This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0080
Decision of the EEA Joint Committee No 80/2008 of 4 July 2008 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2008 ta' l- 4 ta' Lulju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 280, 23.10.2008, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(59) | Żieda | punt 29h | DATEFF |
23.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 80/2008
ta' l-4 ta' Lulju 2008
li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 29ga (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE) ta' l-Anness IX mal-Ftehim:
“29h. |
32007 R 1569: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 29.
(2) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.
(*) Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 80/2008 li tinkorpora r-Regolament Nru 1569/2007 fil-Ftehim
“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiżi terzi ta’ titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'ħafna Artikoli tittratta r-rekwiżiti ekwivalenti għal pajjizi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”