Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006A0706(05)

    Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 185, 6.7.2006, p. 17–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2006/456/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    22006A0706(05)

    Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    Official Journal L 185 , 06/07/2006 P. 0017 - 0020


    Protokoll

    għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u ir-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    minn issa 'l quddiem imsejħa l-'Istati Membri' rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

    L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn issa 'l quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet' rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

    min-naħa l-waħda, u

    IL-FEDERAZZJONI RUSSA

    min-naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Mejju 2004,

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfù fl- 24 ta' Ġunju 1994 (minn issa 'l quddiem il-"Ftehim") u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod, bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta' Ittri, u Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal- 21 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fit- 12 ta' Ottubru 2000.

    Artikolu 2

    Biex jittieħed kont ta' l-żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li jirreferu għall-Komunità Ewropea li assumiet id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

    Artikolu 4

    1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Mejju 2004 basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew iddepożitati qabel dik id-data.

    2. Jekk mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    3. Jekk mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l- 1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill- 1 ta' Mejju 2004.

    Artikolu 6

    It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni tal- 21 ta' Mejju 1997 huma miktuba fil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża.

    Huma annessi ma' dan il-Protokoll [1] u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni tal- 21 ta' Mejju 1997.

    Artikolu 7

    Dan il-Protokoll huwa miktub f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana, Ungeriża, u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

    Hecho en Luxemburgo, el veintisiete de abril de dos mil cuatro.

    V Lucemburku dne dvacátého sedmého dubna dva tisíce čtyři.

    Udfærdiget i Luxembourg den syvogtyvende april to tusind og fire.

    Geschehen zu Luxemburg am siebenundzwanzigsten April zweitausendundvier.

    Kahe tuhande neljanda aasta kahekümne seitsmendal aprillil Luxembourgis.

    Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι επτά Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

    Done at Luxembourg on the twenty-seventh day of April in the year two thousand and four.

    Fait à Luxembourg, le vingt-sept avril deux mille quatre.

    Fatto a Lussemburgo, addì ventisette aprile duemilaquattro.

    Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit septītajā aprīlī.

    Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio dvidešimt septintą dieną Liuksemburge.

    Kelt Luxembourgban, a kétezer-negyedik év április havának huszonhetedik napján.

    Magħmul fil-Lussemburgu fis-sebgħa u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.

    Gedaan te Luxemburg, de zevenentwintigste april tweeduizend vier.

    Sporządzono w Luksemburgu, dnia dwudziestego siódmego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.

    Feito no Luxemburgo, em vinte e sete de Abril de dois mil e quatro.

    V Luxemburgu dvadsiateho siedmeho apríla dvetisícštyri.

    V Luxembourgu, dne sedemindvajsetega aprila leta dva tisoč štiri.

    Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.

    Som skedde i Luxemburg den tjugosjunde april tjugohundrafyra.

    Совершенно в Люксембурге двацати седьмого апреля 2004 г.

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok részéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu Państw Członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    Аъзо Давлатлар Номидан

    +++++ TIFF +++++

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropske skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Европа Xамжамиятлари Номидан

    +++++ TIFF +++++

    Por la Federación de Rusia

    Za Ruskou federaci

    For Den Russiske Føderation

    Für die Russische Föderation

    Venemaa Föderatsiooni nimel

    Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

    For the Russian Federation

    Pour la Fédération de Russie

    Per la Federazione russa

    Krievijas Federācijas vārdā

    Rusijos Federacijos vardu

    Az Orosz Föderáció részéről

    Għall-Federazzjoni Russa

    Voor de Russische Federatie

    W imieniu Federacji Rosyjskiej

    Pela Federação da Rússia

    Za Ruskú federáciu

    Za Rusko federacijo

    Venäjän federaation puolesta

    På ryska federationen vägnar

    Ўзбекистон Республикаси Номидан

    +++++ TIFF +++++

    [1] Il-verżjoni Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċċjali f'data aktar tard.

    --------------------------------------------------

    Top