This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0057
Decision of the EEA Joint Committee No 57/2008 of 25 April 2008 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 223, 21.8.2008, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 19y | 26/04/2008 |
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 57/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta’ l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:
“19y. |
32007 R 1445: Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta’ l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 182, 10.7.2008, p. 40.
(2) ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1.
(*) Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.