Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0040

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/40/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/72


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 40/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-emissjoni tal-ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jitħaddem fl-apert (2), kif korretta mill-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 10a (id-Direttiva 2000/14/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) tal-Kapitolu VI ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    “, kif emendat bi:

    32005 L 0088: Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44), kif korretta bil-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35.”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2005/88/KE, kif korretti mill-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.

    (2)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top