Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0094

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

    ĠU L 280, 23.10.2008, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/94(2)/oj

    23.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 280/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 94/2008

    ta' l-4 ta' Lulju 2008

    li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2007 tad-29 ta' Ġunju 2007 (1).

    (2)

    Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

    (3)

    Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2007,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007” f'paragrafu 6 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008”.

    (2)

    Il-kliem “is-snin 2006 u 2007” f'paragrafu 7 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007 u 2008”.

    (3)

    It-test ta’ l-inċiż tal-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

    Linja tal-baġit 02.03.01: ‘L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali ’.”

    (4)

    Il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit wara l-paragrafu 7:

    “8.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom, sa mill-1 ta' Jannar 2008, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità relatati mal-linja tal-baġit li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008:

    Linja tal-baġit 02.01.04.01: ‘L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali – In-nefqa tal-ġestjoni amministrattiva’.”

    (5)

    Il-kliem “il-paragrafi 5, 6 u 7” fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “il-paragrafi 5, 6, 7 u 8”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 56

    (*)  L-ebda obbligu kostituzzjonali ma huwa indikat


    Top