Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0596

    2007/596/KE: Id-Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat- 23 ta’ Awwissu 2007 li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2

    ĠU L 230, 1.9.2007, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/596/oj

    1.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 230/15


    ID-DEĊIŻJONI Nru 3/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA

    tat-23 ta’ Awwissu 2007

    li jibdel it-Tabelli III u IV b) għal protokoll Nru 2

    (2007/596/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera biex il-Ftehim ikun emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll tiegħu Nru 2, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt

    (2)

    Il-prezzijiet attwali nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materjali mhux ipproċessati li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

    (3)

    Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-materjali kollha mhux ipproċessati ġew iffissati mill-Kumitat Konġunt fl-aħħar ta’ l-2006. Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza għandhom minn żmien għal żmien, almenu darba fis-sena, jiġu riveduti.

    (4)

    Minħabba li s-suq taċ-ċereali deher li kien volatili ħafna sa l-aħħar ta’ l-2006 reviżjoni f'Mejju kienet prevista.

    (5)

    Minħabba li r-reviżjoni tal-prezzijiet taċ-ċereali rriżultat f'figuri sostanzjalment differenti huwa neċessarju li jiġu aġġornati l-prezzijiet ta’ referenza u ammonti mniżżla fit-tabelli III u IV(b) għal Protokoll Nru. 2 kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-Tabella III u t-Tabella IV taħt il-punt b tal-Protokoll Nru 2 jinbidlu bit-tabelli fl-Anness I u l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 2007.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Awwissu 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Luc VERHEUKELEN

    Il-President


    ANNESS I

    “SKEDA III

    Prezzijiet ta’ referenza Żvizzeri u tal-KE

    (CHF għal kull 100 kg nett)

    Materja prima agrikola

    Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

    Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

    Differenza fil-prezz ta’ referenza ta’ l-Iżvizzera/KE

    Qamħ komuni

    54,41

    25,80

    28,60

    Qamħ durum

    42,16

    32,38

    9,80

    Segala

    48,84

    26,29

    22,55

    Xgħir

    44,16

    34,60

    9,55

    Qamħirrun

    37,25

    26,82

    10,45

    Dqiq tal-qamħ komuni

    95,50

    48,26

    47,25

    Trab tal-ħalib sħiħ

    586,90

    354,29

    232,60

    Trab tal-ħalib xkumat

    457,33

    304,39

    152,95

    Butir

    905,00

    406,98

    498,00

    Zokkor abjad

    0,00

    Bajd (1)

    255,00

    205,50

    49,50

    Patata Friska

    42,00

    21,00

    21,00

    Xaħam veġetali (2)

    390,00

    160,00

    230,00


    (1)  Ġejjin mill-prezzijiet għall-bajd ta’ l-għasafar f'forma likwida, mhux fil-qoxra, immultiplikati b'fattur ta’ 0.85.

    (2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta’ l-ikel) b'kontenut ta’ 100 % xaħam.”


    ANNESS II

    “SKEDA IV

    b)

    L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

    (CHF għal kull 100kg nett)

    Materja prima agrikola

    Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

    Qamħ komuni

    26,00

    Qamħ durum

    9,00

    Segala

    20,00

    Xgħir

    9,00

    Qamħirrun

    9,00

    Dqiq tal-qamħ komuni

    43,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    209,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    138,00

    Butir

    473,00

    Zokkor abjad

    Xejn

    Bajd

    36,00

    Patata Friska

    19,00

    Xaħam veġetali

    207,00 ”


    Top