EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0048

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 223, 21.8.2008, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/48(2)/oj

21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi id-dichlofluanid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/70/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tinkludi id-dichlofluanid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/794/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu XV ta’ l-Anness II tal-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0069: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/69/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23),

32007 L 0070: Id-Direttiva 2007/70/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 26)”

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“12zd.

32007 D 0794: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/794/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/69/KE u 2007/70/KE u d-Deċiżjoni 2007/794/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 23.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 26.

(4)  ĠU L 320, 6.12.2007, p. 35.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.


Top