Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0750

    Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal- 25 ta' Ġunju 2005 dwar il-miżuri transitorji applikabbli mid-data ta' l-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE rivedut

    ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1–40 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 53–92 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/750/oj

    27.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    53


    DEĊIŻJONI Nru 5/2005 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE

    tal-25 ta' Ġunju 2005

    dwar il-miżuri transitorji applikabbli mid-data ta' l-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE rivedut

    (2005/750/KE)

    IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim kien konkluż għal ħamsa u għoxrin sena u ngħata bidu mill-1 ta' Marzu 2000. Madanakollu, saret dispożizzjoni għall-possibbiltà li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim permezz ta' proċess ta' reviżjoni wara kull perijodu ta' ħames snin.

    (2)

    Taħt din l-għażla, in-negozjati għar-reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, minn hawn 'il quddiem “Ftehim rivedut”, kienu konklużi fi Brussel fit-23 ta' Frar 2005. Il-Ftehim rivedut kien iffirmat fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 2005 u ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta' ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tiegħu.

    (3)

    Skond l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta miżuri transitorji sabiex jiġi kopert il-perijodu mid-data ta' l-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim rivedut.

    (4)

    Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u l-implementazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-kooperazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa, u tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness IV li għandhom jiġu nnegozjati fil-qafas ta' l-Artikolu 100 tal-Ftehim, il-partijiet iqisu li huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-implimentazzjoni bikrija tal-Ftehim rivedut, li għandha jkollha effett mid-data ta' l-iffirmar tiegħu.

    (5)

    Id-dispożizzjonijiet relatati ma' l-awtorizzazzjoni u l-implementazzjoni tar-riżorsi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness Ia tal-Ftehim rivedut ma jistgħux japplikaw qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Għaldaqstant, il-kooperazzjoni ser tiġi ffinanzjata matul il-perijodu transitorju u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, permezz tar-riżorsi tad-9 EDF u tal-bilanċi trasferiti mill-EDFs ta' qabel.

    (6)

    Il-programmazzjoni tar-riżorsi disponibbli fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali tista' tibda qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Malli l-budget globali jiġi deċiż, jistgħu jiġu inkorporati allokazzjonijiet indikattivi f'dan l-eżerċizzju ta' programmazzjoni. Madanakollu, l-ebda riżors ma jista' jiġi impenjat sakemm il-qafas finanzjarju pluriennali jidħol fis-seħħ.

    (7)

    Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ser jiddeċiedi dwar l-għajnuna finanzjarja u teknika fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa. Din l-għajnuna ser tiġi ffinanzjata permezz ta' strumenti speċifiċi minbarra dawk maħsuba għall-finanzjament tal-kooperazzjoni ACP-KE,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ (1):

    Artikolu 1

    Applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim

    1.   Id-dispożizzjonijiet riveduti kollha tal-Ftehim għandhom japplikaw kmieni, mill-ġurnata ta' l-iffirmar, bl-eċċezzjoni ta' l-emendi meħtieġa fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-partijiet rilevanti tal-Ftehim ta' Kotonù li, skond il-paragrafu 3 ta' l-Anness Ia tal-Ftehim rivedut, ser jiġu deċiżi mill-Kunsill tal-Ministri ACP-KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim rivedut, b'deroga mill-Artikolu 95 tal-Ftehim.

    2.   Madanakollu, l-applikazzjoni provviżorja tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandha tkun suġġetta għal Deċiżjoni minn qabel tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji, imniżżla f'ċifri, kif imsemmi fl-Artikoli kkonċernati:

    (a)

    Artikolu 11a: il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

    (b)

    Artikolu 11b: il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa.

    3.   Id-dispożizzjonijiet riveduti tal-Ftehim huma annessi għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

    L-Istati ta' l-ACP, l-Istati Membri u l-Komunità huma mistiedna jieħdu dawk li huma jqisu bħala l-passi xierqa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u validità ta' din id-Deċiżjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-iffirmar tal-Ftehim rivedut. Għandha tapplika sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim rivedut.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 25 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-KE

    Il-President

    V. BORGES


    (1)  Bla ħsara għad-Dikjarazzjoni Konġunta li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni.


    ANNESS I

    DIKJARAZZJONI ACP-KE

    Kull waħda mill-partijiet ser tagħmel ħilitha biex timplimenta l-proċedura biex tirratafika l-Ftehim ta' Kotonù rivedut sa 18-il xahar mill-iffirmar tal-Ftehim rivedut, b'kont debitu għar-responsabbiltajiet u l-proċeduri nazzjonali u Komunitarji.


    ANNESS II

    “FTEHIM

    li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' l-istati afrikani, tal-karibew u tal-paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIZA,

    IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IL-PRESIDENT TA' MALTA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-ISVEZJA

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-Komunità’, l-Istati tal-Komunità minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Istati Membri’,

    u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    min-naħa l-waħda, u

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

    IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KAP VERDE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

    IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

    IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,

    IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

    IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA-BISSAW,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GINEA EKWATORJALI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

    IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

    IL-GVERN TA’ NIUE,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAW,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPWA GINEA L-ĠDIDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILAND,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAZ-ZAMBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,

    li l-Istati tagħhom minn hawn 'il quddiem huma msejħa ‘l-Istati ta' l-ACP’,

    min-naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Ftehim ta' Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP),

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Sħubija, bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim ta' Kotonù’),

    BILLI l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Kotonù jistipula li t-tul tal-Ftehim għandu jkun ta' għoxrin sena, jidba mill-1 ta' Marzu 2000,

    BILLI t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Kotonù jipprovdi li għaxar xhur qabel l-iskadenza ta' kull perijodu ta' ħames snin, il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati bil-għan li jeżaminaw kull emenda li tista' ssir għad-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Kotonù,

    IDDEĊIDEW li jiffirmaw dan il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù u għal dan il-għan innominaw bħala l-Plenipotenzjarji tagħhom:

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIZA,

    IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IL-PRESIDENT TA' MALTA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

    IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KAP VERDE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

    IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

    IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,

    IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĠABONIŻA,

    IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA-BISSAW,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GINEA EKWATORJALI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAKASKAR,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

    IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

    IL-GVERN TA’ NIUE,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAW,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPWA GINEA L-ĠDIDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIŻA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILAND,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAZ-ZAMBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,

    LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, misjuba fil-forma tajba u dovuta,

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu waħdieni

    Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tiegħu, il-Ftehim ta' Kotonù għandu jiġi emendat bid-disposizzjonijiet li ġejjin:

    A.   PREAMBOLU

    1.

    Wara t-tmien premessa, li tibda ‘JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem …’, għandhom jiġu inseriti l-premessi li ġejjin:

    ‘JERĠGĦU JAFFERMAW li l-aktar reati serji li jħassbu l-komunità internazzjonali ma jistgħux jibqgħu impuniti u li l-prosekuzzjoni effettiva kontra tagħhom trid tiġi żgurata bit-teħid ta' miżuri fil-livell nazzjonali u bit-tkattir tal-kooperazzjoni globali;

    JIKKUNSIDRAW li l-istabbiliment u l-funzjonament effettiv tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jikkostitwixxu żvilupp importanti għall-paċi u għall-ġustizzja internazzjonali;’

    .

    2.

    L-għaxar premessa, li tibda ‘JIKKUNSIDRAW li l-miri ta' żvilupp u l-prinċipji…’, għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    ‘JIKKUNSIDRAW li l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp li joħorġu mid-Dikjarazzjoni tal-Millenju adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b’mod partikolari l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u tal-ġuħ, kif ukoll il-miri ta’ żvilupp u l-prinċipji miftiehma fil-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, jipprovdu viżjoni ċara u għandhom isejsu l- kooperazzjoni ACP-UE fi ħdan dan il-Ftehim;’

    .

    B.   IT-TEST TA' L-ARTIKOLI TAL-FTEHIM TA' KOTONÙ

    1.

    Fl-Artikolu 4, il-parti introduttiva għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    ‘L-Istati ta’ l-ACP għandhom jiddeterminaw il-prinċipji ta’ żvilupp, l-istrateġiji u l-mudelli ta’ l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, il-programmi ta’ kooperazzjoni previsti taħt dan il-Ftehim. Madanakollu, il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol komplementari ta’ partijiet mhux Statali u ta' awtoritajiet deċentralizzati lokali kif ukoll il-potenzjal għall-kontributi tagħhom għall-proċess ta’ l-iżvilupp. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-partijiet mhux Statali u l-awtoritajiet deċentralizzati lokali għandhom, fejn xieraq:’

    .

    2.

    L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘2.   L-objettiv ta’ dan id-djalogu għandu jkun l-iskambju ta’ l-informazzjoni, it-tkattir tal-komprensjoni reċiproka u l-aġevolament ta' l-istabbiliment ta’ prijoritajiet miftiehma u ta' aġendi kondiviżi, b'mod partikolari billi jiġu rikonoxxuti r-rabtiet eżistenti bejn l-aspetti differenti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u d-diversi oqsma ta’ kooperazzjoni kif stabbiliti f’dan il-Ftehim. Id-djalogu għandu jiffaċilita l-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-fora internazzjonali. L-objettivi tad-djalogu għandhom ukoll jinkludu l-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn xi Parti tista' ssib il-ħtieġa li tirrikorri għall-proċeduri ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikoli 96 u 97.’

    ;

    (b)

    il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘6.   Id-djalogu għandu jitmexxa b’mod flessibbli. Id-djalogu għandu jkun formali jew informali skond il-ħtieġa, u jiġi mmexxi 'l quddiem kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-qafas istituzzjonali, inkluż il-Grupp ta’ l-ACP, l-Assemblea Parlamentari Konġunta, fil-format u l-livell adatt, inkluż il-livell reġjonali, sub-reġjonali jew nazzjonali.’

    ;

    (ċ)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

    ‘6a.   Fejn ikun il-każ, u sabiex jiġu pprevenuti sitwazzjonijiet li fihom xi Parti tista' ssib il-ħtieġa li tirrikorri għall-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 96, id-djalogu li jkopri l-elementi essenzjali għandu jkun sistematiku u formalizzat skond il-modalitajiet li jidhru fl-Anness VII.’

    .

    3.

    It-titolu ta' Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    Elementi essenzjali rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat ta’ dritt, u element fundamentali rigward il-governanza korretta

    .

    4.

    L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

    ‘3a.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom ukoll li jikkooperaw fil-prevenzjoni ta’ attivitajiet merċenarji skond l-obbligi tagħhom taħt konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali, u skond il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom.’

    ;

    (b)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    ‘6.   Fil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali, il-Partijiet jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom biex:

    jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-adozzjoni ta’ l-aġġustamenti legali meħtieġa sabiex jippermettu r-ratifika u l-implementazzjoni ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; u

    jiġġieldu kontra l-kriminalità internazzjonali skond il-liġi internazzjonali, filwaqt li jagħtu r-rigward xieraq lill-Istatut ta’ Ruma.

