Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0009

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/9(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 9/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

    “—

    32006 R 0780: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 780/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, ladarba jsiru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9.

    (*)  M'huma indikati ebda obbligi kostituzzjonali.


    Top