Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0092

    Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tal- 31 ta' Jannar 2006 li jibdel it-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2

    ĠU L 44, 15.2.2006, p. 18–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 186–188 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/92(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    186


    DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA

    tal-31 ta' Jannar 2006

    li jibdel it-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2

    (2006/92/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, iffirmata fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, minn hawn 'il-quddiem “il-Ftehima”, kif emendata mill-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera sabiex il-ftehima tkun emendata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmata fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ottubru 2004, u l-Protokoll tagħha Nru 2, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu;

    Billi għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehima, prezzijiet ta' referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt

    Billi prezzijiet attwali nbidlu fuq is-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materjali mhux ipproċessati li għalihom huma applikati miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet u l-ammonti ta' referenza elenkati fit-Tabelli III u IV b) tal-Protokoll Nru 2 jkunu aġġornati skond dan

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-Tabella III u t-tabella taħt it-Tabella IV punt (b) tal-Protokoll Nru 2 huma mibdula bit-tabelli fl-Anness I u l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2006.

    Magħmul fi Brussell, fil-31 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Bernhard MARFURT


    ANNESS I

    “Tabella III

    Prezzijiet ta' referenza Żvizzeri u tal-KE

    CHF għal kull 100 kg netti

    Materjal agrikolu

    mhux ipproċessat

    Prezz ta' referenza

    ta' l-Iżvizzera

    Prezz ta' referenza

    tal-KE

    Differenza: prezz ta'

    referenza ta' l-Iżvizzera/tal-KE

    Qamħ komuni

    55,36

    17,88

    37,48

    Qamħ durum

    35,39

    26,51

    8,88

    Segala

    48,45

    17,82

    30,63

    Xgħir

    26,48

    20,33

    6,15

    Qamħirrun

    29,42

    20,67

    8,75

    Dqiq tal-qamħ komuni

    99,96

    37,36

    62,60

    Trab tal-ħalib sħiħ

    583,10

    370,70

    212,40

    Trab tal-ħalib xkumat

    456,50

    315,29

    141,21

    Butir

    897,00

    433,29

    463,71

    Zokkor abjad

    0,00

    Bajd (1)

    255,00

    205,50

    49,50

    Patata Friska

    42,00

    21,00

    21,00

    Xaħam veġetali (2)

    390,00

    160,00

    230,00


    (1)  Idderivati mill-prezzijiet għall-bajd ta' l-għasafar likwidu, mhux fil-qoxra, immoltiplikati b'fattur ta' 0,85.

    (2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta' l-ikel) b' kontenut ta' 100 % xaħam.”


    ANNESS II

    “TABELLA IV

    L-ammonti bażiċi għal materjal agrikolu mhux ipproċessat huma kkunsidrati għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

    CHF għal kull 100 kg netti

    Materjal agrikolu mhux ipproċessat

    Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

    Ammont bażiku applikat minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ

    Qamħ komuni

    34,00

    32,00

    Qamħ durum

    8,00

    8,00

    Segala

    28,00

    26,00

    Xgħir

    6,00

    5,00

    Qamħirrun

    8,00

    7,00

    Dqiq tal-qamħ komuni

    54,00

    51,00

    Trab tal-ħalib sħiħ

    191,00

    181,00

    Trab tal-ħalib xkumat

    127,00

    120,00

    Butir

    464,00  (1)

    464,00  (1)

    Zokkor abjad

    Xejn

    Xejn

    Bajd

    36,00

    36,00

    Patata Friska

    19,00

    18,00

    Xaħam veġetali

    207,00

    196,00


    (1)  Meta jitqiesu benefiċċji mill-assistenza għall-butir mogħtija taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 u s-suċċessuri tiegħu, l-ammont bażiku applikat ta' butir mhuwiex imnaqqas meta mqabbel mad-differenza fil-prezzijiet fit-Tabella III.”


    Top