Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0036

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 182, 10.7.2008, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/36(2)/oj

    10.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 182/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 36/2008

    ta' l-14 ta' Marzu 2008

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    l-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1).

    (2)

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti Nru 91/2003 (KE) Nru 1365/2006 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-twaqqif ta' NST 2007 bħala l-klassifika unika għall-merkanzija ttrasportata b'ċerti mezzi ta' trasport (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 7 (ir-Regolament Nru 91/2003 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 7b (id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) u 7f (Regolament tal-Kunsill Nru 1172/98 KE):

    “—

    32007 R 1304: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).”

    2.

    Dan li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 7j (ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat bi:

    32007 R 1304: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta' Novembru 2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1304/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 36.

    (2)  ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top