    Il-Partijiet għandhom ifittxu li jieħdu passi lejn ir-ratifika u l-implementazzjoni ta' l-Istatut ta' Ruma u l-istrumenti relatati.’

    .

    5.

    L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġi inseriti:

    ‘Artikolu 11a

    Il-ġlieda kontra t-terrorizmu

    Il-Partijiet itennu l-kundanna soda tagħhom ta’ l-atti terroristiċi kollha, u jimpenjaw ruħhom li jiġġieldu t-terroriżmu permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali, skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-liġi Internazzjonali, il-konvenzjonijiet u l-istrumenti rilevanti u b’mod partikolari l-implementazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjonijiet 1373(2001) u 1456 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u Riżoluzzjonijiet oħra rilevanti tan-NU. Għal dan il-għan, il-Partijiet jiftiehmu li jiskambjaw:

    informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-networks ta’ appoġġ tagħhom; u

    opinjonijiet dwar mezzi u metodi sabiex jiġġieldu atti terroristiċi, inkluz fl-oqsma tekniċi u fit-taħriġ, u esperjenzi marbuta mal-prevenzjoni tat-terrorizmu.

    Artikolu 11b

    Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa

    1.   Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' qerda tal-massa u l-mezzi li bihom jitwasslu, lil partijiet kemm Statali kif ukoll mhux Statali, tirrappreżenta waħda mit-theddidiet l-aktar serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali.

    Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jikkooperaw u li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta’ l-armi ta' qerda tal-massa u l-mezzi li bihom jitwasslu permezz ta' konformità sħiħa ma', u l-implementazzjoni nazzjonali ta' l-obbligi eżistenti tagħhom taħt trattati u ftehim internazzjonali dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u obbligi internazzjonali oħra rilevanti.

    Il-Partijiet jaqblu li din id-disposizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.

    2.   Il-Partijiet, barra minn hekk, jaqblu li jikkooperaw u li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ nonproliferazzjoni billi:

    jieħdu passi sabiex jiffirmaw, jirratifikaw jew jaderixxu ma', skond il-każ, u jimplimentaw b’mod sħiħ, l-istrumenti internazzjonali l-oħra kollha li huma rilevanti;

    jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjoni, li biha jikkontrollaw l-esportazzjoni kif ukoll it-transitu ta’ merkanzija relatata ma' l-armi ta' qerda tal-massa, inkluż kontroll ta’ l-użu finali ta’ teknoloġiji b’użu doppju li jkunu jistgħu jintużaw għall-bini ta' armi ta' qerda tal-massa, u li tinkludi sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

    L-għajnuna teknika u finanzjarja fil-qasam tal-kooperazzjoni fil-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa għandha tiġi ffinanzjata permezz ta' strumenti oħra barra minn dawk maħsuba għall-finanzjament tal-kooperazzjoni ta’ l-ACP-KE.

    3.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li jakkumpanja u jikkonsolida l-kooperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam.

    4.   Jekk, wara li tkun mexxiet djalogu politiku msaħħaħ, xi Parti, informata b'mod partikolari permezz ta' rapporti mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' l-Armi Kimiċi (OPCW) u istituzzjonijiet multilaterali rilevanti oħra, tikkunsidra li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu li jiġi mill-paragrafu 1, hija għandha, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsilli tal-Ministri kemm ta’ l-UE kif ukoll ta' l-ACP bl-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, hija għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-mizuri meħuda jew li jridu jittieħdu mill-Parti kkonċernata sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

    5.   Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-livell u fil-forma li tkun ikkunsidrata l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni.

    Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perijodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebda każ m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata.

    6.   Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.’

    6.

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 23:

    ‘l)

    il-promozzjoni ta' tagħrif tradizzjonali.’

    .

    7.

    Fl-Artikolu 25(1), il-punt (d) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(d)

    tippromwovi l-ġlieda kontra:

    l-HIV/AIDS; billi tiżgura l-ħarsien tas-saħħa riproduttiva u sesswali tan-nisa u tad-drittijiet tagħhom;

    mard ieħor relatat mal-faqar, b'mod partikolari l-malarja u t-tuberkolosi;’

    8.

    L-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti (ċ) u (d) għandhom jiġu mibdula b'dawn li ġejjin:

    ‘(ċ)

    għajnuna lill-istituzzjonijiet stabbiliti fil-komunitajiet sabiex jipprovdu l-opportunità lit-tfal li jiżviluppaw il-potenzjal fiżiku, psikoloġiku, soċjali u ekonomiku tagħhom;

    (d)

    ir-reintegrazzjoni fis-soċjetà ta' tfal li jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt permezz ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni; u’

    ;

    (b)

    il-punt li ġej għandu jiġu miżjud:

    ‘(e)

    il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva ta’ ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika u t-tkattir ta' skambji ta’ studenti u ta' interazzjoni bejn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ta’ l-UE u ta’ l-ACP.’

    .

    9.

    Il-parti introduttiva ta' l-Artikolu 28 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    ‘Il-kooperazzjoni għandha tipprovdi għajnuna effettiva sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-prijoritajiet li l-Istati ta’ l-ACP stabbilixxew huma nfushom fil-kuntest tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u subreġjonali, inkluża l-kooperazzjoni inter-reġjonali u intra-ACP. Il-kooperazzjoni reġjonali tista’ tinvolvi wkoll pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex membri ta’ l-ACP kif ukoll il-Pajjiżi u Territorji Barranin (OCTs) u r-reġjuni l-aktar estremi. F’dan il-kuntest, l-appoġġ għall-kooperazzjoni għandu jkun immirat sabiex:’

    .

    10.

    Fl-Artikolu 29(a), il-punt (i) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(i)

    istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni reġjonali stabbiliti mill-Istati ta’ l-ACP u dawk li fihom jipparteċipaw Stati ta’ l-ACP li jippromwovu l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, u’

    .

    11.

    Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 30 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘2.   Il-kooperazzjoni għandha tappoġġja wkoll skemi u inizjattivi ta’ kooperazzjoni inter u intra-ACP, inklużi dawk li jinvolvu pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex membri ta’ l-ACP.’

    .

    12.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 43(4):

    l-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta’ l-użu tal-kontenut lokali għat-Tekonoloġiji ta’ l-Informatika u tal-Komunikazzjoni.’

    .

    13.

    L-Artikolu 58 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 58

    Eliġibbilità għal finanzjament

    1.   L-entitajiet jew korpi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju provdut taħt dan il-Ftehim:

    (a)

    Stati ta’ l-ACP;

    (b)

    korpi reġjonali jew inter-Statali li minnhom wieħed jew aktar mill-Istati ta’ l-ACP ikunu jagħmlu parti, inklużi korpi bi Stati membri li mhumiex Stati ta' l-ACP, li jkunu awtorizzati minn dawk l-Istati ta’ l-ACP; u

    (ċ)

    korpi konġunti stabbiliti mill-Istati ta’ l-ACP u l-Komunità sabiex isegwu ċerti objettivi speċifiċi.

    2.   Suġġett għall-qbil ta’ l-Istat jew l-Istati kkonċernati ta’ l-ACP, dawn li ġejjin għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju:

    (a)

    aġenziji u dipartimenti nazzjonali u/jew reġjonali, pubbliċi jew semi-pubbliċi, ta’ Stati ta’ l-ACP inklużi l-Parlamenti, u, b'mod partikolari, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-banek ta’ l-iżvilupp tagħhom;

    (b)

    kumpanniji, ditti u organizzazzjonijiet privati oħra u operaturi privati ta’ l-Istati ta’ l-ACP

    (ċ)

    intrapriżi ta’ xi Stat Membru tal-Komunità sabiex ikunu jistgħu, flimkien mal-kontribut tagħhom stess, iwettqu proġetti produttivi fit-territorju ta’ xi Stat ta’ l-ACP;

    (d)

    intermedjarji finanzjarji ta’ l-ACP jew tal-Komunità li jipprovdu, jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati fl-Istati ta’ l-ACP;

    (e)

    awtoritajiet deċentralizzati lokali ta' Stati ta’ l-ACP u tal-Komunità; u

    (f)

    pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li mhumiex parti mill-Grupp ta' l-ACP fejn jipparteċipaw f’inizjattiva konġunta jew f'organizzazzjoni reġjonali ma’ l-Istati ta' l-ACP.

    3.   Partijiet mhux Statali mill-Istati ta’ l-ACP u mill-Komunità li huma ta' natura lokali, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju provdut taħt dan il-Ftehim, skond il-modalitajiet miftiehma fil-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali.’

    .

    14.

    Il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 68 għandhom jiġu mibdula b'dawn li ġejjin:

    ‘2.   L-iskop ta’ l-appoġġ f’każijiet ta’ oxxillazzjonijiet ta' żmien qasir fl-ammonti tad-dħul mill-esportazzjoni huwa li jkunu protetti r-riformi u l-politika soċjo-ekonomiċi li jistgħu jiġu milquta ħażin bħala riżultat tat-tnaqqis fl-introjtu u li jiġu rimedjati l-effetti negattivi ta’ l-instabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni, b'mod partikolari minn prodotti agrikoli u prodotti minerarji.

    3.   Id-dipendenza estrema ta’ l-ekonomiji ta’ l-Istati ta’ l-ACP fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari mis-setturi agrikoli u minerarji, għandha tiġi kkunsidrata fl-allokazzjoni ta’ riżorsi fis-sena ta' applikazzjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati ta’ l-ACP li jkunu l-anqas żviluppati, interkjużi u li jkunu gżejjer, u li jkunu kemm għadhom ġarrbu konflitt jew diżastru naturali għandhom jirċievu trattament aktar favorevoli.’

    .

    15.

    Fl-Artikolu 89, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘1.   Għandhom jiġu segwiti azzjonijiet speċifiċi sabiex l-Istati gżejjer ta’ l-ACP jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom biex iwaqqfu u jxaqilbu l-vulnerabbiltà dejjem tiżdied tagħhom, ikkawżata minn sfidi ġodda u qawwija ta' natura ekonomika, soċjali u ekoloġika. Dawn l-azzjonijiet għandhom ifittxu li javvanzaw l-implementazzjoni tal-prijoritajiet, għall-iżvilupp sostenibbli, ta' l-istati li huma gżejjer żgħar li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li jippromwovu approċċ armonizzat għat-tkabbir ekonomiku u għall-iżvilupp tar-riżors uman tagħhom.’

    .

    16.

    L-Artikolu 96 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

    ‘1a.   Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jeżawrixxu l-possibbiltajiet kollha għad-djalogu taħt l-Artikolu 8, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, qabel ma jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu.’

