Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0011

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2008 ta' l- 1 ta' Frar 2008 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 154, 12.6.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/11/oj

12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE tat-12 ta' Frar 2007 dwar l-użu armonizzat ta' l-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għal Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (2) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżerva tas-sensiela nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116 għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (3) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/176/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, li tissostitwixxi kull verżjoni preċedenti (4) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cs (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE):

“, kif emendat bi:

32007 D 0090: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 10).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda wara il-punt 5cw (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE):

“5cx.

32007 D 0116: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżerva tas-sensiela nazzjonali tan-numri li jibdew bil-116 għal numri armonizzati biex jintużaw għal servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30).

5cy.

32007 D 0176: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/176/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, li tissostitwixxi kull verżjoni preċedenti (ĠU L 86, 27.3.2007, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/90/KE, 2007/116/KE u 2007/176/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 28.

(2)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.

(4)  ĠU L 86, 27.3.2007, p. 11.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Top