This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0019
Decision of the EEA Joint Committee No 19/2008 of 1 February 2008 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2008 ta' l- 1 ta' Frar 2008 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2008 ta' l- 1 ta' Frar 2008 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
ĠU L 154, 12.6.2008, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 4 paragrafu 7 inċiż | 02/02/2008 |
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2007 tal-15 ta' Ġunju 2007 (1). |
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni 2006/961/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-mobilità transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (2). |
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (3), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġi miżjudin fl-Artikolu 4(7) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:
“— |
32006 H 0961: Ir-Rakkomandazzjoni 2006/961/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5), |
— |
32006 H 0962: Ir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 45.
(2) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.
(3) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.