    ;

    (b)

    Fil-paragarfu 2, il-punt (a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(a)

    Jekk, minkejja d-djalogu politiku dwar l-elementi essenzjali kif previst fl-Artikolu 8 u l-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, xi Parti tikkunsidra li l-Parti l-oħra tonqos li twettaq obbligu li joħroġ mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt imsemmija fl-Artikolu 9(2), hija għandha, ħlief f'każijiet ta’ urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri bl-informazzjoni rilevanti li tkun meħtieġa għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, għandha tistieden lill-Parti l-oħra għal konsultazzjonijiet li jiffokaw fuq il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-Parti kkonċernata sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni skond l-Anness VII.

    Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-livell u fil-forma li tkun ikkunsidrata l-aktar adatta sabiex tinstab soluzzjoni.

    Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perijodu stabbilit bi ftehim reċiproku, li jiddependi min-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. Fl-ebda każ, m'għandu d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni jdum aktar minn 120 ġurnata.

    Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jew jekk il-konsultazzjoni tiġi rifjutata jew f’każijiet ta’ urġenza speċjali, jistgħu jittieħdu miżuri adatti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ir-raġunijiet għat-teħid tagħhom ma jibqgħux jeżistu.’

    17.

    Fl-Artikolu 97, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘2.   F’dawn il-kazijiet kwalunkwe Parti tista’ tistieden lill-oħra għal konsultazzjonijiet. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara l-istedina u d-djalogu taħt il-proċedura ta’ konsultazzjoni ma għandux idum aktar minn 120 ġurnata.’

    .

    18.

    L-Artikolu 100 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 100

    Status tat-testi

    Il-Protokolli u l-Annessi mehmuża għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu. L-Annessi Ia, II, III, IV u VI jistgħu jiġu riveduti, u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat għall-Kooperazzjoni ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp ta' l-ACP-KE.

    Dan il-Ftehim, imfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi depositat fl-arkiviji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat ta' l-Istati ta' l-ACP, li għandhom it-tnejn li huma jibagħtu kopja ċertifikata lill-gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.’

    .

    Ċ.   ANNESSI

    1.

    Fl-Anness 1, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

    ‘9.

    B’deroga mill-Artikolu 58 ta’ dan il-Ftehim, ammont ta' EUR 90 miljun għandu jiġi ttrasferit għall-pakkett intra-ACP taħt id-9 EDF. Dan l-ammont jista’ jiġi allokat għall-finanzjament tad-devoluzzjoni għall-perijodu 2006-2007, u għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni.’

    .

    2.

    L-Anness li ġej għandu jiġi inserit:

    ‘ANNESS Ia

    Qafas finanzjarju pluriennali ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim

    1.

    Għall-għanijiet stipulati f’dan il-Ftehim u għal perijodu li jibda mill-1 ta' Marzu 2005, qafas finanzjarju pluriennali ġdid ta' kooperazzjoni għandu jkopri impenji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2008 għal perijodu ta' ħames jew sitt snin.

    2.

    Għal dan il-perijodu ġdid, l-Unjoni Ewropea għandha żżomm l-isforz ta’ l-għajnuna tagħha lill-Pajjiżi ta' l-ACP għall-anqas fuq l-istess livell bħal dak tad-9 EDF, mhux inklużi l-bilanċi; ma’ dan għandhom jiġu miżjuda, skond l-estimi Komunitarji, l-effetti ta’ l-inflazzjoni, it-tkabbir fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u t-tkabbir b'għaxar Stati Membri ġodda fl-2004.

    3.

    Kull emendi meħtieġa għall-qafas finanzjarju pluriennali jew għall-partijiet rilevanti tal-Ftehim għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill tal-Ministri b'deroga mill-Artikolu 95 ta' dan il-Ftehim.’

    .

    3.

    L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    il-paragrafu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘7.   Is-self ordinarju jista' jiġi estiz b'termini u b'kondizzjonijiet konċessjonarji fil-kazijiet li ġejjin:

    (a)

    għal proġetti ta' infrastruttura fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, f’pajjiżi li jkunu għadhom kemm ġarrbu konflitt jew diżastru naturali – minbarra dawk imsemmija taħt (aa) – li huma prerekwiżiti għall-iżvilupp tas-settur privat. F'tali każijiet, ir-rata ta' l-interess fuq is-self għandha titnaqqas bi 3 %;

    (aa)

    għal proġetti ta' infrastruttura minn entitajiet pubbliċi mmexxija kummerċjalment, li huma prerekwiżiti għall-iżvilupp tas-settur privat f’pajjiżi suġġetti għal kondizzjonijiet ta’ self restrittivi taħt l-inizjattiva tal-Pajjiżi Fqar Midjuna Ħafna (HIPC) jew f'qafas ieħor ta’ sostenibbiltà ta' dejn taħt ftehim internazzjonali. F’dawn il-każijiet, il-Bank għandu jfittex li jnaqqas il-prezz medju tal-fondi permezz ta’ ko-finanzjament xieraq ma’ donaturi oħra. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat possibbli, ir-rata ta’ l-interess tas-self tista’ titnaqqas b’tali ammont li jkun meħtieġ għall-konformità mal-livell dispost mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ġdid ta’ sostenibbiltà ta' dejn taħt ftehim internazzjonali;

    (b)

    għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta' ristrutturar fil-qafas tal-privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali li huma sostanzjali u evidenti. F'dawn il-każijiet, is-self jista' jiġi estiż permezz ta' sussidju tar-rata ta' l-interess li l-ammont u l-għamla tiegħu għandhom jiġu deċiżi fir-rigward tal-karatteristiċi partikolari tal-proġett. Madanakollu, is-sussidju tar-rata ta' l-interess ma għandux ikun aktar minn 3 %.

    Ir-rata finali ta' self li taqa' taħt (a) jew (b) ma għandha, fl-ebda każ, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' referenza.’

    ;

    (ii)

    il-paragrafu 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘9.   Is-sussidji ta' l-interess jistgħu jiġu kkapitalizzati jew jistgħu jintużaw f'forma ta' għotjiet. Jistgħu jintużaw sa 10 % tal-budget għas-sussidji tar-rata ta’ l-interess bħala appoġġ għall-għajnuna teknika relatata ma’ proġetti f’pajjiżi ta' l-ACP.’

    ;

    (b)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘1.   Il-Faċilità ta' l-Investiment għandha topera fis-setturi ekonomiċi kollha u tappoġġja l-investimenti ta' entitajiet privati u entitajiet tas-settur pubbliku mmexxija kummerċjalment, inkluża l-infrastruttura ekonomika u teknoloġika li tiġġenera d-dħul li hija kritika għas-settur privat. Il-Faċilità għandha:

    (a)

    tkun amministrata bħala revolving fund u tkun immirata sabiex tkun finanzjarjament sostenibbli. L-operazzjonijiet tagħha għandhom isiru skond termini u kondizzjonijiet relatati mas-suq u għandhom jevitaw il-ħolqien ta' distorsjonijiet fis-swieq lokali u l-ispostamenti ta' sorsi privati ta' finanzi;

    (b)

    tappoġġja s-settur finanzjarju ta’ l-ACP u jkollha effett katalitiku billi tinkoraġġixxi l-mobilizzazzjoni, fuq perijodu twil, ta' riżorsi lokali u tattira investimenti u self privati barranin lejn proġetti fl-Istati ta’ l-ACP;

    (c)

    terfa’ parti mir-riskju tal-proġetti li għalihom tagħti l-fondi, bis-sostenibbiltà finanzjarja tagħha żgurata permezz tal-portafoll bħala entità sħiħa u mhux permezz ta' interventi individwali; u

    (d)

    tfittex li tgħaddi l-fondi permezz ta' istituzzjonijiet u programmi nazzjonali u reġjonali ta' l-ACP li jippromwovu l-iżvilupp ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs).’

    ;

    (ii)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

    ‘1a.   Il-Bank għandu jiġi rikompensat ta’ l-ispiża li jġarrab fl-amministrazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment. Għall-ewwel sentejn wara d-dħul fis-seħħ tat-tieni protokoll finanzjarju din ir-rikompensa għandha tkun sa ammont ta’ 2 % fis-sena ta’ l-għotja inizjali totali tal-Faċilità ta’ l-Investiment. Minn hemm 'il quddiem, ir-rikompensa tal-Bank għandha tinkludi komponent fiss ta’ 0,5 % fis-sena ta’ l-għotja inizjali u komponent varjabbli ta' ammont sa 1,5 % fis-sena tal-portafoll tal-Faċilità ta' l-Investiment li jkun investit fi proġetti fil-pajjiżi ta' l-ACP. Ir-rikompensa għandha tiġi ffinanzjata mill-Faċilità ta’ l-Investiment.’

    ;

    (ċ)

    Fl-Artikolu 5, il-punt (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(b)

    fil-każ tal-finanzjament ta' self ordinarju u tal-finanzjament ta’ kapital ta' riskju għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME), ir-riskju tar-rata tal-kambju għandu, bħala regola ġenerali, jinqasam bejn il-Komunità, fuq in-naħa l-waħda, u l-Partijiet l-oħra involuti, fuq in-naħa l-oħra. Bħala medja, ir-riskju tar-rata tal-kambju għandu jinqasam b'mod ugwali; u’

    ;

    (d)

    L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġi inseriti:

    ‘Artikolu 6a

    Rappurtar annwali dwar il-Faċilità ta’ l-Investiment

    Ir-Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta' l-UE responsabbli għall-Faċilità ta’ l-Investiment, ir-Rappreżentanti ta’ l-Istati ta' l-ACP, kif ukoll il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat tal-Kunsill ta’ l-UE u s-Segretarjat ta’ l-ACP għandhom jiltaqgħu kull sena sabiex jiddiskutu l-operazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-Faċilità ta' l-Investiment u l-kwistjonijiet ta' politika li jikkonċernawha.

    Artikolu 6b

    Reviżjoni tal-prestazzjoni tal-Faċilità ta’ l-Investiment

    Il-prestazzjoni globali tal-Faċilità ta’ l-Investiment għandha tkun suġġetta għal reviżjoni konġunta fin-nofs u fl-aħħar tat-terminu ta’ protokoll finanzjarju. Tali eżerċizzju jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib fl-implementazzjoni tal-Faċilità.’

    .

    4.

    L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(a)

    il-ħtiġijiet għandhom jiġu stmati abbażi ta' kriterji li jirrigwardaw id-dħul per capita, id-daqs tal-popolazzjoni, l-indikaturi soċjali, il-livell ta’ dejn, it-telf ta’ qligħ mill-esportazzjoni u d-dipendenza fuq il-qligħ mill-esportazzjoni, b'mod partikolari fis-setturi agrikoli u minerarji. Għandu jingħata trattament speċjali lill-Istati ta' l-ACP l-anqas żviluppati u għandu jittieħed kont debitu tal-vulnerabbiltà ta' l-Istati li huma gżejjer u dawk interkjużi. Barra minn hekk, għandu jittieħed kont tad-diffikultajiet partikolari ta’ pajjiżi li jkunu ħerġin minn konflitti jew diżastri naturali; u’

    ;

    (ii)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    ‘5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(7) fir-rigward ta' reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet speċjali jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni ta' pajjiż.’

