This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007X0720(04)
Statement issued by the French delegation on the occasion of the Council Decision authorising the Presidency to sign the draft reply to the letter from the US Secretary of the Treasury regarding access to SWIFT data
Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża fl-okkażjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Presidenza tiffirma l-abbozz ta' tweġiba għall-ittra tas-Segretarju Amerikan għat-Treżor rigward l-aċċess għad-data ta' SWIFT

ĠU C 166, 20.7.2007, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 166/27 |
Dikjarazzjoni mid-delegazzjoni Franċiża fl-okkażjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Presidenza tiffirma l-abbozz ta' tweġiba għall-ittra tas-Segretarju Amerikan għat-Treżor rigward l-aċċess għad-data ta' SWIFT
(2007/C 166/11)
Id-delegazzjoni Franċiża talbet li d-dikjarazzjoni li ġejja tkun inkluża fil-minuti tal-Kunsill fejn ser issir l-adozzjoni tal-punt-A msemmi hawn fuq u li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje-Ċ):
“Franza taċċetta l-iffirmar mill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-ittra msemmija fid-dokument 10741/07 JAI 319 ECOFIN 270 ADD 1 REV 1 RESTREINT UE jekk il-Kummissjoni u s-Servizz Legali tal-Kunsill jikkonfermaw (ara d-dokumenti msemmija DS 568/2/07 REV2 u 10908/07) li l-impenji ta' l-awtoritajiet Amerikani, l-adeżjoni ta' Swift ma' Safe Harbour u l-proċedura segwita mill-Kummissjoni u mill-Kunsill jirrispettaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Id-delegazzjoni Franċiża tissottolinja r-rwol li ser jaqa' fuq il-personalità distinta Ewropea għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji Amerikani u tqis li l-COREPER għandu jinżamm infurmat mill-qrib dwar l-ikkompletar tajjeb ta' din il-missjoni.”
Għalhekk il-Kunsill hu mistieden jiddeċiedi li din id-dikjarazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje-Ċ), flimkien mat-testi msemmija fil-punt 3 tad-dokument 11039/07 JAI 341 ECOFIN 287.