Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0131

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 47, 21.2.2008, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/131(2)/oj

    21.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 47/67


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 131/2007

    tat-28 ta' Settembru 2007

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2007 tal-15 ta' Ġunju 2007 (1).

    (2)

    Hu xieraq li tkun estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 779/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f'riskju (il-Programm Daphne III) bħala parti mill-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” (2).

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi din l-estensjoni tal-kooperazzjoni li sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-programmi u azzjonijiet tal-Komunità li jirreferu għalihom l-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta' Jannar 1996, fil-programm li jirreferi għalih it-tielet inċiż mill-1 ta' Jannar 2000, fil-programm li jirreferi għalih ir-raba' inċiż mill-1 ta' Jannar 2001, fil-programmi li jirreferu għalihom il-ħames u s-sitt inċiż mill-1 ta' Jannar 2002 u fil-programmi li jirreferu għalihom is-seba' u t-tmien inċiż mill-1 ta' Jannar 2004 u fil-programmi li jirreferu għalihom id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2007.”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 8:

    “—

    32007 D 0779: Id-Deċiżjoni Nru 779/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 programm speċifiku sabiex jipprevjeni u jikkumbatti l-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u sabiex jipproteġi l-vittmi u l-gruppi li jkunu f'riskju (il-Programm Daphne III) bħala parti mill-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” (ĠU  173, 3.7.2007, p. 19).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmula fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 47.

    (2)  ĠU L 173, 3.7.2007, p. 19.

    (*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top