    ;

    (b)

    L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘1.   Hekk kif jirċievi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kull Stat ta' l-ACP għandu jfassal u jippreżenta lill-Komunità abbozz ta’ programm indikattiv abbażi ta' u konsistenti ma' l-objettivi u l-prijoritajiet tiegħu ta’ żvilupp kif espressi fis-CSS. L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jkollu fih:

    (a)

    is-settur, setturi jew oqsma fokali fejn għandha tiġi kkonċentrata l-għajnuna;

    (b)

    il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar adatti sabiex jintlaħqu l-objettivi u l-miri fis-settur, setturi, jew oqsma fokali;

    (ċ)

    ir-riżorsi riżervati għall-programmi u proġetti barra s-settur(i) fokali u/jew il-linji ġenerali ta’ tali attivitajiet, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom ikunu dedikati għal kull wieħed minn dawn l-elementi;

    (d)

    it-tipi ta' partijiet mhux Statali eliġibbli għal finanzjament, skond il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill tal-Ministri, ir-riżorsi allokati lill-partijiet mhux Statali u t-tipi ta’ attivitajiet li għandhom ikunu appoġġjati, li għandhom ikunu ta’ natura non-profit;

    (e)

    il-proposti dwar programmi u proġetti reġjonali; u

    (f)

    riżerva għal assigurazzjoni kontra l-eventwalità ta' xi pretensjonijiet u sabiex tkopri żjidiet fl-ispejjeż u kontinġenzi’

    ;

    (ii)

    il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘3.   L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jkun is-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat u l-Komunità. Il-programm indikattiv għandu jiġi adottat bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni f'isem il-Komunità u l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat. Meta jiġi adottat, huwa għandu jorbot kemm il-Komunità kif ukoll dak l-Istat. Dan il-programm indikattiv għandu jkun anness għas-CSS u għandu jinkludi wkoll:

    (a)

    operazzjonijiet speċifiċi u identifikati b’mod ċar, b'mod partikolari dawk li jistgħu jiġu mpenjati qabel ir-reviżjoni li tkun tmiss;

    (b)

    skeda ta' żmien għall-implementazzjoni u r-reviżjoni tal-programm indikattiv, inklużi l-impenji u ż-żburżar ta' riżorsi; u

    (ċ)

    il-parametri u l-kriterji għar-reviżjonijiet.’

    ;

    (iii)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    ‘5.   Meta xi Stat ta' l-ACP jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kriżi li tirriżulta minn gwerra jew xi konflitt ieħor, jew ċirkostanzi straordinarji li jkollhom effetti simili, li jimpedixxu l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali milli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tamministra hija stess ir-riżorsi allokati lill-Istat ikkonċernat skond l-Artikolu 3 u tużahom għall-iskop ta' appoġġ speċjali. L-appoġġ speċjali jista’ jinvolvi politika għat-tisħiħ tal-paċi, l-immaniġġar u r-riżoluzzjoni tal-konflitt, appoġġ post-konflittwali li jinkludi t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet nazzjonali, attivitajiet ekonomiċi u ta’ żvilupp soċjali, waqt li jittieħed kont partikolari tal-ħtiġijiet ta' l-oqsma l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat għandhom jirritornaw għall-implementazzjoni normali u għall-proċeduri ta’ amministrazzjoni normali hekk kif l-awtoritajiet responsabbli mit-tmexxija tal-kooperazzjoni jkunu jistgħu jkomplu b'dan.’

    ;

    (ċ)

    L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (i)

    f'dan l-Artikolu, it-terminu ‘Kap tad-Delegazzjoni’ għandu jiġi mibdul bit-terminu ‘il-Kummissjoni’;

    (ii)

    fil-paragrafu 4, il-punt (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(b)

    programmi u proġetti barra mis-settur(i) fokali;’

    ;

    (iii)

    il-paragrafu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘7.   Wara t-tlestija tar-reviżjonijiet intermedji u finali, il-Kummissjoni f’isem il-Komunità tista’ tirrivedi l-allokazzjoni ta' riżorsi fid-dawl tal-ħtiġijiet attwali u tal-prestazzjoni ta’ l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat.’

    ;

    (d)

    Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘1.   Il-kooperazzjoni reġjonali għandha tkopri operazzjonijiet li jibbenefikaw u jinvolvu:

    (a)

    zewġ Stati ta' l-ACP jew aktar jew dawn l-Istati kollha, kif ukoll il-pajjizi mhux ta' l-ACP li qegħdin jiżviluppaw u li jipparteċipaw f’dawn l-operazzjonijiet, u/jew

    (b)

    organizzazzjoni reġjonali li tagħha huma membri mill-anqas żewġ Stati ta' l-ACP, inkluż dawk li għandhom membri pajjiżi mhux ta' l-ACP.’

    ;

    (e)

    L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 9

    Allokazzjoni ta' riżorsi

    1.   Fil-bidu tal-perijodu kopert mill-Protokoll Finanzjarju, il-Komunità għandha tagħti lil kull reġjun indikazzjoni tal-volum ta' riżorsi li minnhom huwa jkun jista’ jibbenefika matul il-perijodu ta’ ħames snin. L-allokazzjoni indikattiva ta' riżorsi għandha tkun ibbażata fuq stima tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospetti fil-proċess ta' kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali. Sabiex tinkiseb skala adegwata u titkabbar l-effikaċja, il-fondi reġjonali u nazzjonali jistgħu jiġu kkombinati għall-finanzjamant ta’ operazzjonijiet reġjonali li jkollhom komponent nazzjonali distint.

    2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 fir-rigward tar-reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni ta' reġjun.’

    ;

    (f)

    Fl-Artikolu 10(1), il-punt (ċ) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘(ċ)

    il-programmi u proġetti li jippermettu li dawk l-għanijiet jintlaħqu, sa fejn dawn ikunu ġew identifikati b’mod ċar, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu dedikati għal kull wieħed minn dawn l-elementi u skeda ta' żmien għall-implementazzjoni tagħhom.’

    ;

    (g)

    L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 12

    Kooperazzjoni intra-ACP

    1.   Fil-bidu tal-perijodu kopert mill-Protokoll Finanzjarju, il-Komunità għandha tindika lill-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP dik il-parti tal-fondi assenjata għall-operazzjonijiet reġjonali li għandha titwarrab għall-operazzjonijiet li huma ta' benifiċċju għal ħafna mill-Istati ta' l-ACP jew dawn l-Istati kollha. Tali operazzjonijiet jistgħu jmorru lil hinn mill-kunċett ta' pożizzjoni ġeografika.

    2.   Il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda għat-tisħiħ ta' l-impatt ta’ l-attivitajiet intra-ACP, iżżid l-allokazzjoni għall-kooperazzjoni intra-ACP.’

    ;

    (h)

    L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 13

    Talbiet għal finanzjament

    1.   It-talbiet għal finanzjament ta' programmi reġjonali għandhom jiġu sottomessi minn:

    (a)

    korp jew organizzazzjoni reġjonali debitament awtorizzati; jew

    (b)

    korp jew organizzazzjoni sub-reġjonali debitament awtorizzati jew Stat ta' l-ACP fir-reġjun ikkonċernat fl-istadju ta’ programmazzjoni, basta li l-azzjoni tkun identifikata fil-PRI.

    2.   It-talbiet għall-finanzjament ta' programmi intra-ACP għandhom jiġu sottomessi minn:

    (a)

    mill-anqas tliet korpi jew organizzazzjonijiet reġjonali debitament awtorizzati minn reġjuni ġeografiċi differenti, jew mill-anqas zewġ Stati ta' l-ACP minn kull wieħed mit-tliet reġjuni; jew

    (b)

    il-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP, jew il-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ta' l-ACP; jew

    (ċ)

    organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Unjoni Afrikana, li jwettqu operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-kooperazzjoni u ta’ l-integrazzjoni reġjonali, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ta' l-ACP.’

    ;

    (i)

    L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 14

    Proċeduri għall-implementazzjoni

    1.   [imħassar]

    2.   [imħassar]

    3.   B'kont meħud ta’ l-objettivi u l-karatteristiċi intrinsiċi tal-kooperazzjoni reġjonali, inkluża l-kooperazzjoni intra-ACP, l-operazzjonijiet li jitwettqu f’dan il-qasam għandhom ikunu mmexxija mill-proċeduri stabbiliti għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp finanzjarju, kull fejn ikunu applikabbli.

    4.   B’mod partikolari u suġġett għall-paragrafi 5 u 6, kull programm u proġett reġjonali ffinanzjat mill-Fond għandu jwassal għal:

    (a)

    jew, skond l-Artikolu 17, ftehim ta’ finanzjament imfassal bejn il-Kummissjoni u wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 13; f’dawn il-każijiet, il-korp rilevanti għandu jinnomina Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk ta’ l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali;

    (b)

    kuntratt ta’ għotja kif definit fl-Artikolu 19a imfassal bejn il-Kummissjoni u wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 13, skond in-natura ta’ l-azzjoni u fejn il-korp rilevanti, li ma jkunx xi Stat ta' l-ACP, ikun responsabbli għat-twettiq tal-programm jew proġett.

    5.   Il-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond u li għalihom ġew preżentati talbiet għall-finanzjament minn organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 13(2)(ċ) għandhom iwasslu għat-tfassil ta' kuntratt ta’ għotja.

    6.   Il-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-Fond u li għalihom ġew preżentati talbiet għall-finanzjament mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP jew mill-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ta' l-ACP għandhom jiġu implimentati jew mis-Segretarjat ta' l-ACP, f’liema każ għandu jsir ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u s-Segretarjat skond l-Artikolu 17, jew mill-Kummissjoni skond in-natura ta’ l-azzjoni.’

    ;

    (j)

    Fil-Kapitolu 3, it-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘VALUTAZZJONI U FINANZJAMENT’

    ;

    (k)

    L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 15

    Identifikazzjoni, preparazzjoni u valutazzjoni ta' programmi u proġetti

    1.   Il-programmi u l-proġetti li jkunu ġew ippreżentati mill-Istat ta' l-ACP ikkonċernat għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni konġunta. Il-Kumitat ta' l-ACP-KE għall-Kooperazzjoni fil-Finanzjamant ta’ l-Iżvilupp għandu jiżviluppa l-linji gwida u l-kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Dawn il-programmi u l-proġetti huma ġeneralment pluriennali u jistgħu jinkorporaw firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ ambitu limitat f’xi qasam partikolari.

