Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0034

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/34(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/62


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 34/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 21aj (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/461/KE) ma' l-Anness XX tal-Ftehim:

    “21ak

    32004 L 0107: Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2004/107/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

    (2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

    (*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top