Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0030

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/30(3)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/54


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 30/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “16jd.

    32006 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36).”

    2.

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punti 3a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE) u 16j (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE):

    “, kif emendat bi:

    32006 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2006/15/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 53.

    (2)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top