This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0120
Decision of the EEA Joint Committee No 120/2007 of 28 September 2007 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 47, 21.2.2008, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 66a inċiż |
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 120/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2007 tas-6 ta' Lulju ta' l-2007 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) ta' l-Anness XIII għall-Ftehim:
“— |
32006 R 1899: Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1), |
— |
32006 R 1900: Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 377, 27.12.2006. p. 176).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1899/2006 u 1900/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) U L 328, 13.12.2007, p. 40.
(2) U L 377, 27.12.2006, p. 1.
(3) U L 377, 27.12.2006, p. 176.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.