This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0096
Decision of the EEA Joint Committee No 96/2007 of 27 July 2007 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2007 tas- 27 ta' Lulju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2007 tas- 27 ta' Lulju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
ĠU L 47, 21.2.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 10 paragrafu 8 punt (c) | 01/01/2007 |
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 96/2007
tas-27 ta' Lulju 2007
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 89/2005 ta' l-10 ta' Ġunju 2005 (1). |
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex tkun inkluża d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (2). |
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 10(8) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
“(c) |
L-atti tal-Komunità li għandu jkollhom effett mill-1 ta' Jannar 2007:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).
Għandha tkun tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 268, 13.10.2005, p. 25.
(*) M'hemm l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.