    2.   L-inkartament tal-programmi jew tal-proġetti, preparati u preżentati għall-finanzjament għandu jkollhom it-tagħrif kollu meħtieġ għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti jew, fejn il-programmi u l-proġetti ma jkunux kompletament definiti, jipprovdu l-linji ġenerali meħtieġa għall-valutazzjoni tagħhom.

    3.   Il-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti għandha tieħu kont debitu tal-limitazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi umani u għandha tiżgura strateġija favorevoli għall-promozzjoni ta’ tali riżorsi. Għandha tieħu kont ukoll tal-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat ta' l-ACP.

    4.   Il-programmi u l-proġetti li għandhom jiġu implimentati minn partijiet mhux Statali li jkunu eliġibbli skond dan il-Ftehim jistgħu jiġu valutati mill-Kummissjoni waħidha u jwasslu, bejn il-Kummissjoni u l-partijiet mhux Statali, għall-istabbiliment ta' kuntratti ta’ għotjiet kif definit fl-Artikolu 19a. Din il-valutazzjoni għandha tkun konformi ma’ l-Artikolu4(1)(d) fir-rigward tat-tipi ta' partijiet, ta' l-eliġibbiltà tagħhom u tat-tip ta’ attività li għandha tiġi appoġġjata. Il-Kummissjoni, permezz tal-Kap tad-Delegazzjoni, għandha tinforma l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali dwar tali għotjiet allokati.’

    ;

    (l)

    L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 16

    Il-proposta u d-deċizjoni ta' finanzjament

    1.   Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni għandhom jinġabru fi proposta ta’ finanzjament, li l-verżjoni finali tagħha tiġi mfassla mill-Kummissjoni f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat.

    2.   [imħassar]

    3.   [imħassar]

    4.   Il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha ta' finanzjament lill-Istat ta' l-ACP ikkonċernat fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-verżjoni finali tal-proposta ta’ finanzjament tiġi mfassla.

    5.   Fejn il-proposta ta’ finanzjament ma tiġix adottata mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità, l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat għandu jiġi informat immedjatament dwar ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. F’tali każ, ir-rappreżentanti ta’ l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat jista', fi żmien 60 jum min-notifika, jitlob:

    (a)

    li l-kwistjoni tiġi riferita lill-Kumitat ta' l-ACP-KE għall-Kooperazzjoni fil-Finanzjament ta’ l-Iżvilupp stabbilit taħt dan il-Ftehim; jew

    (b)

    li jingħatalhom smigħ mir-rappreżentanti tal-Komunità.

    6.   Wara tali smigħ, il-Kummissjoni f’isem il-Komunità għandha tieħu deċiżjoni finali ta' l-adozzjoni jew tar-rifjut tal-proposta ta’ finanzjament. Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni, l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat jista' jippreżenta lill-Kummissjoni kull fatt li jista' jitqies meħtieġ sabiex jissupplimenta t-tagħrif li jkun disponibbli għaliha.’

    ;

    (m)

    L-Artikolu 17 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 17

    Ftehim ta’ Finanzjament

    1.   Salvi d-disposizzjonijiet f’dan il-Ftehim li jipprovdu b'mod ieħor, għal kull programm jew proġett iffinanzjat mill-Fond għandu jsir ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat.

    2.   Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jiġi mfassal mill-Kummissjoni u l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat fi żmien 60 jum mid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu:

    (a)

    jispeċifika, b’mod partikolari, id-dettalji tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-arranġamenti u t-termini tal-finanzjament, kif ukoll id-disposizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-programm jew proġett ikkonċernat; u

    (b)

    jipprovdi b'mod adegwat għall-approprjazzjonijiet sabiex jiġu koperti żjidiet fl-ispejjeż u kontinġenzi.

    3.   Kwalunkwe bilanċ mhux minfuq li jibqa' fl-għeluq tal-kontijiet tal-programmi u tal-proġetti għandu jmur għand l-Istat jew l-Istati ta' l-ACP ikkonċernati.’

    ;

    (n)

    L-Artikolu 18 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 18

    Qbiż fl-ispejjeż

    1.   Hekk kif jidher li jkun hemm riskju li l-ispejjeż jaqbżu l-finanzi disponibbli taħt il-ftehim ta’ finanzjament, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u jitlob l-approvazzjoni tagħha minn qabel dwar il-miżuri li l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali ikun biħsiebu jagħmel sabiex ikopri tali qbiż fl-ispejjeż, jew billi jitnaqqas l-ambitu tal-progamm jew proġett, jew billi jintużaw riżorsi nazzjonali jew riżorsi oħra mhux Komunitarji.

    2.   Jekk ma jkunx possibbli li jitnaqqas l-ambitu tal-programm jew proġett jew li l-qbiż fl-ispejjeż jiġu koperti minn riżorsi oħra, il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, tista’, fuq talba motivata mill-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali, tieħu deċiżjoni ta' finanzjament addizzjonali dwar riżorsi mill-programm indikattiv.’

    ;

    (o)

    L-Artikolu 19 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 19

    Finanzjament retroattiv

    1.   Sabiex jiġi żgurat bidu bikri tal-proġetti, tiġi żgurata l-kontinwità bejn proġetti sekwenzjali u jiġi pprevenut id-dewmien, l-Istati ta' l-ACP jistgħu, mat-tlestija tal-valutazzjoni tal-proġett u qabel it-teħid tad-deċiżjoni ta’ finanzjament, jiffinanzjaw minn qabel l-attivitajiet konnessi mal-varar tal-programmi, ix-xogħol preliminari u staġjonali, l-ordnijiet għal tagħmir li jkun jinvolvi stennija twila għall-kunsinna kif ukoll ċerti operazzjonijiet kurrenti. Tali nfiq għandu għandu jissodisfa l-proċeduri previsti f'dan il-Ftehim.

    2.   Kull infiq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi msemmi fil-proposta ta’ finanzjament u ma għandux jippreġudika d-deċiżjoni ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità.

    3.   L-infiq li jsir mill-Istat ta' l-ACP taħt dan l-Artikolu għandu jkun iffinanzjat retroattivament taħt il-programm jew il-proġett, ladarba jiġi ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament.’

    ;

    (p)

    Fil-Kapitolu 4, it-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘IMPLEMENTAZZJONI’

    ;

    (q)

    L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġi inseriti:

    ‘Artikolu 19a

    Mizuri ta' implementazzjoni

    1.   Fejn il-Kummissjoni tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni finanzjarja, l-implementazzjoni ta' programmi u proġetti ffinanzjati mill-Fond għandha tikkonsisti prinċipalment f'dan li ġej:

    (a)

    l-għoti ta' kuntratti bl-appalt;

    (b)

    l-għoti ta' fondi;

    (ċ)

    il-prestazzjoni permezz ta' ħidma diretta;

    (d)

    ħlasijiet diretti bħala appoġġ finanzjarju, appoġġ għall-programmi settorjali, tħaffif tal-piż tad-dejn kif ukoll appoġġ sabiex jiġu koperti oxxillazzjonijiet ta' żmien qasir fl-ammonti tad-dħul mill-esportazzjoni.

    2.   Fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-appalti pubbliċi għandhom ikunu kuntratti bi skop pekunjarju magħmula bil-miktub sabiex jinkisbu, bil-ħlas, il-forniment ta' beni mobbli, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi.

    3.   Fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mogħtija bħala donazzjoni sabiex jiffinanzjaw:

    (a)

    xi azzjoni maħsuba sabiex tassisti fit-twettiq ta’ xi objettiv ta' dan il-Ftehim jew ta' xi programm jew proġett adottat skond dan il-Ftehim, jew

    (b)

    il-funzjonament ta' xi korp li jsegwi tali objettiv.

    L-għotjiet għandhom ikunu koperti b'kuntratt bil-miktub.

    Artikolu 19b

    Sejħa għall-offerti bi klawsola sospensiva

    Sabiex jiġi żgurat bidu bikri tal-proġetti, l-Istati ta' l-ACP jistgħu, fil-każijiet kollha debitament sustanzjati u bi ftehim mal-Kummissjoni, hekk kif il-valutazzjoni tal-proġett tkun finalizzata iżda qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta’ finanzjament, joħorġu s-sejħiet għall-offerti għal kull tip ta’ kuntratti bl-inklużjoni ta’ klawsola sospensiva. Tali disposizzjoni għandha tkun imsemmija fil-proposta ta’ finanzjament.’

    ;

    (r)

    L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 20

    Eliġibbiltà

    Ħlief f’każ li deroga tingħata skond l-Artikolu 22, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26:

    1)

    il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet iffinanzjati mill-Fond għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fl-Istati ta' l-ACP u fl-Istati Membri tal-Komunità;

    2)

    il-provvisti u t-tagħmir li jinxtraw taħt kuntratt iffinanzjat mill-Fond għandhom joriġinaw minn Stat eliġibbli taħt il-punt 1. F’dan il-kuntest, id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” għandha tkun valutata permezz ta' referenza għall-ftehim internazzjonali rilevanti, u provvisti li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinkludu provvisti li joriġinaw mill-Pajjiżi u t-Territorji Barranin;

    3)

    il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet iffinanzjati mill-Fond għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali;

    4)

    kull meta l-Fond jiffinanzja operazzjoni implementata permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-punt 1 kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skond ir-regolamenti ta' l-organizzazzjoni, waqt li jiġi żgurat trattament ugwali għad-donaturi kollha. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali;

    5)

    kull meta l-Fond jiffinanzja operazzjoni implimentata bħala parti minn inizjattiva reġjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-punt 1 kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha ta’ Stat parteċipanti fl-inizjattiva rilevanti. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali;

    6)

    kull meta l-Fond jiffinanzja operazzjoni ko-finanzjata ma’ xi Stat terz, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-punt 1 kif ukoll għall-persuni kollha eliġibbli skond ir-regoli ta’ l-Istat terz imsemmi hawn fuq. L-istess regoli japplikaw għall-provvisti u l-materjali.’

