Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0126

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas- 7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/126(2)/oj

    18.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 339/119


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 126/2008

    tas-7 ta' Novembru 2008

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

    (2)

    Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2008 tad-29 ta' Mejju 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tal-ewwel sena bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' żmien fin-NACE Reviżjoni 2 u, għas-serje ta' żmien qabel l-2009 li għandha tiġi trażmessa skont in-NACE Reviżjoni 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Regolament (KE) Nru 451/2008 iħassar, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (5), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    It-test tal-punt 20b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

    32008 R 0451: Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (OJ L 145, 4.6.2008, p. 65).”

    (2)

    Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 2c (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006):

    “x2d.

    32008 R 0472: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2008 tad-29 ta' Mejju 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward ta’ l-ewwel sena bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' perjodi fin-NACE Reviżjoni 2 u, għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandha tiġi trażmessa skont in-NACE Reviżjoni 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 5).”

    (3)

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 17b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002):

    “—

    32008 R 0606: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 166, 27.6.2008, p. 16).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 451/2008, 472/2008 u 606/2008 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

    (2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

    (3)  ĠU L 140, 30.5.2008, p. 5.

    (4)  ĠU L 166, 27.6.2008, p. 16.

    (5)  ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1.

    (*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top