This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0091
Decision of the EEA Joint Committee No 91/2008 of 4 July 2008 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 280, 23.10.2008, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18al | 05/07/2008 | |
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 24c inċiż | 05/07/2008 |
23.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 91/2008
ta' l-4 ta' Lulju 2008
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jaddotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbilità ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Wara l-punt 18ak (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2007) għandu jidħol il-punt li ġej:
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jżdied mal-punt 24c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 207/2008 u 212/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 39.
(*) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.