    ;

    (s)

    L-Artikolu 22 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 22

    Derogi

    1.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament sustanzjati, persuni fiżiċi u ġuridiċi minn pajjiżi terzi mhux eliġibbli skond l-Artikolu 20 jistgħu jiġu awtorizzati sabiex jipparteċipaw fil-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti bl-appalt jew ta’ l-għoti ta' għotjiet iffinanzjati mill-Komunità fuq it-talba ġustifikata ta’ l-Istati ta' l-ACP ikkonċernati. L-Istati ta' l-ACP ikkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’kull każ, it-tagħrif meħtieġ sabiex tieħu deċiżjoni dwar tali derogi, b'attenzjoni partikolari mogħtija:

    (a)

    lill-pożizzjoni ġeografika ta' l-Istat ta' l-ACP ikkonċernat;

    (b)

    lill-kompetittività tal-kuntratturi, fornituri u konsulenti mill-Istati Membri u mill-Istati ta' l-ACP;

    (ċ)

    lill-ħtieġa li jiġu evitati żjidiet eċċessivi fl-ispiża ta’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

    (d)

    lid-diffikultajiet tat-trasport jew lid-dewmien ikkawżat mit-tardjar fil-kunsinni jew minn problemi simili;

    (e)

    lit-teknoloġija l-aktar adegwata u l-aktar adatta għall-kondizzjonijiet lokali;

    (f)

    lill-każijiet ta' urġenza estrema;

    (g)

    lid-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi fis-swieq rilevanti.

    2.   Fir-rigward ta' proġetti ffinanzjati mill-Faċilità ta' Investiment għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-għoti ta' l-appalti tal-Bank.’

    ;

    (t)

    L-Artikolu 24 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 24

    Implementazzjoni permezz ta' ħidma diretta

    1.   Fil-każ ta’ operazzjonijiet b'ħidma diretta, il-programmi u l-proġetti għandhom jiġu implementati permezz ta' aġenziji jew dipartimenti pubbliċi jew semi-pubbliċi ta’ l-Istat jew Stati ta' l-ACP ikkonċernati jew mill-persuna ġuridika responsabbli mill-eżekuzzjoni ta' l-operazzjoni.

    2.   Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż tad-dipartiment ikkonċernat billi tipprovdi t-tagħmir u/jew il-materjal li jonqoslu u/jew ir-riżorsi li jippermettulu li jġib il-persunal addizzjonali meħtieġ fil-forma ta' esperti mill-Istat ta' l-ACP ikkonċernat jew minn Stati ta' l-ACP oħra. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkopri biss l-ispejjeż magħmula bil-miżuri supplimentari u l-infiq temporanju relatat ma’ l-eżekuzzjoni, li jkunu strettament limitati għall-ħtiġiet tal-programmi u tal-proġetti kkonċernati.

    3.   L-istimi tal-programmi li jimplementaw l-operazzjonijiet ta' ħidma diretta għandhom jikkonformaw mar-regoli Komunitarji, mal-proċeduri u d-dokumenti standard stabbiliti mill-Kummissjoni, kif applikabbli fiż-żmien li fih jiġu approvati l-istimi tal-programmi.’

    (u)

    L-Artikolu 26 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 26

    Preferenzi

    1.   Għandhom jittieħdu miżuri li jiffavorixxu il-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi ta’ l-Istati ta' l-ACP fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ffinanzjati mill-Fond sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fiżiċi u umani ta’ dawk l-Istati. Għal dan il-għan:

    (a)

    fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħol b’valur anqas minn EUR 5 000 000, l-appaltaturi mill-Istati ta' l-ACP jibbenefikaw, basta li mill-anqas kwart tal-kapital u tal-persunal direttiv joriġina minn wieħed jew aktar mill-Istati ta' l-ACP, minn preferenza ta’ 10 % fil-prezz meta mqabbla ma’ offerti ta’ kwalità ekonomika, teknika u amministrattiva ekwivalenti;

    (b)

    fil-każ ta’ kuntratti ta’ forniment, ikun x’ikun il-valur, l-appaltaturi mill-Istati ta' l-ACP li joffru provvisti li għal mill-anqas 50 % f'termini tal-valur kontrattwali tagħhom ikunu ta' oriġini ACP, jibbenefikaw minn preferenza ta’ 15 % fil-prezz meta mqabbla ma’ offerti ta’ kwalità ekonomika, teknika u amministrattiva ekwivalenti;

    (ċ)

    fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz, fit-tqabbil ta’ l-offerti ta’ l-istess kwalità ekonomika u teknika, il-preferenza għandha tingħata:

    (i)

    lill-esperti, jew istituzzjonijiet, jew kumpanniji jew ditti ta’ konsulenza mill-Istati ta' l-ACP li għandhom il-kompetenza meħtieġa;

    (ii)

    lill-offerti sottomessi minn ditti ta' l-ACP, individwalment jew f’konsorzju ma' sħab Ewropej; u

    (iii)

    lill-offerti ppreżentati minn appaltaturi Ewropej flimkien ma' sub-kuntratturi jew esperti minn pajjiżi ta' l-ACP;

    (d)

    fejn jiġi previst li xogħol jiġi mgħoddi lil ħaddieħor (subcontracting), l-appaltatur magħżul għandu jippreferi l-persuni fiżiċi, kumpanniji u intrapriżi ta’ l-Istati ta' l-ACP li jkunu kapaċi jwettqu l-kuntratt meħtieġ taħt termini simili, u

    (e)

    l-Istat ta' l-ACP jista’, fis-sejħa għall-offerti, joffri lill-appaltaturi prospettivi l-għajnuna ta’ kumpanniji jew ditti jew esperti jew konsulenti mill-Istati ta' l-ACP li jkunu magħżula bi ftehim reċiproku. Din il-kooperazzjoni tista’ tkun taħt forma ta’ joint venture, jew ta’ subkuntratt jew ta’ taħriġ tal-persunal waqt l-impjieg.

    2.   Meta żewġ offerti ta' appalt jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti abbażi tal-kriterji disposti hawn fuq, il-preferenza għandha tingħata:

    (a)

    lill-appaltatur minn Stat ta' l-ACP; jew

    (b)

    jekk ma jkunx hemm tali offerta, lill-appaltatur:

    (i)

    li jippermetti l-aħjar użu tar-riżorsi fiżiċi u umani ta’ l-Istati ta' l-ACP;

    (ii)

    li joffri l-aqwa possibiltajiet subkontrattwali lill-kumpanniji, intrapriżi jew persuni fiżiċi ta’ l-Istati ta' l-ACP; jew

    (iii)

    li jkun konsorzju ta’ persuni fiżiċi, ta’ kumpanniji jew ta' ditti mill-Istati ta' l-ACP u mill-Komunità.’

    ;

    (v)

    Fil-Kapitolu 6, it-titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘L-AMMINISTRAZZJONI TAR-RIŻORSI TAL-FOND U L-AĠENTI EŻEKUTTIVI’

    ;

    (w)

    L-Artikolu 34 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 34

    Il-Kummissjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni finanzjarja ta’ l-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi tal-Fond, ħlief għall-Faċilità ta’ Investiment u s-sussidji tar-rata ta’ l-interess, bl-użu tal-metodi amministrattivi prinċipali li ġejjin:

    (a)

    amministrazzjoni ċentralizzata;

    (b)

    amministrazzjoni deċentralizzata.

    2.   Bħala regola ġenerali, l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-Fond mill-Kummissjoni għandha tkun deċentralizzata.

    F’dan il-klaż, id-dmirijiet ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu mill-Istati ta' l-ACP skond l-Artikolu 35.

    3.   Sabiex twettaq l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta' eżekuzzjoni tagħha fi ħdan id-dipartimenti tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha tinforma l-Istati ta' l-ACP u l-Kumitat ACP-KE dwar il-Kooperazzjoni fil-Finanzjament ta’ l-Iżvilupp dwar din id-delegazzjoni tal-kompiti.’

    ;

    (x)

    L-Artikolu 35 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 35

    L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali

    1.   Il-Gvern ta' kull Stat ta' l-ACP għandu jaħtar Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali biex jirrapreżentah fl-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fond amministrat mill-Kummissjoni u mill-Bank. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jaħtar deputat Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali wieħed jew aktar biex jissostitwixxih meta huwa ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-ħatra. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali jista’, fejn il-kondizzjonijiet dwar il-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba jkunu sodisfatti, jiddelega l-funzjonijiet tiegħu fl-implementazzjoni tal-programmi u l-proġetti kkonċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jinforma l-Kummissjoni dwar kull delegazzjoni bħal din.

    Meta l-Kummissjoni ssir taf b’xi problemi fit-twettiq tal-proċeduri rigward l-amministrazzjoni tar-riżorsi tal-Fond, hija għandha, flimkien ma' l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali, tagħmel il-kuntatti meħtieġa kollha biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu passi adatti.

    L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jerfa’ r-responsabbiltà finanzjarja biss għall-kompiti ta’ eżekuzzjoni li jkunu fdati lilu.

    Fejn ir-riżorsi tal-Fond ikunu aministrati b'mod deċentralizzat u suġġett għal kull poter addizzjonali li jista' jingħata mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu:

    (a)

    ikun responsabbli mill-koordinazzjoni, mill-programmazzjoni, mis-sorveljanza regolari u mir-reviżjonijiet annwali, intermedji u finali ta' l-implementazzjoni tal-kooperazzjoni, kif ukoll mill-koordinazzjoni mad-donaturi;

    (b)

    f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ikun responsabbli mill-preparazzjoni, mill-preżentazzjoni u mill-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti;

    (ċ)

    jipprepara l-inkartement ta' l-appalti u, jekk ikun il-każ, id-dokumenti tas-sejħiet għal proposti;

    (d)

    jippreżenta l-inkartament ta' l-appalti u, jekk ikun il-każ, id-dokumenti tas-sejħiet għal proposti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha qabel il-varar ta' sejħiet għall-offerti u, fejn xieraq, ta' sejħiet għal proposti;

    (e)

    ivara, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, is-sejħiet għall-offerti kif ukoll, jekk ikun il-kaz, is-sejħiet għal proposti;

    (f)

    jirċievi offerti kif ukoll, jekk ikun il-każ, proposti, u jibgħat kopji ta’ l-offerti lill-Kummissjoni; jippresjedi fil-ftuħ ta’ l-offerti u jiddeċiedi dwar ir-riżultati ta' l-eżami tagħhom fit-termini taż-żmien ta’ validità ta’ l-offerti, b'kont meħud taż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kuntratti;

    (g)

    jistieden lill-Kummissjoni għall-ftuħ ta’ l-offerti u, jekk ikun il-każ, tal-proposti u jinnotifika r-riżultat ta' l-eżami ta’ l-offerti u tal-proposti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-proposti għall-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;

    (h)

    jissottometti l-kuntratti u l-istimi tal-programmi, kif ukoll kwalunkwe addenda għalihom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni;

    (i)

    jiffirma l-kuntratti, u l-addenda għalihom li jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni;

    (j)

    japprova u jawtorizza l-infiq fil-limiti tar-riżorsi allokati lilu; u

    (k)

    waqt l-operazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni, jagħmel kull arranġament ta' adattament meħtieġ sabiex jiżgura, mil-lat ekonomiku u tekniku, l-eżekuzzjoni korretta tal-programmi u l-proġetti approvati.

