Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0021

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 182, 10.7.2008, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/21(2)/oj

    10.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 182/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 21/2008

    ta' l-14 ta' Marzu 2008

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 tad-29 ta' Ġunju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta mannanase EC 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 tat-13 ta' Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2007 tad-19 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza fil-kuntest ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' adittivi fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf (7) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-aċtu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (8) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-Larġinina bħala addittiv fl-għalf (9) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (10)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' xi additiv fil-prodotti ta' l-għalf diġà awatorizzat (10) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (11)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' 3-phytase (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) bħala addittiv fl-għalf (11) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (12)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tat-3-phytase (Natuphos) bħala addittiv ta' l-għalf (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (13)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 rigward l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' l-addittiv fl-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jappartjieni għall-grupp ta' mikro-organiżmi (13) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

    (14)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Kapitolu II ta' l-Anness I tal-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

    1)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1z (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002):

    “, kif emendat bi:

    32007 R 1143: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23).”

    2)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005):

    “, kif emendat b'li ġej:

    32007 R 0850: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2007 tad-19 ta' Lulju 2007 (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 3).”

    3)

    Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007):

    “1zzzu.

    32007 R 0757: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 tad-29 ta' Ġunju 2007 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fil-għalf (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 43).

    1zzzv.

    32007 R 0785: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5).

    1zzzw.

    32007 R 0786: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta mannanase EC 3.2.1.78 (Hemicell) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 8).

    1zzzx.

    32007 R 0828: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007 tat-13 ta' Lulju 2007 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorja ta' ċerti addittivi fil-għalf (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12).

    1zzzy.

    32007 R 1137: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5).

    1zzzz.

    32007 R 1138: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' l-aċtu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8).

    1zzzza.

    32007 R 1139: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1139/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-L-arġinina bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 11).

    1zzzzb.

    32007 R 1140: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' l-użu ġdid ta' xi additiv fl-għalf diġà awtorizzat (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 14).

    1zzzzc.

    32007 R 1141: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' 3-phytase (ROVABIO PHY AP u ROVABIO PHY LC) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 17).

    1zzzzd.

    32007 R 1142: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2007 ta' l-1 ta' Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' 3-phytase (Natuphos) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 757/2007, (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 786/2007, (KE) Nru 828/2007, (KE) Nru 850/2007, (KE) Nru 1137/2007, (KE) Nru 1138/2007, (KE) Nru 1139/2007, (KE) Nru 1140/2007, (KE) Nru 1141/2007, (KE) Nru 1142/2007 u (KE) Nru 1143/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 43.

    (3)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5.

    (4)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 8.

    (5)  ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12.

    (6)  ĠU L 188, 20.7.2007, p. 3.

    (7)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.

    (8)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8.

    (9)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 11.

    (10)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 14.

    (11)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 17.

    (12)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20.

    (13)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top