijodu bejn id-data li fiha nbeda dan il-ftehim u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-artikoli rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ kumpanniji, ir-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew iħarrxu d-diskriminazzjoni kontra l-kumpanniji Komunitarji f'relazzjoni ma' kumpanniji Taġiki jew kumpanniji minn kwalunkwe pajjiż terz meta wieħed iqabbel din is-sitwazzjoni ma’ dik eżistenti fid-data li fiha nbeda dan il-Ftehim. Inkunlek grat jekk inti tibgħat riċevuta ta’ din l-ittra. Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. Għall-Gvern tar- Repubblika tat-Taġikistan B. Ittra mill-Komunità Ewropea Sinjur, Nirringrazzjak għall-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej: "Nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li nbeda fis- 16.12.2003. Kif issottolinjajt matul in-negozjati, ir-Repubblika tat-Taġikistan qed tagħti lill-kumpanniji Komunitarji li jistabbilixxu ruħhom u joperaw fir-Repubblika tat-Taġikistan trattament privileġġat f’ċerti oqsma. Jiena spjegajt li dan jirrefletti l-politika Taġika ta’ promozzjoni permezz tal-mezzi kollha tal-istabbiliment ta’ kumpanniji Komunitarji fir-Repubblika tat-Taġikistan. B'kont meħud ta' dan, nifhem illi matul il-perijodu bejn id-data li fiha nbeda dan il-ftehim u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-artikoli rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ kumpanniji, ir-Repubblika tat-Taġikistan m'għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jintroduċu jew iħarrxu d-diskriminazzjoni kontra kumpanniji Komunitarji f'relazzjoni ma’ kumpanniji Taġiki jew kumpanniji minn kwalunkwe pajjiż terz meta wieħed iqabbel din is-sitwazzjoni ma’ dik eżistenti fid-data li fiha nbeda dan il-Ftehim. Inkunlek grat jekk inti tibgħat riċevuta ta’ din l-ittra." Dan id-dokument huwa riċevuta tal-ittra. Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. F’isem il-Komunità Ewropea --------------------------------------------------