    2.   Waqt l-eżekuzzjoni ta’ l-operazzjonijiet, u suġġett għall-obbligu li jinforma l-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jieħu deċiżjoni:

    (a)

    dwar l-aġġustamenti u l-alterazzjonijiet tekniċi fil-programmi u l-proġetti fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' dettall sakemm dawn ma jolqtux is-soluzzjoni teknika adottata u jibqgħu fil-limiti tar-riżerva għall-aġġustamenti prevista fil-ftehim ta’ finanzjament;

    (b)

    dwar bdil fis-sit ta' programmi jew proġetti li jinvolvu unitajiet multipli fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew soċjali;

    (ċ)

    dwar l-imposizzjoni jew il-maħfra ta' penali f'każijiet ta' mora;

    (d)

    dwar atti li jirrilaxxaw il-garanti;

    (e)

    dwar xiri ta' beni fis-suq lokali rrispettivament mill-oriġini tagħhom;

    (f)

    dwar l-użu ta’ materjal u tagħmir ta’ kostruzzjoni li ma joriġinax mill-Istati Membri jew mill-Istati ta' l-ACP sakemm ma jkunx hemm il-produzzjoni ta’ materjal u tagħmir komparabbli fl-Istati Membri jew fl-Istati ta' l-ACP;

    (g)

    dwar xogħol li jiġi mgħoddi lil ħaddieħor (subcontracting);

    (h)

    dwar l-aċċettazzjoni finali, sakemm il-Kummissjoni tkun preżenti għall-aċċettazzjoni provviżorja, tapprova l-minuti korrispondenti u, fejn ikun il-każ, tkun preżenti għall-aċċettazzjoni finali, b'mod partikolari meta l-ammont ta’ riżervi reġistrati waqt l-aċċettazzjoni provviżorja jkun jeħtieġ xogħol addizzjonali konsiderevoli; u

    (i)

    dwar ir-reklutaġġ ta' konsulenti u esperti oħra għall-assistenza teknika.’

    ;

    (y)

    L-Artikolu 36 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 36

    Kap tad-Delegazzjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata f’kull Stat ta' l-ACP jew f’kull grupp reġjonali li jkun talab dan espressament, permezz ta' delegazzjoni taħt l-awtorità ta’ Kap ta' Delegazzjoni, bl-approvazzjoni ta’ l-Istat jew Stati ta' l-ACP ikkonċernati. Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa fi kwalunkwe każ fejn Kap ta’ Delegazzjoni jiġi maħtur għal xi grupp ta’ Stati ta' l-ACP. Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jirrappreżenta l-Kummissjoni fl-oqsma kollha tal-kompetenzi tagħha u fl-attivitajiet kollha tagħha.

    2.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkun il-kuntatt prinċipali għall-Istati ta' l-ACP u għall-korpi jew l-organizzazzjonijiet eliġibbli għal appoġġ finanzjarju taħt il-Ftehim. Huwa għandu jikkoopera u jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali.

    3.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu l-istruzzjonijiet meħtieġa u l-poteri delegati kollha sabiex jiffaċilita u jħaffef l-operazzjonijiet kollha taħt il-Ftehim.

    4.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali, fuq bażi regolari, dwar l-attivitajiet Komunitarji li jistgħu jolqtu, b’mod dirett, il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati ta' l-ACP.’

    ;

    (z)

    L-Artikolu 37 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    ‘Artikolu 37

    Ħlasijiet

    1.   Għall-finijiet ta' ħlasijiet fil-muniti nazzjonali ta’ l-Istati ta' l-ACP, jistgħu jinfetħu kontijiet fil-muniti ta’ l-Istati Membri jew fl-euro fl-Istati ta' l-ACP, minn u f’isem il-Kummissjoni, f’istituzzjoni finanzjarja nazzjonali, pubblika jew semi-pubblika, magħżula bi ftehim bejn l-Istat ta' l-ACP u l-Kummissjoni. Din l-istituzzjoni għandha teżerċita l-funzjoni ta’ Aġent Pagatur Nazzjonali.

    2.   L-Aġent Pagatur Nazzjonali ma għandux jirċievi remunerazzjoni għas-servizzi tiegħu u ma għandu jħallas l-ebda interess fuq fondi depożitati. Il-flus fil-kontijiet lokali għandhom ikunu riforniti mill-Kummissjoni fil-munita ta’ xi wieħed mill-Istati Membri jew f’euros, skond l-istimi ta' ħtiġijiet futuri ta' flus kontanti, li għandhom isiru kmieni biżżejjed sabiex tiġi evitata l-ħtieġa ta' prefinanzjament mill-Istati ta' l-ACP u sabiex jiġi pprevenut id-dewmien fil-ħruġ tal-fondi.

    3.   [imħassar]

    4.   Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-Kummissjoni skond ir-reġoli stabbiliti mill-Komunità u mill-Kummissjoni, fejn ikun il-każ wara li n-nefqa tkun ġiet approvata u awtorizzata mill-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali.

    5.   [imħassar]

    6.   Il-proċeduri ta’ approvazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas ta’ l-infiq għandhom jitlestew fi żmien 90 jum mid-data meta l-ħlas ikun dovut. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jipproċessa u jwassal l-awtorizzazzjoni lill-Kap tad-Delegazzjoni mhux aktar tard minn 45 jum minn meta’ jkunu dovuti.

    7.   L-Istat jew l-Istati ta' l-ACP ikkonċernati, kif ukoll il-Kummissjoni mir-riżorsi tagħha stess, għandhom jagħmlu tajjeb fil-każijiet ta' pretensjonijiet konnessi ma' dewmien fil-ħlasijiet, għal dik il-parti tad-dewmien li għaliha kull Parti tkun responsabbli skond il-proċeduri msemmija hawn fuq.’

    .

    5.

    L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud:

    ‘ANNESS VII

    Djalogu politiku fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat ta’ dritt

    Artikolu 1

    Objettivi

    1.   Il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 96(2)(a) ser iseħħu, minbarra f'każijiet ta' urġenza speċjali, wara djalogu politiku eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim.

    2.   Iż-żewġ Partijiet għandhom imexxu tali djalogu politiku fl-ispirtu tal-Ftehim u billi jżommu f’moħħhom il-Linji Gwida għad-Djalogu Politiku ta’ l-ACP-UE stabbilit mill-Kunsill tal-Ministri.

    3.   Id-Djalogu Politiku huwa proċess li għandu jrawwem it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-ACP u l-UE u jkun ta’ kontribut lejn il-kisba ta’ l-objettivi tas-Sħubija.

    Artikolu 2

    Djalogu Politiku Intensifikat li jippreċedi konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim

    1.   Id-djalogu politiku fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt għandu jitmexxa skond l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tal-Ftehim u fil-parametri ta' standards u normi rikonoxxuti internazzjonalment. Fil-qafas ta’ dan id-djalogu l-Partijiet jistgħu jaqblu dwar aġendi u prioritajiet konġunti.

    2.   Il-Partijiet jistgħu konġuntament jiżviluppaw u jiftiehmu dwar punti speċifiċi ta’ referenza jew għanijiet fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat ta' dritt, fil-parametri ta' standards u normi maqbula internazzjonalment, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċjali ta' l-Istat ta’ l-ACP ikkonċernat. Il-punti ta’ referenza huma mekkaniżmi għall-kisba ta' ċerti għanijiet permezz ta' l-iffissar ta’ objettivi intermedji u limiti ta' żmien għall-konformità.

    3.   Id-djalogu politiku previst fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun sistematiku u formali u għandu jeżawrixxi kull possibbiltà qabel il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim.

    4.   Barra f’każijiet ta’ urġenza speċjali kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim, il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 jistgħu jseħħu wkoll mingħajr djalogu politiku intensifikat preċedenti, meta jkun hemm nuqqas persistenti ta’ konformità ma’ l-impenji meħuda minn waħda mill-Partijiet matul djalogu preċedenti, jew minħabba nuqqas ta' parteċipazzjoni fi djalogu in bona fede.

    5.   Id-djalogu politiku taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim għandu jkun użat ukoll bejn il-Partijiet sabiex jgħinu pajjiżi suġġetti għal miżuri xierqa taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim, sabiex tiġi normalizzata ir-relazzjoni.

    Artikolu 3

    Regoli addizjonali dwar konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim

    1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikattru l-ugwaljanza fil-livell ta' rappreżentazzjoni matul il-konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim.

    2.   Il-Partijiet huma impenjati lejn interazzjoni trasparenti qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet formali, b'kont meħud tal-punti ta’ referenza u l-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan l-Anness.

    3.   Il-Partijiet għandhom jużaw it-30 jum tal-perijodu ta' notifika kif previst fl-Artikolu 96(2) tal-Ftehim għal tħejjija effettiva mill-Partijiet, kif ukoll għal konsultazzjonijiet aktar profondi fi ħdan il-Grupp ta' l-ACP u fost il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Partijiet għandhom jiftehmu dwar limiti ta' żmien flessibbli, filwaqt li jirrikonoxxu li jistgħu jeħtieġu reazzjoni immedjata l-każijiet ta' urġenza speċjali, kif definit fl-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim u fl-Artikolu 2(4) ta' dan l-Anness.

    4.   Il-Partijiet jagħrfu r-rwol tal-Grupp ta' l-ACP fid-djalogu politiku bbażat fuq modalitajiet li għandhom jiġu ddeterminati mill-Grupp ta' l-ACP u kkomunikati lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri tagħha.

    5.   Il-Partijiet jagħrfu l-ħtieġa għal konsultazzjonijiet strutturati u kontinwi taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim. Il-Kunsill tal-Ministri jista’ jizviluppa modalitajiet ulterjuri għal dan il-għan.’

    B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti hawnhekk għamlu l-firem tagħhom.

    ATT FINALI

    Il-Plenipotenzjarji ta':

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IL-PRESIDENT TA' MALTA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IL-GVERN TAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘il-Komunità’, l-Istati tal-Komunità minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Istati Membri’,

    u tal-KOMUNITÀ EWROPEA,

    min-naħa l-waħda, u

    Il-Plenipotenzjarji ta':

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ANGOLA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-BARBADOS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

    IL-PRESIDENT TA’ BURKINA FASO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KAP VERDE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA FEDERALI TAL-KOMOROS,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

    IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ CÔTE D'IVOIRE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

    IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMENIKANA,

    IL-PRESIDENT TA' L-ISTAT TA’ L-ERITREA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TA’ L-ETJOPJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOVRANA TAL-FIĠI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĠABONIŻA,

    IL-PRESIDENT U L-KAP TA' L-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA-BISSAW,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GINEA EKWATORJALI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GUJANA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ LESOTO,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAKASKAR,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ISLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

    IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MOŻAMBIK,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

    IL-GVERN TA’ NIUE,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ PALAW,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ PAPUA GINEA L-ĠDIDA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA RWANDIJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,

    IL-KAP TA' L-ISTAT TA' L-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SIERRA LEONE,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-AFRIKA T’ISFEL,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SUDAN,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TA’ SWAŻILAND,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

    IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAUFA'AHAU TUPOU IV TAT-TONGA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

    IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-UGANDA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAZ-ZAMBJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ŻIMBABWE,

    li l-istati tagħhom minn hawn 'il quddiem huma msejħa ‘l-istati ta' l-ACP’,

    min-naħa l-oħra,

    miġburin fil-Lussemburgu fil-ħamsa u għoxrin ġurnata ta' Ġunju fis-sena elfejn u ħamsa fl-okkażjoni ta' l-iffirmar tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000,

    fil-waqt ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim adottaw id-dikjarazzjonijiet li ġejjin, mehmuża ma' dan l-Att Finali:

    Dikjarazzjoni I

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Kotonù

    Dikjarazzjoni II

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 68 tal-Ftehim ta' Kotonù

    Dikjarazzjoni III

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Anness Ia

    Dikjarazzjoni IV

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni V

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni VI

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12(2) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni VII

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 13 ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni VIII

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 19a ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni IX

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 24(3) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni X

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII

    Dikjarazzjoni XI

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikoli 4 u 58(2) tal-Ftehim ta' Kotonù

    Dikjarazzjoni XII

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikolu 11a tal-Ftehim ta' Kotonù

    Dikjarazzjoni XIII

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikolu 11b(2) tal-Ftehim ta' Kotonù

    Dikjarazzjoni XIV

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikoli 28, 29, 30 u 58 tal-Ftehim ta' Kotonù u dwar l-Artikolu 6 ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni XV

    Dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Anness Ia

    Dikjarazzjoni XVI

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikoli 4(3), 5(7), 16(5) u (6) u 17(2) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni XVII

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikolu 4(5) ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni XVIII

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikolu 20 ta' l-Anness IV

    Dikjarazzjoni XIX

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikoli 34, 35 u 36 ta' l- Anness IV

    Dikjarazzjoni XX

    Dikjarazzjoni Komunitarja dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII.

    DIKJARAZZJONI I

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 8 tal-ftehim ta' Kotonù

    B’konnessjoni mad-djalogu fil-livelli nazzjonali u reġjonali, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Kotonù, ‘il-Grupp ta' l-ACP’ għandu jiġi meqjus li jfisser it-Trojka tal-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi ta' l-ACP (CoA) u l-President tas-SottoKumitat ta' l-ACP għall-Affarijiet Politiċi, Soċjali, Umanitarji u Kulturali (PSHCA); l-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA) għandha tkun interpretata bħala l-Ko-Presidenti tal-JPA, jew il-persuni nominati sabiex jingħataw dawk il-karigi.

    DIKJARAZZJONI II

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 68 tal-ftehim ta' Kotonù

    Il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE ser jeżamina, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artkolu 100 tal-Ftehim ta' Kotonù, il-proposti tan-naħa ta' l-ACP dwar l-Anness II tiegħu dwar l-oxxillazzjonijiet ta' żmien qasir fl-ammonti tad-dħul mill-esportazzjoni (FLEX).

    DIKJARAZZJONI III

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-anness Ia

    F'każ li l-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù ma jkunx daħal fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2008, il-kooperazzjoni għandha tiġi ffinanzjata mill-bilanċi tad-9 EDF u mill-EDFs preċedenti.

    DIKJARAZZJONI IV

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 3(5) ta' l-anness IV

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness IV, ‘ħtiġijiet speċjali’ huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal sitwazzjonijiet ta’ wara xi kriżi; ‘prestazzjoni eċċezzjonali’ tfisser sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet intermedja u finali, l-allokazzjoni ta’ pajjiż tkun totalment impenjata u l-finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jista' jiġi assorbit fl-isfond ta’ politika effikaċi għat-tnaqqis tal-faqar u ta’ tmexxija finanzjarja tajba.

    DIKJARAZZJONI V

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 9(2) ta' l-anness IV

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(2) ta' l-Anness IV, ‘ħtiġijiet ġodda’ huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal sitwazzjonijiet ta’ wara xi kriżi. ‘Prestazzjoni eċċezzjonali’ tfisser sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet intermedja u finali, l-allokazzjoni ta’ regjun tkun totalment impenjata u l-finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jista' jiġi assorbit fl-isfond ta’ politika effikaċi għall-integrazzjoni regjonali u ta' tmexxija finanzjarja tajba.

    Dikjarazzjoni VI

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 12(2) ta' l-anness IV

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 12(2) ta' l-Anness IV, ‘ħtiġijiet ġodda’ huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħal dawk li jirriżultaw minn impenji ġodda għal inizjattivi internazzjonali jew għall-indirizz ta' sfidi li huma komuni għall-pajjiżi ta' l-ACP.

    DIKJARAZZJONI VII

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 13 ta' l-anness IV

    Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeografika partikolari tar-reġjuni tal-Karibew u l-Paċifiku, il-Kunsill tal-Ministri ta' l-ACP jew il-Kumitat ta’ Ambaxxaturi ta' l-ACP jistgħu, minkejja l-Artikolu 13(2)(a) ta' l-Anness IV, jippreżentaw talba speċifika għal finanzjament għal wieħed jew għall-ieħor minn dawn ir-reġjuni.

    DIKJARAZZJONI VIII

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLU 19A TA' L-ANNESS IV

    Il-Kunsill tal-Ministri ser jeżamina, skond l-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Kotonù, id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness IV dwar l-għoti u l-eżekuzzjoni ta' kuntratti bil-ħsieb li dawn jiġu adottati qabel ma jidħol fis-seħħ il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù.

    DIKJARAZZJONI IX

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 24(3) ta' l-anness IV

    L-Istati ta' l-ACP ser jiġu kkonsultati, a priori, dwar kull emenda fir-regoli Komunitarji msemmija fl-Artikolu 24(3) ta’ l-Anness IV.

    DIKJARAZZJONI X

    Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 2 ta' l-anness VII

    L-istandards u n-normi rikonoxxuti internazzjonalment huma dawk ta’ l-istrumenti msemmija fil-Preambolu tal-Ftehim ta' Kotonù.

    DIKJARAZZJONI XI

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikoli 4 u 58(2) tal-ftehim ta' Kotonù

    Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 4 u 58(2), qiegħed ikun mifhum li t-terminu ‘awtoritajiet deċentralizzati lokali’ jkopri l-livelli kollha ta’ deċentralizzazzjoni inklużi ‘collectivités locales’.

    DIKJARAZZJONI XII

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikolu 11a tal-ftehim ta' Kotonù

    L-għajnuna finanzjarja u teknika fil-qasam tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ser tiġi ffinanzjata minn riżorsi li mhumiex dawk maħsuba għall-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' l- ACP-KE.

    DIKJARAZZJONI XIII

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikolu 11b(2) tal-ftehim ta' Kotonù

    Qiegħed ikun mifhum li l-miżuri li stabbiliti fl-Artikolu 11b(2) tal-Ftehim ta' Kotonù ser jittieħdu f'limitu ta' żmien adatt li jieħu kont tal-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż.

    DIKJARAZZJONI XIV

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikoli 28, 29, 30 u 58 tal-ftehim ta' Kotonù u dwar l-artikolu 6 ta' l-anness IV

    L-implementazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni reġjonali fejn ikunu involuti pajjiżi mhux ta’ l-ACP ser tkun suġġetta għall-implementazzjoni ta’ disposizzjonijiet ekwivalenti fil-qafas ta’ l-istrumenti finanzjarji tal-Komunità dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni oħrajn fid-dinja. Il-Komunità ser tinforma lill-Grupp ta’ l-ACP mad-dħul fis-seħħ ta' dawn id-disposizzjonijiet ekwivalenti.

    DIKJARAZZJONI XV

    Dikjarazzjoni ta' l-unjoni ewropea dwar l-anness Ia

    1.

    L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li ma' l-ewwel okkażjoni, dejjem jekk possibbli sa Settembru 2005, tipproponi ammont eżatt għall-qafas finanzjarju pluriennali għall-kooperazzjoni taħt il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù u l-perijodu ta’ applikazzjoni tiegħu.

    2.

    L-isforz ta’ għajnuna minima msemmi fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness Ia huwa garantit, mingħajr preġudizzju għall-eliġibbiltà tal-pajjiżi ta’ l-ACP għal riżorsi addizjonali li jaqgħu taħt strumenti finanzjarji oħra li diġà jeżistu jew li jistgħu jinħolqu bħala appoġġ f’oqsma bħal dawk ta' għajnuna umanitarja ta' emerġenza, tas-sigurtà ta’ l-ikel, ta' mard marbut mal-faqar, ta' appoġġ għall-implementazzjoni ta’ Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, ta' appoġġ għall-miżuri previsti wara r-riforma tas-suq taz-zokkor, u dawk marbuta mal-paċi u l-istabbiltà.

    3.

    It-terminu perentorju għall-impenn tal-fondi tad-9 EDF, stabbilit għall-31 ta' Diċembru 2007, jista' jiġi rivedut jekk ikun hemm il-ħtieġa.

    DIKJARAZZJONI XVI

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikoli 4(3), 5(7), 16(5) u (6) u 17(2) ta' l-anness IV

    Dawn id-disposizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol ta' l-Istati Membri fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

    DIKJARAZZJONI XVII

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikolu 4(5) ta' l-anness IV

    L-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(5) ta' l-Anness IV u r-ritorn għall-arranġamenti standard ta' amministrazzjoni ser isiru permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni. Din id-Deċizjoni tiġi nnotifikata kif dovut lill-Grupp ta' l-ACP.

    DIKJARAZZJONI XVIII

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikolu 20 ta' l-anness IV

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 ta' l-Anness IV ser jiġu implimentati skond il-prinċipju ta' reċiproċità ma' donaturi oħra.

    DIKJARAZZJONI XIX

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikoli 34, 35 u 36 ta' l-anness IV

    Ir-responsabbiltajiet rispettivi dettaljati ta’ l-aġenti inkarigati mill-amministrazzjoni u mill-eżekuzzjoni tar-riżorsi tal-Fondi huma inklużi f'manwali dwar il-proċeduri li dwaru l-Istati ta' l-ACP ser jiġu kkonsultati skond l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Kotonù. Il-manwali ser jitqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Kotonù. Kull emenda f’dan il-manwali ser tkun suġġetta għall-istess proċedura.

    DIKJARAZZJONI XX

    Dikjarazzjoni komunitarja dwar l-artikolu 3 ta' l-anness VII

    Fir-rigward tal-modalitajiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ l-Anness VII, il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ser tkun ibbażata fuq proposta mill-Kummissjoni.


    Top